05/10 - 11 Jun 2010




Ċirkulari 5/10

Ċirkulari lill-Istazzjonijiet tax-Xandir

Kodiċi dwar l-Użu Tajjeb tal-Ilsien Malti fil-Mezzi tax-Xandir

Infakkarkom fiċ-ċirkulari 1/10 dwar l-Avviż Legali għall-Użu Tajjeb tal-Ilsien Malti li ntbagħtet fit-30 ta’ April 2010. Intom kontu ġejtu mitluba biex tibagħtu l-informazzjoni dwar l-isem, l-esperjenza u l-kwalifiki tal-konsulent fl-ilsien Malti sal-aħħar ta’ Mejju 2010. Din t’hawn taħt hija parti mill-imsemmija ċirkulari.


i) Sal-aħħar ta’ Mejju 2010, kull stazzjon tax-xandir għandu jinforma lill-Awtorità bl-isem, l-esperjenza u l-kwalifiki tal-konsulent li jkun intgħażel u dan b’konformità ma’ Artiklu 4(a) tal-Avviż Legali in kwistjoni. F’dan irrigward, fejn il-konsulent li jkun qed jiġi propost ma jkollux grad fl-ilsien Malti minn Università rikonoxxuta, l-Awtorità għandha tingħata wkoll konferma bil-miktub li l-konsulent għandu r-rikonoxximent meħtieġ mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti

Sfortunatament, għad fadal numru ta’ stazzjonijiet li ma bagħtux din l-informazzjoni. Għalhekk, l-Awtorità qed testendi ż-żmien li fih tistgħu tinnominaw il-konsulent jew konsulenti tagħkom sa nhar il-Ġimgħa, 18 ta’ Ġunju 2010

F’każ li din l-informazzjoni ma tintbagħatx fiż-żmien stipulat, inkun kostrett noħroġ akkuża kontra l-istazzjon fejn il-piena massima tkun ta’ €2,329.


Pierre Cassar
Kap Eżekuttiv
2 ta’ Ġunju 2010
Ref 73/01