Circulars




Latest

 

 

Ċirkulari 02/24

 

Lill-Istazzjonijiet Kollha tar-Radju u Televiżjoni

 

 

Kampanja ta’ reklamar dwar l-użu responsabbli tal-kannabis

 

 

L-Awtorità tax-Xandir ħadet nota tal-kontenut li qed jixxandar bħala parti minn kampanja dwar l-użu responsabbli tal-kannabis.  Wara li kompliet tevalwa dan il-kontenut, il-Bord tal-Awtorità tax-Xandir iddeċieda li dan il-kontenut ma jistax jixxandar fl-ebda parti tal-ġurnata u għaldaqstant huwa pprojbit

 

Minn aspett legali, l-Awtorità tax-Xandir hija tal-fehma illi kemm-il darba tali kampanja tkun intirinsikament marbuta mal-kunċett tat-tipjip, dan il-kontenut għandu jkun projbit ai termini ta’ Artiklu 16K(2) tal-Att dwar ix-Xandir li jirrifletti Artiklu 9(d) tad-Direttiva (UE)2018/1808, liema artikli espliċitament jipprojbixxu kontenut f’dan is-sens.

 

Għaldaqstant l-istazzjonijiet kollha huma mitluba sabiex IMMEDJATAMENT jaderixxu ma’ din iċ-ċirkulari. In-nuqqas ta’ ħarsien ta’ Artiklu 16K(2) iġorr miegħu penali amministrattiva hekk kif kontemplat fi Skeda 5 tal-Att dwar ix-Xandir.

 

Dr Joanna Spiteri
Kap Eżekuttiv
25 ta’ Marzu, 2024

Ref : 20/24

 

 

 

 

 


Archive

Press here for Circulars to Broadcasting Stations Archive