
Ċirkulari 24/06
Meta Kunċert jiġi Klassifikat bħala Reklam jew Attività Kulturali
L-Awtorità tattira l-attenzjoni ta’ l-istazzjonijiet kollha għal dak li jipprovdi lartiklu 19(8) ta’ l-Att dwar ix-Xandir. Dan l-artikolu jaqra kif ġej:–
“Artiklu 19(8). Ebda ħaġa fis-subartikolu (6) ma għandha tiftiehem li tipprojbixxi li tiġi mdaħħla kull waħda mill-ħwejjeġ li ġejjin f’xi parti ta’ programm imxandar mill-Awtorità jew minn xi persuna oħra li tkun qiegħda tagħti servizz ta’ xandir f’Malta, li ma jkunx reklam, jiġifieri –
a) items maħsuba biex jagħtu pubbliċità għall-ħtiġijiet jew skopijiet ta’ xi assoċjazzjoni jew organizzazzjoni mmexxija għal skopijiet ta’ karità jew ta’ benevolenza;
b) rivisti ta’ pubblikazzjonijiet letterarji, artistiċi, jew pubbli-kazzjonijiet oħra jew produzzjonijiet, magħduda divertimenti kurrenti;
c) items li jikkonsistu f’deskrizzjonjiiet b’fatti ta’ azzjonjiiet, ġrajjiet, postijiet jew ħwejjeġ, li jkunu items li fil-fehma ta’ l-Awtorità jkunu xierqa li jiġu mdaħħla minħabba l-interess intrinsiku jew kapaċità ta’ tagħlim tagħhom u ma jikkostitwux element ta’ reklam mhux xieraq;
d) tħabbir tal-post ta’ xi rappreżentazzjoni inkluża fil-programm jew ta’ l-isem u deskrizzjoni tal-persuni li jkollhom x’jaqsmu bħala atturi jew xort’oħra f’xi rappreżentazzjoni bħal dik, tħabbir tan-numru u deskrizzjoni ta’ xi reġistrazzjoni hekk inkluża, u stqarrija dwar kull permess mogħti dwar xi rappreżentazzjoni, persuni jew reġistrazzjoni bħal dik; u
e) dak il-ħwejjeġ l-oħra, jekk ikun hemm, li jistgħu jiġu preskritti b’regolamenti magħmulin mill-Awtorità flimkien mal-Ministru.”
Minn dan l-artikolu jirriżulta sew liema huma dawk il-każijiet fejn servizz informattiv ma jitqisx li hu reklamatorju. F’każ li l-Awtorità kellha quddiemha reċentement, l-Awtorità kkonkludiet li rokna informattiva ta’ natura kulturali dwar kunċert kellha element reklamatorju fiha peress li mhux biss ingħatat pubbliċità għall-kunċert in kwistjoni iżda saret wisq enfasi fuq il-bejgħ tal-biljetti għal dak il-kunċert milli għall-istess kontenut kulturali ta’ dak il-kunċert. Peress li deher fiċ-ċar li l-istazzjon ma kienx qed jifhem sew id-disposizzjonijiet tal-liġi applikabbli f’dan il-każ, l-Awtorità għaddiet biex fissrithom lill-istazzjon u ddeċidiet li għandha tinħareġ ċirkulari lill-istazzjonijiet dwar l-interpretazzjoni li l-Awtorità kienet qed tagħti lill-artikolu 19(8) (d) ta’ l-Att dwar ix-Xandir biex b’hekk ma jkunx hemm aktar ekwivoċi fil-futur.
Meta ssir ħafna enfasi fuq kemm għad fadal ftit biljetti x’jinbiegħu, jintqal repetutament il-prezz tal-biljetti u essenzjalment ikun hemm aktar enfasi fuq ilbejgħ ta’ l-attività milli l-promozzjoni ta’ dik l-istess attività, dan kollu jitqis millAwtorità li jikkostitwixxi reklam u mhux informazzjoni kulturali.
Qiegħed inġib din id-deċiżjoni ta’ l-Awtorità għall-infomazzjoni tiegħek biex tiċċirkula ma’ l-impjegati ta’ l-istazzjon u l-produtturi indipendenti.
23 ta’ Ġunju 2006