Cirkulari 51/07
Cirkulari lill-Istazzjonijiet tat-Televizjoni
Rapport tat-Temp
Meta jinqara t-temp, l-istazzjonijiet tat-televizjoni gieli jgibu lista tat-temperaturi fl-ibliet barranin u flok jaqraw it-temperatura f’dawn l-ibliet jghidu li dak li jidher fuq l-iskrin tat-televizjoni huma t-temperaturi fl-ibliet barranin.
L-istess qed jigri meta jsir it-tbassir tat-temp fil-hamest ijiem li jkunu gejjin. Anke f’dan il-kaz titpogga tabella u l-kontenut taghha ma jinqarax.
Meta fost udjenza jkun hemm nies neqsin mid-dawl, dawn ma jkunux jistghu jsegwu dak li jkun qed jidher fuq l-iskrin tat-televizjoni. Huwa ghalhekk importanti li dawn it-tabelli jinqraw ghall-beneficju ta’ dawk in-nies li ma jkunux jistghu jaqrawhom halli b’hekk it-telespettaturi kollha jkunu jistghu jsegwu r-rapport tat-temp.
Dr Kevin Aquilina 12 ta’ Novembru 2007
Kap Esekuttiv Re 133/02
Awtorita' tax-Xandir