
Ċirkulari 10/09
Ċirkulari lill-Istazzjonijiet Kollha
Jumejn ta’ Silenzju
Infakkarkom li l-Ġimgħa, 5 ta’ Ġunju u s-Sibt 6 ta’ Ġunju huma ġranet tas-silenzju
u allura kull stazzjon għandu l-obbligu li jsegwi Artikli 5 u 6 tad-direttiva tal-
Awtorità tax-Xandir dwar l-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali.
Qed nerġa’ nehmeż kopja ta’ dawn l-artikli ma’ din iċ-ċirkulari.
Infakkarkom li f’dawn il-jumejn ma jistgħux jixxandru reklami biex iħajru lillelettorat
imur jivvota. Lanqas m’għandhom jixxandru promos dwar programmi li
se jiddiskutu r-riżultati tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali.
Dawn jistgħu jibdew jixxandru biss wara li jkunu għalqu l-postijiet kollha talvotazzjoni
f’Malta u Għawdex.
Regolamenti
Ħtiġiet dwar Standards u Prattika
| Pierre Cassar | | 2 ta’ Ġunju 2009 |
| Kap Eżekuttiv | | Ref 103/03 |
| Awtorità tax-Xandir | | |