03/11 - 17 Feb 2011




Ċirkulari 3/11
Ċirklari lill-Istazzjonijiet tat-Televiżjoni


Xandir ta’ Trejlers

Saret drawwa li l-istazzjonijiet tat-televiżjoni jagħmlu promozzjoni għad-diversi sensiliet ta’ drama, programmi ta’ diskussjoni u programmi oħrajn indirizzati lill-adulti, li jintwerewfuq l-istazzjon. Jidher li dan qed isir f’ħin differenti tal-ġurnata u saħansitra f’ħin meta jkun hemm tfal qed isegwu t-televiżjoni.

Għalhekk, ħassejt il-ħtieġa li niġbdilkom l-attenzjoni għall-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.18 (Ħtiġijiet Dwar Standards u Prattika Dwar Wiri u s-Smigħ ta’ Programmi għall- Familja). Niġbdilkom l-attenzjoni, b’mod partikolari, għall-paragrafu 2.1 ta’ dan l-Avviż Legali li jispeċifika, fost l-oħrajn, li:

“Jekk ikun ser isir reklam dwar programm għall-kbar qabel id-9.00p.m., it-trejler irid ikun addattat bix tarah jew tisimgħu l-familja. Biċciet imħejjija biex jirreklamaw programm ta’ vjolenza jridu jintgħażlu birreqqa bla ma jagħmlu ebda enfasi għall-inċidenti vjolenti li ma jkunx karetteristika tal-programm kollu.”

Għalhekk, huwa importanti li kull stazzjon jifhem l-obbligu legali tiegħu li ma jxandarx reklami/promotions ta’ programmi indirizzati għall-adulti f’ħin meta t-tfal ikunu qed isegwu t-televiżjoni. F’każ li dan iseħħ, se noħroġ akkuża kontra l-istazzjon.

Pierre Cassar
Kap Eżekuttiv
17 ta’ Frar 2011
Ref 154/00