03/14 - 11 Apr 2014




Ċirkulari 3/14

Ċirkulari lill-istazzjonijiet kollha tax-xandir

Użu Tajjeb tal-Ilsien Malti

Minn żmien għal żmien, l-Awtorità tax-Xandir tirċievi numru ta’ ilmenti mingħand individwi u entitajiet dwar użu ħażin tal-ilsien Malti fil-mezzi tax-xandir. Infakkarkom li l-Kodiċi dwar l-Użu Tajjeb tal-Ilsien Malti jelenka r-responsabbiltà ta’ kull stazzjon li juża Malti tajjeb u jsegwi r-regoli u d-direttivi maħruġa mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.

Dan l-aħħar il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti ġibed l-attenzjoni tal-Awtorità tax-Xandir li diversi stazzjonijiet qed jużaw il-kelma Floriana flok Furjana. Dan hu użu ħażin tal-ilsien Malti. Għalhekk huwa importanti li tinfurmaw lill-preżentaturi kollha fuq l-istazzjon tagħkom li għandha tintuża l-kelma “il-Furjana” u mhux Floriana.

Intant, fil-ġimgħat li ġejjin, l-Awtorità biħsiebha tvara proċess ta’ konsultazzjoni li permezz tiegħu jsiru dawk l-emendi li hemm bżonn fil-Kodiċi Dwar l-Użu Tajjeb tal-Ilsien Malti ħalli dan isir aktar relevanti u jsir sforz akbar mill-istazzjonijiet sabiex jintuża Malti tajjeb fil-mezzi tax-xandir. Għalhekk, wieħed iħeġġeġ il-parteċipazzjoni tagħkom f’dan il-proċess ta’ konsultazzjoni.

Pierre Cassar
Kap Eżekuttiv
11 t’April 2014
Ref 73/01