Circulars




Latest

 

 

Ċirkulari 03/24

 

Lill-Istazzjonijiet tat-Televiżjoni

 

 

Ċirkulari dwar L.S.350.15 u L.S.350.31 fil-kuntest tal-Bulettini tal-Aħbarijiet

 

 

Minn żmien għal żmien, diversi organizzazzjonijiet volontarji jtellgħu maratoni ġbir ta’ fondi b’risq l-operat tagħhom. L-Awtorità nnotat li, minn jiem qabel, il-kmamar tal-aħbarijiet iħejju servizzi fil-bulettini tal-aħbarijiet marbuta ma’ każijiet speċifiċi li se jkunu qed jibbenefikaw minn dawn il-maratoni ġbir ta’ fondi.  Uħud minn dawn is-servizzi jservu ta’ promozzjoni speċifika għall-maratoni u jinkwadraw fil-kuntest ta’ Artiklu 19(8)(a) tal-Att dwar ix-Xandir.

 

Madanakollu, il-kuntest ta’ Artiklu 19(8)(a) ma jeżentax lix-xandara minn obbligi oħra. Għaldaqstant permezz ta’ din iċ-ċirkulari qed ninfurmaw lix-xandara kollha sabiex jiżguraw li skont il-każ, servizzi simili jkunu konformi mal-provvedimenti kollha tal-Att dwar ix-Xandir. Dan billi primarjament;

 

 

  • jiġu osservati l-ħtiġijiet ta’ seduta li tgħarbel u tikkonferma l-kunsens ai termini ta’ Para. 4.1.10 tal-L.S.350.15, Ħtiġiet dwar Standards u Prattika dwar is-Sehem ta’ Nies Bla Ħarsien Xieraq fil-Mezzi tax-Xandir

 

  • jiġi osservat l-provvediment f’Para.2.4 tal-L.S.350.31 Ħtiġiet dwar Standards u Prattika dwar Reklamar, Metodi ta’ Reklamar u Direzzjonijiet dwar Kollezzjonijiet Pubbliċi fil-Mezzi tax-Xandir dwar il-wiri tal-V/O No.

 

Dan mhux biss għandu jwassal għall-iktar konformità mar-regoli tax-xandir, iżda għandu wkoll ikompli jsaħħaħ ix-xogħol li jsir fil-qasam tal-volotarjat billi tiġi żgurata l-protezzjoni neċessarja kemm tal-benefiċċjarji kif ukoll tad-donaturi.

Dr Joanna Spiteri
Kap Eżekuttiv
04 ta’ April 2024

Ref: 45/08

 

 

 

 

 


Archive

Press here for Circulars to Broadcasting Stations Archive