
Circular 13/07
Ilment ta’ l-Alternattiva Demokratika
L-Awtorità rat l-ilment ta’ l-Alternattiva Demokratika dwar il-programme Gianni Borg li xxandar fuq Super One TV fil-15 ta’ Frar 2007 …
Mill-banda l-oħra l-Awtorità tifhem ukoll illi waqt kampanja elettorali u fi programmi ta’ natura politika l-istazzjonijiet kollha, inklużi dawk privati u politiċi, għandhom sa fejn hu possibbli, jiżguraw parteċipazzjoni mill-aktar wiesa’ tad-diversi fehmiet politiċi fl-interess tat-telespettatur u tas-semmiegħ. Għalhekk, l-Awtorità qed tirrakkomanda lill-istazzjonijiet kollha illi fi programmi politiċi għandu jkun hemm kemm jista’ jkun reppreżentazzjoni wiesa’ tal-firxa ta’ ideat politiċi u tistenna li kull stazzjon jimxi ma’ din ir-rakkomandazzjoni. L-Awtorità se tkompli ssegwi – bħalma dejjem għamlet – ix-xandir lokali f’dan il-perjodu ta’ kampanja elettorali u tagħti dawk id-direttivi kollha meħtieġa meta u jekk ikun hemm bżonn.
1 ta Marzu 2007