04/19 - 22 Frar 2018




Ċirkulari 4/19

Ċirkulari lill-Istazzjonijiet tar-Radju Nazzjonali

Fil-25 ta’ Jannar 2019, l-Awtorità tax-Xandir ħarġet id-Direttiva dwar Xandir ta’ Reklamar bi Ħlas fuq l-Istazzjonijiet tar-Radju Nazzjonali fejn awtorizzat stazzjonijiet tar-radju nazzjonali biex jagħtu spazju lill-kandidati li se jikkontestaw l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.

B’kunsiderazzjoni għal dak li seħħ matul l-ewwel xahar, kif indikat fl-istess Direttiva, l-Awtorità qed iġġedded din l-iskema b’xahar ieħor. Dan it-tiġdid qed isir bl-istess kundizzjonijiet mitluba fid-Direttiva.

Għal darb’oħra l-Awtorità se tkun qed tikkunsidra t-tiġdid ta’ din l-iskema lejn l-aħħar ta’ Marzu abbażi tat-tħaddim tagħha matul dan il-perjodu.

Dr Joanna Spiteri
Kap Eżekuttiv
22 ta’ Frar 2019
Ref 103/03