
Ċirkulari 13/09
Lill-Istazzjonijiet kollha tar-Radju tal-Komunità
Bħala l-Kap Eżekuttiv ġdid tal-Awtorità tax-Xandir, nieħu din l-opportunità biex nestendi
l-awgurju tiegħi għall-ħidma tagħkom fil-komunitajiet rispettivi.
Nixtieq niġbdilkom l-attenzjoni għall-fatt li kull operatur tar-radju tal-komunità, kemm
dawk ta’ terminu qasir kif ukoll dawk hekk meqjusa permanenti, huwa/hija mitlub/a billiġi
biex iżomm/iżżomm log tapes tax-xandiriet fuq l-istazzjon rispettiv tiegħu/tagħha
skont l-artikoli tal-Ewwel Skeda tal-Att dwar ix-Xandir.
L-Awtorità tax-Xandir minn żmien għal żmien tista’ titlob kopja ta’ dawn il-log tapes.
Dawk l-istazzjonijiet tar-radju tal-komunità, li għal xi raġuni jew oħra ma jkunux żammew
kopja ta’ dawn il-log tapes, ikunu ħatja ta’ ksur tal-Att dwar ix-Xandir u tinħareġ akkuża
kontra l-istazzjon.
Nieħu din l-opportunità wkoll biex ninfurmakom li l-Awtorità ħatret lil Joanna Spiteri
bħala l-Kap il-ġdid tad-Dipartiment tal-Monitoring filwaqt li Dr Simon Manicolo ngħata lkariga
ta’ Segretarju tal-Awtorità. F’każ li jkollkom bżonn ta’ xi kjarifiki dwar x’jista’
jixxandar jew le fuq ir-radju tagħkom, nitlobkom tagħmlu kuntatt ma’ Ms. Spiteri permezz
tal-email fuq joanna.spiteri@ba.org.mt
Inselli għalikom u nawgura li fi żmien qasir ikollna l-opportunità niltaqgħu biex naqsmu
flimkien xi ħsibijiet dwar l-operat u l-futur tar-radju tal-komunità f’Malta.
| Pierre Cassar | | 10 ta’ Lulju 2009 |
| Kap Eżekuttiv | | Ref 3/91 |
| Awtorità tax-Xandir | | |