07/08 - 12Feb2008




Frekwenza ta’ Avviżi dwar Mistieden li ma jattendix għal Programm

F’akkuza li l-Awtorita' kellha quddiemha b’referenza ghall-paragrafu 13.1.3 tal-Htigijiet dwar Standards u Prattika ta’ l-2007 li Japplikaw ghal Bullettini ta’ l-Ahbarijiet u l-Programmi ta’ Grajjiet Kurrenti, l-Awtorita' ntalbet biex tinterpreta dan il-paragrafu fil-kaz tal-frekwenza ta’ meta l-prezentatur tal-programm jista’ jghid lis-semmiegh jew lit-telespettatur li mistieden ghall-programm ma setax jattendi. Dan il-paragrafu jaqra kif gej:

“Kultant min ikun intalab jigi intervistat fi programm ma jkunx jista’ jew ma jkunx irid jilqa’ l-istedina biex jiehu sehem. Dan ma jfissirx li l-programm ghandu jithassar. Il-prezentatur, bl-aktar mod normali u kemm jista’ jkun distakkat, ghandu jaghmel referenza semplici ghal dak li naqas jidher fil-programm u l-prezentatur ghandu safejn ikun prattikabbli jghid x’inhuma l-opinjonijiet ta’ l-intervistat jew ta’ l-organizzazzjoni tieghu jew taghha dwar is-suggett li jkun qed jigi diskuss dment li dik l-opinjoni tkun maghrufa.”

L-Awtorita' ddecidiet illi:

a) in-nuqqas li persuna tippartecipa f’programm ghandha tinghad b’mod prudenti fil-bidu tal-programm u wara kull waqfa ghar-reklami;

b) mhux permess li waqt il-programm jithalla siggu vojt ghal dak il-mistsieden li ma jkunx attenda ghall-programm jew li jsiru domandi lill-persuna assenti.

Dr Kevin Aquilina
Kap Esekuttiv
12 ta’ Frar 2008
Ref 89/01