
Ċirkulari Nru.: 37/01
Reklamar b’Ingann fi Programmi ta’ Drama
L-Awtorità qed tinnota t-trend li jidher li qed tidħol fi programmi ta’ drama lokali li qed jixxandru fit-televiżjoni li jkun fihom reklamar b’ingann. Minn monitoring exercise li sar mill-Awtorità jirriżulta li fit-teleserials prodotti lokalment qed ikun hemm product placement (jidhru l-faċċati ta’ ħwienet, sptarijiet u prodotti oħra).
L-Awtorità tinnota wkoll illi dan it-tip ta’ reklamar mhuwiex wieħed inċidentali iżda huwa magħmul biex jidher li huwa reklam.
Għalhekk l-Awtorità qed tavża li kull programm ta’ drama u teleserial li se jkompli juri product placements ikun qed jikser l-Artiklu 9 tat-Tielet Skeda ta’ lAtt dwar ix-Xandir u għalhekk ikolli nakkuża l-istazzjon bi ksur tal-liġi.
8 ta’ Novembru 2001