[06/14] EP Elections - Debate (09/05/2014)




Stqarrija 06/2014

XANDIRIET POLITIĊI MILL-AWTORITÀ TAX-XANDIR
GĦAL MATUL IL-KAMPANJA TAL-ELEZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW 2014

Nhar it-Tnejn, 12 ta' Mejju 2014 fis-2:00pm se jsir rekording tat-tielet Dibattitu organizzat mill-Awtorità tax-Xandir fis-sensiela ta’ programmi għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew 2014.

Is-suġġett għal dan id-Dibattitu ser ikun "Lejn l-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew".

Il-mistiedna għal dan il-programm ser ikunu:

• Ivan Grech Mintoff u Anthony Calleja għall-Alleanza Bidla

• Arlette Baldacchino u Antoine Galea għall-Imperium Europa

• Jean Pierre Sammut għall-Alleanza Liberali

Dan id-Dibattitu ser jitmexxa minn Ruth Amaira u ser jixxandar fuq TVM kif ukoll fuq Radju Malta wara l-bulletin prinċipali tal-aħbarijiet tat-8:00 ta' filgħaxija.

Mario Axiak

Kap Riċerka u Komunikazzjoni

9 ta' Mejju 2014