
Ċirkulari 19/06
Servizzi Ġodda li jiġu introdotti fis-Suq: Valur Informattiv jew Kummerċjali?
L-Awtorità kkunsidrat il-kummenti li saru f’rapport tal-monitoring dwar servizz ġdid li ġie introdott minn kumpanija għall-użu ta’ ċelloli steminali fil-kura tal-mard u jekk it-trattament tas-suġġett kienx jikkostitwixxi promozzjoni kummerġjali jew valur intrinsiku u ta’ interess għall-pubbliku.
L-Awtorità ddeċidiet li diskussjoni ma’ persuna li ssemmi l-isem ta’ kumpanija li tispeġjalizza f’suġġett ta’ valur intrinsiku u ta’ interess għall-pubbliku ma kienitx neġessarjament tikser ir-regoli tar-reklamar sakemm jidher ġar li l-isem tal-kumpanija ma jissemmix għal skopijiet pubbliċitarji u li din ma tkunx f’kompetizzjoni ma’ kumpanija jew ażjenda kummerċjali oħra. Għalhekk lAwtorità ddeċidiet li ma setgħetx tipprojbixxi a priori diskussjonijiet dwar suġġetti bħal dawn.
L-Awtorità ddeċidiet ukoll illi x-xandara għandhom jieħdu in konsiderazzjoni dawn il-kriterji li ġejjin:
a) jekk l-item ikunx wieħed informattiv/edukattiv jew wieħed purament promozzjonali għas-servizzi/prodotti ġodda;
b) jekk ikunux jeżistu kompetituri lokali oħra li joffru servizzi u/jew prodotti simili. Fil-każ affermattiv wieħed irid jara jekk il-kompetituri kollha ġewx mistiedna li jipparteċipaw jew le;
c) li s-suġġett in kwistjoni, peress li jkun ġdid, ikunx wieħed li jkun ta’interess pubbliku; u
d) għalkemm m’hemm xejn ħażin li fil-programm tipparteċipa persuna li tkun ġejja minn kumpanija partikolari li toffri dawn is-servizzi/prodotti ġodda u/jew jissemmew xi prezzijiet ukoll, l-enfasi tal-preżentazzjoni tagħha għandha tkun tali li tista’ titqies informattiva/ edukattiva u mhux reklamatorja.
26 t’April 2006