
Circular 47/06
Telebejgħ
L-Awtorità qed tinnota li waqt programmi ta’ telebejgħ mhux dejjem qed jiġu osservati r-regoli applikabbli għal dan it-tip ta’ programmer. Fost affarijiet oħra, qed jiġi nnutat dan li ġej:–
a) mhux dejjem qed issir referenza għall-cooling off period fil-każ ta’ dawk il-prodotti li jeħtieġu dan it-tip ta’ trattament. L-Awtorità għalhekk qed tidderiġi l-istazzjonijiet biex himxu mad-disposizzjonijiet tad-Distance Selling Regulations li japplikaw f’dan il-każ;
b) mhux kull tip ta’ prodott jew sevizz jista’ jkun suġġett ta’ direct offer u jkun ukoll marbujt ma’ rispons dirett. Irid jiġi aċċertat li f’teleshopping mhux il-ħanut irid jinbiegħ, imma l-prodotti li dak il-ħanut għandu għal bejgħ ji jistgħu jkunu suġġetti għat-teleshopping;
c) dwar il-prezz tal-prodott u/jew servizz, itid jiġi ċċarat lid an m’għandux ikun wieħed approssimattiv (bejn Lm5 u Lm100) iżda irid jingħad il-prezz eżatt ta’ kull prodott jew servizz;
d) dwar l-indirizz irid jingħad lid an qatt m’għandu jintqal jew jiġi ndikat b’xi mod ieħor bħalma huwa l-każ li wieħed jagħti d-direzzjoni ta’ kif wieħed għandu jasal f’dak il-ħanut.
Telebejgħ u Relamar
Terġa’, biex it-telespettatur ma jiġix żgwidat huwa mportanto li:–
i) f’kull reklam jidhru tul il-ħin kollu tar-reklam il-kliem “Messaġġ Promozzjonali:, u
ii) f’każ ta’ teleshopping fit-teleshopping window jridu jidhru l-ħin kollu l-kliem “Telebejgħ” jew “Teleshop” jew “Teleshopping”.
L-Awtorità qed tesiġi li l-istazzjonijiet kollha jimxu ma’ dawn id-direttivi u li kull producer, inkluż independent producers, jiġu mgħarrfa bil-kontenut ta’ din iċ-ċirkulari.
Dawn t’hawn fuq japplika kemm fil-każ ta’ teleshopping windows u reklamar kemm fuq stazzjonijiet tat-televiżjoni li huma biss tat-teleshopping bħall-iTV, kemm fuq stazzjonijiet oħra bħal TVM, Super One TV, NET TV, Smash TV, u Education 22.
23 ta’ Novembru 2006