
Ċirkulari Nru 8/02
Programmi li jitrattaw Kwistjonijiet ta’ Natura Personali
L-Awtorità kellha l-opportunità li tiddiskuti numru ta’ programmi li qed jittellgħu fuq it-televiżjoni li jitrattaw dwar suġġetti ta’ natura personali u intima.
L-Awtorità hija tal-fehma li kull programm li jkun qed jitratta kwistjoni ta’ natura personali u ntima għandu jiġi mtella’ b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-individwi konċernati speċjalment meta dawn ikunu minorenni u l-programm ikun qed jitratta s-suġġett bl-iżjed mod sensittiv għall-persuni milqutin. Fl-ebda programm m’għandu jkun hemm identifikazzjoni u espożizzjoni ta’ persuni mingħajr il-kunsens tagħhom.
21 ta’ Frar 2002