 |
|
 |
|
|
 |
 |
 |
Deċiżjonijiet ta' l-Awtorita` tax-Xandir 2010
Deċiżjonijiet ta' l-Awtorita` tax-Xandir 2010 | | | | One - Flimkien ma’ Nancy - 3 ta' Jannar 2010 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża tat-3 ta’ Jannar, 2010 fejn One TV kiser il-paragrafi 30, 31 u 43 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir. Kien hemm ksur tal-paragrafu 5.2 tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika dwar it-Tmexxija ta’ Kompetizzjonijiet u l-Għoti ta’ Premjijiet fil-Mezzi tax-Xandir u ksur taċ-Ċirkulari 48/07 dwar ripetizzjoni ta’ programmi televiżivi. Dwar dan il-każ l-Awtorità ikkostatat illi fir-rigward ta’ paragrafi 30 u 31 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir, l-akkuża ma ġietx ippruvata madanakollu l-istazzjon kiser paragrafu 43 tat-Tielet Skeda peress li waqt li rringrazzjat lill-isponsors u l-istabbilimenti li kienu jgħinu l-programm, il-preżentatriċi tat dettalji żejda u promozzjonali dwarhom saħansitra f’każ partikolari (Connie’s Fish Shop) stiednet lit-telespettaturi jżuru l-imsemmi stabbiliment. Fiċ-ċirkostanzi tal-każ, u ċjoe li l-akkuża ma ġietx ippruvata fit-totalità tagħha l-Awtorità iddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon u ddiriġiet li l-programm għandu jibqà jiġi segwit sabiex jiġi assikurat li tali nuqqasijiet ma jirrepetux ruħhom. |
| | One TV - Rapport Finanzjarju - 17, 18 ta' Dicembru 2009 u l-4 ta' Jannar 2010 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża tas-17 u tat-18 ta’ Diċembru, 2009 u l-4 ta’ Jannar, 2010 fejn One TV kiser il-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir, meta waqt Rapport Finanzjarju sponsorjat mill-Bank of Valletta plc, il-preżentatriċi dehret liebsa uniformi tal-istess bank, u fuq l-iskrin deher l-isem u kif ukoll il-logo tal-bank. Wara li l-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv fl-assenza ta’ rappreżentant tal-istazzjon ikkostatat illi, sabiex programmi ta’ dan it-tip ma jiksrux l-imsemmija provvedimenti l-istazzjon kellu jaddotta wieħed minn żewġ mudelli: 1) il-programm jiġi indikat fit-totalità tiegħu bħala tagħrif promozzjonali u l-ħin tiegħu jiġi mnaqqas mit-12-il minuta reklami f’siegħa orarja ai termini tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir; jew 2) il-programm jingħata bixra differenti fis-sens, li jitqies bħala programm sponsorjat u għalhekk matulu ma ssir l-ebda referenza għall-imsemmi bank kemm b’mod viżiv kif ukoll b’mod verbali. Dan ifisser li l-kontenut ikun ħieles minn kwalunkwe rabta ma l-isponsor, f’dan il-każ il-bank. Fiċ-ċirkostanzi l-Awtorità ordnat li din l-irregolarità tieqaf b’mod immedjat u l-programm jikkonforma mal-liġi u f’każ li dan ma jseħħx tkun kostretta tieħu passi ulterjuri. |
| | ONE - Inkontri - 5 ta' Jannar 2010 | Ilment mill-Professur Kenneth Wain, Kummissarju tal-Organizazzjonijiet Volontarji kontra ONE TV dwar dritt ta' risposta. | L-Awtorità iddiskutiet il-każ, u rat kemm il-provvedimenti tal-liġi u s-sottomissjonijiet tal-partijiet u qablet illi b’mod ġenerali l-Ħtiġijiiet dwar Standards u Prattika li japplikaw għall-Bulettini tal-Aħbarijiet u l-Programmi ta’ Ġrajjiet Kurrenti kienu ġew osservati u ikkostatat: a) Illi l-kummenti li għamel il-preżentatur dwar parzjalità fil-kuntest tal-Libertà tal-Espressjoni qabel beda jaqra d-dritt ta’ risposta kienu kummenti personali li mhux bilfors li wieħed kien jaqbel magħhom, b) Illi essenzjalment ‘l aktar partijiet importanti mid-dritt ta’ risposta ġew imxandra mingħajr ebda kumment minn naħa tal-preżentatur. c) Illi l-Awtorità innutat illi ċerti partijiet mid-dritt tar-risposta setgħu tħallew barra; i) għax setgħu kienu offensivi fil-konfront tal-preżentatur, u dan minkejja li l-Awtorità tifhem li dan huwa suġġettiv u li ma kienitx l-intenzjoni li dawn il-partijiet b’xi mod joffendu, u/jew ii) minħabba raġunijiet ta’ tul.
Fid-dawl ta’ dawn il-konsiderazzjonijiet l-Awtorità iddeċidiet li ma kelliex tipproċedi b’mod ulterjuri kontra l-istazzjon. |
| | TVM - Studio 54 | | Ilment mis-Sur Alfie Lewis Rigward il-Programm Studio 54 li Xxandar fuq TVM | L-Awtorità kellha quddiemha ilment mis-Sur Alfie Lewis rigward il-programm Studio 54, li jixxandar fuq TVM, liema ilment kien jikkonċerna l-impożizzjoni ta’ ħlas ta’ €15 mill-produtturi tal-programm għar-rigward ta’ awdizzjonijiet b’konnessjoni mal-parteċipazzjoni tal-pubbliku fl-imsemmi programm. Iċ-Chairman filwaqt li introduċa il-proċedura qal illi dan l-ilment kien qiegħed jinstema’ ai termini ta’ Artiklu 21A tal-Att dwar ix-Xandir li kien jagħti l-poter lill-Awtorità tisma’ ilmenti minn terzi persuni rigwardanti n-nuqqas ta’ xandâr li jikkonforma mal-provvedimenti fl-imsemmi Att. L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, lis-Sur Alfie Lewis, lis-Sur Reuben Zammit, Manager tal-Programmi ta’ TVM, lis-Sur P J Vassallo u lis-Sur Pablo Micallef għall-Produzzjoni. Is-Sur Lewis ikkontenda li wara li kien sema’ avviż fuq il-mezzi tax-xandir li permezz tiegħu il-pubbliku kien qed jiġi mistieden jipparteċipa fl-imsemmi programm, kien iddeċieda li kellu jersaq għal awdizzjoni f’data u ħin indikat lilu. Is-Sur Lewis żied li kien sorpriż bil-fatt li ftit qabel l-imsemmija awdizzjoni intalab iħallas €15 u dan meta skont is-Sur Lewis fl-ebda mument qabel dakinhar ma kien b’xi mod ġie infurmat li tali parteċipazzjoni kienet tikkomporta l-imsemmi ħlas. Żied li n-nuqqas ta’ informazzjoni mill-produzzjoni f’dan is-sens kien qarrieqi fil-konfront tiegħu u għalhekk kien qiegħed jagħmel dan l-ilment. Min naħa ‘l oħra s-Sur Pablo Micallef għall-produzzjoni ikkontesta l-verżjoni tal-fatti kif espressi mis-Sur Lewis u ikkontenda li kienet prassi stabbilità mill-produtturi li persuni li jkunu wrew interess sabiex jipparteċipaw fil-programmi jingħataw l-informazzjoni kollha neċessarja qabel jagħmlu l-awdizzjoni u qabel jiffirmaw il-kuntratt relattiv. Żied li l-ħlas ta’ €15 kien imur sabiex il-produtturi ikopru parti mill-ispejjeż amministrattivi konnessi mal-istess awdizzjonijiet u fil-passat dan qatt ma kien kontestat. Is-Sur Micallef qal li l-aġir qarrieqi li għalih irrefera s-Sur Lewis kien fl-opinjoni tiegħu ineżistenti u dan peress li tul il-proċess tal-għażla qabel l-awdizzjoni u l-iffirmar tal-kuntratt il-pubbliku kellu kull opportunita’ li jirrinunzja għall-parteċipazzjoni u dan mingħajr ma jinkorri spejjeż inkluż il-€15. Żied li fir-riklam/avviż li kien jixxandar fuq il-mezzi tax-xandir ma setgħux jingħataw id-dettalji kollha u kienet issir biss stedina lill-pubbliku biex jipparteċipa, sussegwentement l-informazzjoni kollha kienet tingħata aktar tard permezz tat-telefon. L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u kkunsidrat il-provvedimenti eżistenti tal-liġi, u qablet li teknikament ai termini tal-liġi u r-regolamenti eżistenti ma kien jirriżulta l-ebda ksur minn naħa tal-istazzjon. Madanakollu, l-Awtorità ħasset li kellha tirreferi għall-paragrafu 10 tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika applikabbli għall-Kompetizzjonijiet u l-Għoti ta’ Premjijiet, li kien jelenka l-informazzjoni li kellha tingħata waqt reklamar għall-parteċipazzjoni f’kompetizzjonijiet. L-Awtorità rat illi f’dan il-każ il-leġislatur kien ħass il-ħtieġa li jimponi fuq ix-xandar ċerti obbligi f’dan is-sens, fil-fatt l-imsemmi paragrafu fost ħwejjeġ oħra jipprovdi li tali reklami kellhom jinkludu l-informazzjoni kollha li setgħet timpinġi u taffetwa d-deċiżjoni tal-pubbliku jekk fil-fatt jipparteċipax fi programm. L-Awtorità qablet li fil-każ in eżami, kien essenzjali li l-pubbliku jkun infurmat b’mod ċar li l-parteċipazzjoni kienet tikkomporta il-ħlas ta’ €15, u għaldaqstant dan il-fattur kellu jissemma’ u jiġi inkluż bħala parti integrali mill-istess riklam / fl-avviż. L-Awtorità iddiriġiet li din id-deċiżjoni tiġi komunikata lill-istazzjonijiet kollha sabiex dawn jagħrfu jirregolaw ruħhom skont il-każ u inoltre ikkonstata li kienet ser tibqa’ ssegwi u tevalwa s-sitwazzjoni f’dan ir-rigward u fin-nuqqas ta’ meljorament kienet lesta li tagħmel l-emendi neċessarji fil-liġi sabiex it-telespettatur jingħata l-protezzjoni li tixraqlu. In oltre, dwar l-ilment in eżami l-Awtorità iddeċidiet li ma kellhiex tipproċedi ulterjoralment. 5 ta’ Jannar, 2011 |
| | One - One News - 25 ta' Jannar 2010 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li fil-25 ta’ Jannar 2010, One News kien kiser il-provvedimenti f’paragrafi 13.3 tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika li japplikaw għal Bulettini tal-Aħbarijiet u l-Programmi ta’ Ġrajjiet Kurrenti meta xandar silta minn intervista telefonika mal-Avukat Victor Scerri meta dan ma ġiex infurmat li t-telefonata kienet qed tiġi reġistrata u ma kienx ta l-kunsens tiegħu biex din tkun tista’ tixxandar. L-Awtorità, filwaqt li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet, u rat iċ-ċirkostanzi tal-każ ddeċidiet li mingħajr ma’ tidħol fil-mertu tal-istorja/aħbar li xxandret, ai termini tal-imsemmija provvedimenti l-ġurnalista kellha l-obbligu li tinforma lill-Avukat Scerri li kienet ser tirreġistra t-telefonata u sussegwentement titlob il-kunsens tiegħu sabiex din tixxandar u fin-nuqqas ta’ dan, il-kummenti ma kellhomx jixxandru, proċedura li l-ġurnalista ma segwietx. In oltre, hekk kif irriżulta mit-trattazzjoni tal-partijiet, l-Avukat Scerri kien diġà indika b’mod ċar, d-dissens tiegħu għar-reġistrazzjoni, f’telefonata preċedenti u għalhekk l-istazzjon kien obbligat jirrispetta din id-deċiżjoni. l-Awtorità kienet pjenament konxja mid-diskrezzjoni li kellu jgawdi stazzjon fl-għażla tal-aħbar, madanakollu kienet tħoss li kien hemm aspetti etiċi li kellhom jiġu rispettati u salvagwardjati u dan kien proprju wieħed mill- għanijiet li għalihom kienu saru dawn ir-regolamenti. Fid-dawl ta’ dan, l-Awtorità iddeċidiet illi l-akkuża kienet ġiet ippruvata, u l-istazzjon kellu jeħel il-penali rispettiva ta’ elf mija u erbgħa u sittin Euro (€1,164). |
| | ONE - One News | | Ilment mill-Partit Nazzjonalista fil-kofront ta’ One News | Nagħmel referenza għall-ilment tiegħek bid-data 22 ta’ Diċembru, 2009 dwar dritt ta’ risposta fuq One News. L-Awtorità trattat ilment mill-Partit Nazzjonalista bid-data 22 ta' Diċembru 2009 fis-seduta li nżammet fid-9 ta’ Frar u filwaqt li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet, iddiskutiet iċ-ċirkostanzi tal-każ u iddeċdiet li ma kelliex tipproċedi u tidħol fil-mertu tal-każ stante li t-talba għal dritt ta’ risposta mill-Partit Nazzjonalista fil-prattika ma setgħetx titwettaq peress li dan fl-ebda mument ma kien issottometta t-test tad-dritt ta’ risposta u għalhekk f’konformità ma’ deċiżjoni preċedenti l-Awtorità ma setgħatx tipproċedi ulterjoralment bis-smiegħ ta’ dan il-każ. 12 ta’ Frar, 2010 |
| | Smash Radio - Xtravagance - 15 ta' Frar 2010 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li fil-programm Xtravagance fuq Smash Radio kien hemm ksur tal-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir meta waqt dan il-programm kien hemm nuqqas ta’ separazzjoni bejn il-kontenut u l-element reklamatorju u kif ukoll paragrafu 2.1 tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika dwar il-Prezz tat-Telefonati u SMS’s fil-Mezzi tax-Xandir meta il-preżentatur naqas milli jagħti l-prezz tal-SMS tul il-programm kollu. L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, u lill-istazzjon li kien rappreżentat mis-Sur Joe Baldacchino li kkontenda illi n-nuqqas ta’ separazzjoni bejn il-kontenut tal-programm u r-reklamar kien irriżulta minħabba li għal xi raġuni il-ġingle li normalment tintuża sabiex tinħoloq din is-separazzjoni fil-fatt ma ntużatx. Dwar il-prezz tal-SMS, is-Sur Baldacchino talab lill-Awtorità tagħti direzzjoni dwar kif dan l-obbligu legali għandu jiġi applikat fuq is-servizzi radjufoniċi. L-Awtorità ddiskutiet il-każ u filwaqt li qablet mal-proposta tas-Sur Baldacchino dwar il-prezz tal-SMS tant li ddiriġiet li din tiġi indirizzata, iddeċidiet illi l-akkuża kienet ġiet ippruvata, u l-istazzjon kellu jeħel il-penali rispettiva peress li dan il-ksur irriżulta f’aktar minn okkazzjoni waħda, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba iddeċidiet li tissospendi id-deċiżjoni tagħha għal sitt xhur, u ddiriġiet li matul dan il-perjodu jsir monitoraġġ tat-trasmissjoni tal-istazzjon sabiex jiġi aċċertat li dan kien qed jikkonforma mal-provvedimenti tal-liġi. |
| | One - Arani Issa - 11/25 ta' Frar 2010 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li fil-programm Arani Issa tal-11 u l-25 ta’ Frar, 2010 fuq One TV ma kienx hemm separazzjoni bejn ir-rokna informattiva u r-reklamar hekk kif elenkat fiċ-ċirkulari 11/09 dwar l-interpretazzjoni tal-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir, u kif ukoll ksur ta’ paragrafu 4.1 tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika dwar it-Tmexxija ta’ Kompetizzjonijiet u l-Għoti ta’ Premjijiet fil-Mezzi tax-Xandir. L-Awtorità kienet semgħet lil Ms Joanna Spiteri, Kap tad-Dipartiment tal-Monitoring, lill-istazzjon li kien rappreżentat minn Ms Ruth Vella, Senior Manager Broadcasting u mill-Produttur Dr Joseph Chetcuti li kkontenda illi l-akkuża fil-konfront tal-programm li xxandar fil-11 ta’ Frar, 2010 kellha tkun revokata peress illi dan il-programm kien ixxandar ftit jiem biss wara laqgħa li kienet saret mal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità fejn kienu ġew diskussi u iċċarati punti konnessi mal-aspett kummerċjali tal-programm. L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u ddeċidiet li: (i) ma kelliex tipproċedi kontra l-istazzjon fir-rigward tal-edizzjoni tal-programm tal-11 ta’ Frar, peress li dan il-programm kien ixxandar ftit jiem wara laqgħa li kienet saret maċ-Chairman u l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità fejn kienu ġew diskussi u iċċarati punti konnessi mal-aspett kummerċjali tal-programm u fejn kien hemm qbil dwar kif dawn kellhom jiġu ppreżentati sabiex il-programm jikkonforma mal-liġi, (ii) ma kelliex tipproċedi kontra l-istazzjon fir-rigward tal-parti ta’ l-akkuża li kienet tikkonċerna l-ksur ta’ paragrafu 4.1 tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika dwar it-Tmexxija ta’ Kompetizzjonijiet u l-Għoti ta’ Premjijiet fil-Mezzi tax-Xandir, peress li t-taqsima relattiva fil-programm ma kinitx taqa’ taħt dawn ir-regolamenti. Madanakollu, l-Awtorità qablet li fir-rigward tal-parti l-oħra tal-akkuża, l-programm tal-25 ta’ Frar, 2010, ma kienx osserva l-provvedimenti f’paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir fil-kuntest tal-interpretazzjoni permezz ta’ ċirkulari 11/09 meta ma kienx hemm separazzjoni bejn ir-rokna informattiva u r-reklamar, b’mod partikolari, fil-każ fejn il-persuna li applikat il-make-up fuq il-parteċipanta kienet l-istess persuna li dehret f’reklam għal Chemimart liema kumpannija hija wkoll sponser tal-programm. L-Awtorità kkostatat illi fiċ-ċirkostanzi tal-każ in eżami minkejja li xi reklami ixxandru wara t-tmiem tal-programm, il-mod ta’ preżentazzjoni tagħhom ma kienx jirrispetta s-separazzjoni adegwata rikjesta mill-liġi stante li l-preżentazzjoni tagħhom inkluż l-element viżiv kienet tirriduċihom bħala parti integrali mill-programm. In vista ta’ dan, l-Awtorità ddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata kif indikat, u peress li din ma kinitx l-ewwel darba li l-istazzjoni instab ħati ta’ tali ksur qablet li kellha timponi penali amministrattiva ta’ ta’ elf mija u erbgħa u sittin Ewro (€1,164) liema penali kellha titħallas fi żmien xahar mid-data tan-notifika. |
| | One - Matinee - 13 ta' Marzu 2010 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li fil-programm Matinee tat13 ta’ Marzu, 2010 kien hemm ksur ta’ paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir kif interpretati permezz ta’ ċirkolari 11/09, meta kien hemm assoċjazzjoni evidenti u għalhekk nuqqas ta’ separazzjoni bejn il-mistednin fl-irkejjen informattivi tal-moda u tat-tisjir u wħud mir-reklami li xxandru waqt il-programm. L-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv, lill-istazzjon li kien rapprezentat minn Ms Ruth Vella u lill-Produtturi is-Sur Rennie Vella u s-Sur Wayne Aquilina li kkontendew li Jeanelle, il-mistiedna fil-parti informattiva dwar il-moda fil-fatt ma kinitx personalita’ magħrufa. Żiedu li it-tim tal-produzzjoni kienu joqgħodu ferm attenti sabiex ir-regoli tal-Awtorità jiġu osservati pjenament, b’mod partikolari l-interpretazzjoni tal-provvedimenti f’paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir. L-Awtorità iddiskutiet is-sottomissjonijiet tal-partijiet u kkostatat illi l-lingwaġġ użat mill-mistiedna fil-parti dwar moda u ċjoe “..minn ta’ l-aħħar collection li għadha kemm waslet..”, jagħti l-wieħed x’jifhem li din kienet qed tirreferi għal prodotti tagħha. L-Awtorità nnutat ukoll li Ms Anna Caruana mistiedna fir-rokna tat-tisjir kienet direttament identifikata f’reklam għal Buffet Breakfast fil-lukanda Antonine, li segwa din ir-rokna. In vista ta’ dawn il-konsiderazzjonijiet l-Awtorità ddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata, iżda peress li din kienet l-ewwel darba li l-programm instab ħati ta’ tali ksur qablet li kellha twissi lill-istazzjon li minn naħa tiegħu kellu jara li tali nuqqas ma jirrepetix ruħu. |
| | Favourite Channel - Gran Design - 23 ta' Marzu 2010 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża tal-15 ta’ Frar, 2010 fejn fil-programm Gran Design ma kienx hemm separazzjoni bejn ir-rokna informattiva u r-reklamar hekk kif elenkat fiċ-ċirkulari 11/09 dwar l-interpretazzjoni tal-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir. Fl-assenza tal-Kap Eżekuttiv l-Awtorità semgħet lil Ms Joanna Bugeja, Kap tad-Dipartiment tal-Monitoring u lill-istazzjon li kien rappreżentat mis-Sur Karl Bonaci u s-Sur Virgilio Pirrone li minn naħa tagħhom ikkontendew illi sa minn meta beda jxandar, l-istazzjon dejjem ipprova jsegwi r-regoli u l-liġi tax-xandir u li dwar il-każ in kwistjoni hekk kif ġew notifikati bl-akkuża huma ħadu l-miżuri neċessarji biex in-nuqqas in eżami jiġi rettifikat. L-Awtorità wara li semgħet kemm lil Ms Joanna Bugeja, Kap tad-Dipartiment tal-Monitoring u lill-istazzjon qablet li fiċ-ċirkostanzi tal-każ u peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati li kiser l-imsemmija provvedimenti kellha twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix tali nuqqas. |
| | One - Pink Panther - 24 ta' Marzu 2010 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li fil-programm Pink Panther tal-24 ta’ Marzu, 2010 fuq ONE kien hemm ksur tal-paragrafi 4.2, 5.4 u 5.5 tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika biex tinġieb ‘il Quddiem l-Ugwaljanza Razzjali. L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u kif ukoll lil Ms Ruth Vella, Head of TV Brodcasting li qalet illi l-kummenti li kienu saru mis-Sur Joseph Borg waqt l-imsemmi programm ma kienux intenzjonati li jkunu razzisti u kienu kummenti li saru sforz l-inġenwità tal-persuna. Minn naħa tiegħu l-Kap Eżekuttiv ikkontenda illi b’din l-akkuża ried li jintbagħat messaġġ lill-produtturi fis-sens li dawn kellhom ikunu aktar attenti u sensittivi għal argumenti konnessi mal-ugwaljanza razzjali, u kien iħoss li f’dan il-każ partikolari l-preżentatriċi kellha tintervjeni. L-Awtorità iddiskutiet is-sottomissjonijiet u iddeċidiet li fiċ-ċirkostanzi ma kellhix tipproċedi ulterjoralment. |
| | One TV - X'Hadd Maghna - 24 ta' Marzu 2010 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża tal-14 ta’ Frar, 2010 li fil-programm X’Ħadd Magħna fuq One TV ma kienx hemm separazzjoni bejn ir-rokna informattiva u r-reklamar hekk kif elenkat fiċ-ċirkulari 11/09 dwar l-interpretazzjoni tal-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir. L-Awtorità semgħet lil Ms Joanna Spiteri, Kap tat-Taqsima tad-Dipartiment tal-Monitoring, lill-istazzjon li kien rappreżentat minn Ms Ruth Vella, Senior Manager Broadcasting u lill-Produtturi Ms Antonella Galea Lofredo u s-Sur Joseph Borg li minn naħa tagħhom ikkontendew illi ma kienux konxji illi l-parteċipazzjoni tas-Sur Vince Baldacchino fl-irkejjen informattivi kienet tikkonfliġġi, għall-finijiet tal-interpretazzjoni dwar tal-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir mar-reklami għall-istess kumpannija waqt l-istess programm. Żiedu illi hekk kif ġew notifikati bl-akkuża huma ħadu l-miżuri neċessarji biex dan in-nuqqas jiġi rettifikat. L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-istazzjon u l-produtturi qablet li, madanakollu l-akkuża kienet ġiet ippruvata u stante li din ma kinitx l-ewwel darba li dan il-programm kiser dawn il-provvedimenti ddeċidiet li timponi il-penali relattiva ta’ €1,164. Liema penali għandha titħallas fi żmien xahar mid-data ta’ din in-notifika. |
| | NET TV - Malta Illejla - 24 ta' Marzu 2010 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li fil-programm Malta Lejla fuq NET TV kien hemm ksur ta’ Artikli 5.2, 5.3 u 6.2. tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika dwar it-Tmexxija ta’ Kompetizzjonijiet u l-Għoti ta’ Premjijiet fil-Mezzi tax-Xandir. L-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv u lis-Sinjura Pauline Sciriha, telespetattriċi li resqet ilment kontra l-istazzjon peress li dan naqas li jonora l-obbligi tiegħu meta ma kkonsenjax żewġ premjijiet konsistenti f’żewġ vouchers fl-ammont ta’ €300 u €1,000 rispettivament, liema premjijiet kienu dovuti lis-Sinjura Sciriha in vista tal-parteċipazzjoni tagħha f’kompetizzjoni waqt l-imsemmi programm, propju f’edizzjonijiet li xxandru f’Mejju u f’Ottubru, 2009 rispettivament. Għal dan is-smigħ l-istazzjon naqas li jibagħat rappreżentanti u dan minkejja li kien ġie notifikat permezz ta’ ittra datata 18 ta’ Marzu, 2010. Wara li l-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tas-Sinjura Sciriha u tal-fatt illi n-nuqqas tal-istazzjon li jattendi għas-smigħ mingħajr pre-avviż kellu jitqies bħala ammissjoni, iddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata u imponiet il-penali relattiva ta’ €1,164, madanakollu fiċ-ċirkostanzi tal-każ qablet, li tissospendi din id-deċiżjoni u tagħti lill-istazzjon ħmistax-il ġurnata żmien sabiex jonora l-obbligi tiegħu fil-konfront tas-Sinjura Sciriha u fin-nuqqas ta’ dan, il-penali tiġi effettiva immedjatament. Ninfurmak illi f’każ li l-istazzjon jonqos li jonora l-obbligi tiegħu kif indikat apparti l-impożizzjoni tal-imsemmija penali l-Awtorità ser tippubblika d-dettalji u d-deċiżjoni tagħha dwar dan l-ilment. |
| | One TV - Looks - 25 ta' Marzu 2010 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża tat-13 u l-20 ta’ Frar 2010 li fil-programm Looks ma kienx hemm separazzjoni bejn ir-rokna informattiva u r-reklamar hekk kif elenkat fiċ-ċirkulari 11/09 dwar l-interpretazzjoni tal-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir. Fl-assenza tal-Kap Eżekuttiv, l-Awtorità semgħet lil Ms Joanna Spiteri, Kap tad-Dipartiment tal-Monitoring u lill-istazzjon li kien rappreżentat minn Ms Ruth Vella, Senior Manager Broadcasting. Peress li l-istazzjon ammetta l-akkuża miġjuba kontrih u stante li din ma kinitx l-ewwel darba li dan il-programm instab ħati ta’ tali ksur, l-Awtorità imponiet fuq l-istazzjon il-penali amministrattiva ta’ €931 liema penali għandha titħallas fi żmien xahar mid-data tan-notifika. |
| | Net TV - Niltaqgħu - Marzu | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li fil-programm Niltaqgħu fuq NET TV kien hemm ksur ta’ paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir meta ma kienx hemm separazzoni adekwata rikjesta mill-liġi, hekk kif interpretata permezz ta’ ċirkolari 11/09 peress li ixxandru reklami. L-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv, lill-istazzjon li kien rapprezentat mis-Sur Jeremy Dalli u s-Sur Josef Fitzpatrick u lill-produtturi is-Sur Godwin Friggieri u Ms Mary Tabone li kkontendew li l-programm kien ilu jixxandar fil-format preżenti sa minn Ottubru, 2009 u matul dan il-perjodu kienu żammew kuntatt kontinwu mal-Awtorita’ u dan sabiex jiżguraw aderenza mar-regoli eżistenti, partikolarment l-interpretazzjoni tal-provvedimenti dwar Reklamar. Is-Sur Friġġieri tenna li fl-irkejjen informattivi ma kien hemm l-ebda element promozzjonali u kienu jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jikkonservaw is-separazzjoni bejn l-informazzjoni u r-reklamar. L-Awtorità iddiskutiet is-sottomissjonijiet tal-partijiet u kkostatat illi l-fatt li l-preżentaturi u ċjoè Ms Mary Tabone u Sur Godwin Friggieri huma persuni sinonimi ma wħud mill-istabbilimenti kummerċjali li jirreklamaw fil-programm l-assoċjazzjoni bejn l-informazzjoni u l-elementi reklamatorji kienet evidenti u dan kien imur kontra l-imsemmijin provvedimenti, u għaldaqstant iddeċidiet illi l-akkuża kienet ġiet ippruvata, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-programm instab ħati ta’ tali ksur qablet li kellha twissi lill-istazzjon li minn naħa tiegħu kellu jara li tali nuqqas ma jirrepetix ruħu. 27 ta’ April, 2010 |
| | TVM - Bondiplus - 7 ta' April 2010 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li fil-programm Bondiplus tat-8 ta’ Marzu, 2010 kien hemm ksur ta’ Artiklu 13(2)(f) tal-Att dwar ix-Xandir, meta is-suġġett, u ċioe, l-ewwel sentejn ta’ ħidma tal-Gvern, bil-parteċipazzjoni tad-Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Dr Tonio Borg ma ġietx osservata l-imparzjalità rikjesta mill-liġi. Wara li evalwat is-sottomissjonijiet li tressqu mill-partijiet in kwistjoni, inkluż is-sottomissjonijiet bil-miktub imressqa mill-istazzjon, u wara wkoll li rat il-filmat tal-programm in kwistjoni, l-Awtorità kkonstatat il-fatti segwenti: (a) illi l-Att dwar ix-Xandir (Artiklu 13), waqt li jippermetti lill-Awtorità tax-Xandir, fejn tidħol il-ħtieġa li ‘tinżamm l-imparzalità dovuta dwar ħwejjeġ ta’ kontroversja politika jew industrijali jew li għandhom x’jaqsmu ma’ policy pubblika kurrenti’, li tara li din l-imparzjalità tintlaħaq fuq medda ta’ stazzjonijiet, fl-istess ħin tagħmilha ċara li dan ma jistax japplika fil-każ ta’ servizzi pubbliċi tax-xandir. Għalhekk, l-Awtorità tesiġi li fil-każ tal-istazzjonijiet tax-xandir pubbliku għandu jinżamm livell għoli ta’ imparzjalità u li, sa fejn dan huwa possibbli, kull programm li jindirizza l-imsemmija ħwejjeġ għandu jkun ibbilanċjat fih innifsu; (b) illi parti sostanzjali mill-edizzjoni tal-programm in kwistjoni kienet mibnija fuq features li kkomunikaw informazzjoni dwar proġetti, programmi u inizjattivi oħra mwettqa mill-Gvern matul dawn l-aħħar sentejn. Fl-opinjoni tal-Awtorità, dan ma kien xejn ħlief materjal promozzjonali għall-ħidma tal-Gvern matul dan il-perjodu u ma sar l-ebda sforz sabiex f’dawn il-features issir xi forma ta’ analiżi kritika ta’ din il-ħidma; (c) illi waqt li huwa minnu li waqt l-intervista li saret lill-Onorevoli Ministru Dr Tonio Borg il-preżentatur qajjem xi punti ta’ kritika li kienet saret għall-ħidma tal-Gvern, fl-opinjoni tal-Awtorità dan kien biss tentattiv dgħajjef sabiex jintlaħaq xi forma ta’ bilanċ, u ma jistax jitqies li dan ikkumpensa b’mod sodisfaċenti kemm għan-nuqqas ta’ bilanċ fil-features imsemmija kif ukoll għan-nuqqas ta’ parteċipazzjoni fil-programm ta’ persuni oħra b’opinjonijiet differenti, mhux neċessarjament biss persuni fil-qasam politiku. L-Awtorità hija tal-fehma li ma kien hemm l-ebda raġuni valida għaliex dan il-programm ma setax ikun ibbilanċjat fih innifsu. Għalhekk, l-Awtorità kkonkludiet li l-akkuża tal-Kap Eżekuttiv kienet ġiet ippruvata u mponiet fuq l-istazzjon penali ta’ elf mija u erbgħa u sittin ewro (€1,164) li għandha titħallas fi żmien xahar mil-lum. |
| | One - Bonġu Bundy - 7/8/9/ t'April 2010 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li fil-programm Bonġu Bundy tas-7, 8, u 9 t’April, 2010 fuq One TV, kien hemm ksur ta’ paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir hekk kif interpretati permezz ta’ ċirkolari 11/09 meta mistednin sinonimi ma’ stabbilimenti kummerċjali kienu mistednin f’irkejjen informattivi meta dawn irreklamaw jew kien sponsers tal-programm. L-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv, lill-istazzjon li kien rapprezentat minn Ms Ruth Vella u lill-produtturi is-Sur Charles Stroud u Ms Vanessa Chircop li kkontendew illi l-parteċipazzjoni ta’ Ms Mariella Scerri waqt rokna informativa fil-programm tad-9 t’April kien inċidentali u mhux ippjanata u kien b’hekk illi rriżulta l-ksur indikat fl-akkuża. B’referenza għan-nuqqas ta’ separazzjoni indikat fir-rapport tal-monitoring kawżat minn referenza għall-isponsers, is-Sur Stroud irrilieva d-distinzjoni li kienet issir bejn sponser u entita’ kummerċjali li kienet tgħin fil-produzzjoni tal-programm b’mod aktar dirett, liema entita’ kienet tingħata ħajr waqt il-programm. Is-Sur Stroud tenna li ma kienx ċar jekk din it-tip ta’ preżentazzjoni kinitx fil-fatt tmur kontra l-provvedimenti u l-interpretazzjoni elenkati fl-akkuża. Is-Sur Stroud temm jgħid li l-produzzjoni kienet tagħmel l-almu tagħha biex tirrispetta r-regoli eżistenti saħansitra billi żżomm kuntatt mad-Dipartiment tal-monitoring. L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u ddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata stante li kien hemm assoċjazjoni evidenti bejn uħud mill-mistednin fl-istudjo u r-referenza kummerċjali waqt il-programm bħal fil-każ ta’ Mary Sevasta, Mark Vassallo (Vascas) u Mariella Scerri (Orienta) li lkoll huma meqjusin personalitajiet sinonimi mal-attivita’ kummerċjali tagħhom, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-programm instab ħati ta’ tali ksur qablet li kellha twissi lill-istazzjon li minn naħa tiegħu kellu jara li tali nuqqas ma jirrepetix ruħu. |
| | Smash TV - L-MEP u Int - 9 t' April 2010 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li fil-programmi L-MEP u Int tad-29 ta’ Jannar, is-26 ta’ Frar u d-9 t’April, 2010 kien hemm ksur ta’ Artiklu 13(2)(f) tal-Att dwar ix-Xandir, peress li f’xi ħinijiet tal-programmi rispettivi l-uniku mistieden, u ċjoe il-Professur Edward Scicluna irrefera għal suġġetti meqjusin ta’ kontroversja politika jew industrijali jew li kellhom x’jaqsmu ma policy pubblika kurrenti mingħajr ma dawn kienu bilanċjati b’opinjonijiet diversi u dan bi ksur ta’ l-obbligi ta’ imparzjalità ai termini ta’ l-imsemmi provvedimenti. L-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv, lis-Sur Joe Baldachino bħala rappreżentant tal-istazzjon, il-Membru Parlamentari Ewropew il-Professur Edward Scicluna u s-Sur Frans Ghirxi għall-produzzjoni. L-Awtorità rat l-akkuża u ddiskutiet is-sottomissjonijiet tal-istazzjon u l-produtturi u ddeċidiet li għalkemm ħafna mill-kontenut trattat kien informattiv, fil-programmi in eżami ġew diskussi temi li kienu meqjusin ta’ kontroversja politika u ta’ policy pubblika kurrenti bħal fil-każ tal-proġett għall-estensjoni tal-Freeport (29/1/2010), u t-tariffi tad-dawl u l-ilma (26/2/2010) liema temi l-Awtorita’ qablet li kienu jitolbu l-espożizzjoni ta’ veduti aktar wiesgħa ai termini ta’ Artiklu 13(2)(f). Inoltre, l-Awtorità nnutat illi fil-passat kienet diġà ippenalizzat u widdbet lill-istazzjon li programmi ta’ dan it-tip riedu jkunu bilanċjati, jew fihom infushom jew fuq medda ta’ programmi. Fid-dawl ta’ dawn il-konsiderazzjonijiet l-Awtorità qablet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata u ddeċidiet li timponi il-penali relattiva ta’ elf mija u erbgħa u sittin Ewro (€1,164), liema penali kellha titħallas fi żmien xahar mid-data tan-notifika.
|
| | Net TV - Niltaqgħu - 27 t'April 2010 | | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li fil-programm Niltaqgħu fuq NET TV kien hemm ksur ta’ paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir meta ma kienx hemm separazzoni adekwata rikjesta mill-liġi, hekk kif interpretata permezz ta’ ċirkolari 11/09 peress li ixxandru reklami. L-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv, lill-istazzjon li kien rapprezentat mis-Sur Jeremy Dalli u s-Sur Josef Fitzpatrick u lill-produtturi is-Sur Godwin Friggieri u Ms Mary Tabone li kkontendew li l-programm kien ilu jixxandar fil-format preżenti sa minn Ottubru, 2009 u matul dan il-perjodu kienu żammew kuntatt kontinwu mal-Awtorita’ u dan sabiex jiżguraw aderenza mar-regoli eżistenti, partikolarment l-interpretazzjoni tal-provvedimenti dwar Reklamar. Is-Sur Friġġieri tenna li fl-irkejjen informattivi ma kien hemm l-ebda element promozzjonali u kienu jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jikkonservaw is-separazzjoni bejn l-informazzjoni u r-reklamar. L-Awtorità iddiskutiet is-sottomissjonijiet tal-partijiet u kkostatat illi l-fatt li l-preżentaturi u ċjoè Ms Mary Tabone u Sur Godwin Friggieri huma persuni sinonimi ma wħud mill-istabbilimenti kummerċjali li jirreklamaw fil-programm l-assoċjazzjoni bejn l-informazzjoni u l-elementi reklamatorji kienet evidenti u dan kien imur kontra l-imsemmijin provvedimenti, u għaldaqstant iddeċidiet illi l-akkuża kienet ġiet ippruvata, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-programm instab ħati ta’ tali ksur qablet li kellha twissi lill-istazzjon li minn naħa tiegħu kellu jara li tali nuqqas ma jirrepetix ruħu. |
| | ONE - One News - 31 ta' Mejju 2010 | | Ilment mill-Partit Nazzjonalista | L-Awtorità kellha quddiemha ilment, datat 11 ta’ Ġunju, 2010, mill-Partit Nazzjonalista kontra One News, liema ilment kien jikkonċerna aħbar imxandra minn One News fl-aħbarijiet tas-7.30p.m tal-31 ta’ Mejju, 2010 dwar il-proċess ta’ tender tas-SuperYachts fit-tarzna u fejn kien ġie rappurtat illi Dr Paul Borg Olivier kien infurmat b’allegat korruzzjoni fl-istess proċess. Il-Partit Nazzjonalista ikkontenda illi dan is-servizz naqas li jagħti l-verżjoni tal-istess Segretarju Ġenerali tal-PN li kien ċaħad din l-allegazzjoni mal-istess ġurnalista ta’ One News. L-Awtorità rat it-traskrizzjonijiet tal-items tal-aħbarijiet relattivi u kif ukoll is-sottomissjonijiet tal-partijiet konċernati u ddeċidiet li, mingħajr ma tidħol fil-merti tal-kontenut tal-aħbar in kwistjoni, ai termini tal-Liġi tax-Xandir u tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika li japplikaw għall-bulettin tal-Aħbarijiet u Programmi ta’ Ġrajjiet Kurrenti, One TV kellu l-obbligu li jxandar id-dritt ta’ risposta b’konformità mal-istess Ħtiġijiet kif mitlub mill-Partit Nazzjonalista. Għalhekk l-Awtorità, ai termini ta’ Artiklu 15 tal-Att dwar ix-Xandir, ordnat u iddiriġiet lil One News jaqra d-dritt ta’ risposta hekk kif anness. Dritt ta’ Risposta li għandu jinqara fit-totalità tiegħu kif indikat. “Fil-31 ta’ Mejju li għadda One News kien xandar aħbar dwar l-investigazzjoni li kienet qed tagħmel il-Pulizija rigward allegazzjonijiet ta’ tixħim fil-bejgħ tal-faċilità tal-jottijiet tat-tarzna. L-aħbar kienet sostniet li Dr Paul Borg Olivier, Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, kien jaf b’dawn l-allegazzjonijiet. B’direttiva tal-Awtorità tax-Xandir qed inxandru dritt ta’ risposta mitlub mill-Partit Nazzjonalista. One News naqas milli jgħid il-fatti kollha meta fit-tieni servizz tal-31 ta’ Mejju 2010 b’rabta mal-proċess ta’ tender tas-SuperYachts, One News ma rrappurtax dak li qal is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista f’intervista li ta lill-Krista Caruana ta’ One News stess u li kienet l-istess ġurnalista li għamlet is-servizz tal-aħbarijiet. F’din l-intervista ma’ One News Paul Borg Olivier qal li huwa qatt ma kellu informazzjoni dwar allegazzjoni ta’ korruzzjoni. Għalhekk, kull xniegħa li qed ixandar One News li huwa b’xi mod kien jaf b’din l-informazzjoni hija skorretta. Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista kien rappurtat jgħid ukoll li wara li l-aħbarijiet tat-23 ta’ Mejju 2010 One News identifikah viżwalment, mingħajr ma jissemma ismu, li hu kien l-uffiċjal għoli tal-Partit Nazzjonalista li rrifera għalih il-Kap tal-Oppożizzjoni, ħass li kien prudenti jmur għand il-Kummissarju tal-Pulizija biex jiċħad din l-allegazzjoni.” |
| | Smash TV - Teleshopping - 7 ta' Mejju 2010 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li fil-programm ta’ Teleshopping tas-7 ta’ Mejju, 2010 kien hemm ksur ta’ Artiklu 13(2)(a) tal-Att dwar ix-Xandir, peress li waqt l-imsemmi programm instema’ diskors oxxen u blasfem fl-isfond waqt li kien qed isir il-bejgħ tal-prodotti. L-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv u lis-Sur Joe Baldachino bħala rappreżentant tal-istazzjon li minn naħa tiegħu filwaqt li ma kkontestax il-kontenut fir-rapport tal-monitoring, ikkontenda li dan l-episodju iżolat avverra ruħu wara li burdnar li ma kienx impjegat tal-istazzjon u li kien qiegħed jagħmel xogħol konness mal-programm fl-istudjo kien involut f’inċident fl-istess post. Wara li l-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u rat il-filmat relattiv, qablet illi l-argumenti tas-Sur Baldacchino ma kienux validi u l-akkuża kienet ġiet ippruvata u ddeċidiet li timponi il-penali relattiva ta’ elf mija u erbgħa u sittin Ewro (€1,164), liema penali kellha titħallas fi żmien xahar mid-data tan-notifika. |
| | Net TV - News - 19 ta' Ġunju 2010 | | Deċiżjoni tal-Awtorità tax-Xandir dwar Ilment imressaq mill-Partit Laburista kontra NET Television | L-Awtorità kellha quddiemha ilment mill-Partit Laburista, ai termini ta’ Artiklu 34 tal-Att Dwar ix-Xandir, dwar ilmod kif kien ixxandar dritt ta’ risposta, mitlub mill-istess Partit, fil-bullettin tal-aħbarijiet ta’ NET Television tad-19 ta’ Ġunju 2010. Id-dritt ta’ risposta kien b’reazzjoni għall-aħbar imxandra fil-ġurnata preċedenti fuq NET News rigward il-vot li kien ittieħed fil-Parlament Ewropew dwar rapport imħejji mill-Membru tal-Parlament Ewropew Michael Cashman, liema rapport kien ittratta il-Millenium Development Goals tan-Nazzjonijiet Uniti. L-Awtorità semgħet l-ilment f’seduta li nżammet il-Ġimgħa 23 ta’ Lulju, 2010, u wara li rat it-traskrizzjonijiet tal-items tal-aħbarijiet relattivi u kif ukoll is-sottomissjonijiet tal-partijiet konċernati, ikkonstatat u kkonkludiet kif jidher hawn taħt: l-imsemmija Ħtiġijiet tal-Awtorità jispjegaw, b’mod mill-aktar ċar, kif għandu jiġi ttrattat dritt ta’ risposta, u ċjoé, fost ħwejjeġ oħra, li r-risposta meta tinqara ma tistax teċċedi tul ta’ 180 sekonda, li l-kontenut tarrisposta ma jistax jitħallat b’kummenti tal-istazzjon, li r-risposta tista’ tiġi editjata fejn din tkun tista’ titqies bħala offensiva jew defamatorja u li, jekk l-istazzjon iħoss li għandu jikkummenta, dan għandu jagħmlu wara li r-risposta tkun inqrat kollha; f’dan il-każ partikolari, fl-opinjoni tal-Awtorità, il-kontenut tar-risposta mitluba kien konformi malimsemmija Ħtiġijiet, għalkemm ir-risposta kienet tinkludi xi kummenti li setgħu ġew editjati, u għalhekk ma kien hemm l-ebda raġuni valida l-għala l-imsemmija Ħtiġijiet ma kellhomx jiġu rispettati. L-Awtorità ma tistax taċċetta li stazzjon jinterpreta Ħtiġijiet legali kif jidhirlu hu u skont il-konvenjenza tiegħu; għalhekk, l-Awtorità kkonkludiet li l-ilment tal-Partit Laburista kien iġġustifikat u obbligat lil NET Television, b’direttiva taħt Artiklu 15 tal-Att Dwar ix-Xandir, sabiex ixandar fil-bullettin tal-aħbarijiet prinċipali tal-istazzjon u mhux aktar tard minn tliet ijiem wara li l-istazzjon ikun ġie notifikat b’din iddeċiżjoni, l-istqarrija segwenti:
“L-Awtorità tax-Xandir, wara li laqgħet ilment li sar mill-Partit Laburista skont il-Liġi tax-Xandir, ordnat lil dan l-istazzjon sabiex jaqra d-dritt ta’ risposta mitluba mill-istess Partit: L-MEP’s John Attard Montalto u Edward Scicluna jiddeploraw l-aħbar li kienet ixxandret fuq NET News fit-18 ta’ Ġunju 2010 li huma vvotaw għal xi rapport favur l-abort. Ir-rapport kien dwar il-Millenium Development Goals tal-United Nations u li qed jitlob lill-Kunsill tal-Ministri biex jaċċellera l-għajnuna tal-Unjoni Ewropea biex jilħqu dawn il-miri li inaqqsu l-faqar fid-dinja. Fejn kien hemm xi emendi li jirreferu direttament jew indirettament għad-drittijiet sesswali tal-mara, iż-żewġ MEP’s ivvutaw kontra. Louis Grech ma kienx preżenti minħabba li kien indispost. L-MEP’s tal-Partit Laburista huma kontra l-abort. Huma però kburin li vvutaw favur rapport li l-għan tiegħu hu li jsalva l-ħajjiet ta’ miljuni ta’ persuni bil-ġuħ u faqar ieħor.”
| | | TVM - X’Hemm fil-Fiera - 21 ta’ Ġunju 2010 | | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li fil-programm X’Hemm fil-Fiera li xxandar fil-21 ta’ Ġunju, 2010 kien hemm ksur ta’ Artiklu 16K(a) u paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir. L-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv, lill-produtturi Ms Nadette Bugeja u s-Sur Edward Zammit u kif ukoll lill-istazzjon li kien rappreżentat mis-Sur Mario Micallef u l-konsulent legali l-Avukat Joe Refalo. L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet konċernati u qablet li dawn it-tip ta’ programmi ma kienux aċċettabbli u ma kellhomx jixxandru, partikolarment fuq ix-xandir pubbliku stante li l-avveniment in kwistjoni kien min-natura tiegħu avveniment kummerċjali. Għaldaqstant l-Awtorità ddeċidiet li l-akkuża ġiet ippruvata, madankollu peress li din kienet ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur iddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix l-imsemmi ksur. |
| | Galaxy Radio | Akkuża kontra L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li l-istazzjon kien kiser paragrafu 4.3 tal-kundizzjonijiet tal-liċenzja kif ukoll paragrafu 2.1 tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika dwar il-Prezz tat-Telefonati u l-SMSs fil-Mezzi tax-Xandir, meta ma indikax il-prezz tal-SMSs. L-Awtorità iddiskutiet u kkunsidrat is-sottomissjonijiet tal-Kap Eżekuttiv u tar-rappreżentant tal-istazzjon, f’seduta preċedenti, u qablet illi ma setgħetx tipproċedi bis-smigħ tal-ewwel parti tal-akkuża peress li ksur ta’ paragrafu 4.3 tal-kundizzjonijiet tal-liċenzja ma kienx punibbli ai termini tal-Att dwar ix-Xandir, u dwar it-tieni parti tal-akkuża li kienet tikkonċerna l-ksur ta’ paragrafu 2.1 tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika dwar il-Prezz tat-Telefonati u l-SMSs fil-Mezzi tax-Xandir ma kellhix tipproċedi ulterjoralment kontra l-istazzjon, peress li kien għad hemm dubju u konferma ċara tal-informazzjoni preżentata quddiemha waqt is-smigħ. Madanakollu l-Awtorità iddiriġiet illi t-trasmissjoni tal-istazzjon kellha tibqà tiġi segwita mill-qrib, sabiex ikun aċċertat illi l-istazzjon qiegħed jaderixxi pjenament mal-provedimenti tal-liġi u l-kundizzjonijiet tal-liċenzja. 25 ta’ Ġunju, 2010 |
| | Big FM Radio | Akkuża kontra L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li l-istazzjon kien kiser paragrafu 4.3 tal-kundizzjonijiet tal-liċenzja kif ukoll paragrafu 2.1 tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika dwar il-Prezz tat-Telefonati u l-SMSs fil-Mezzi tax-Xandir, meta ma indikax il-prezz tal-SMSs. L-Awtorità iddiskutiet u kkunsidrat is-sottomissjonijiet tal-Kap Eżekuttiv fl-assenza ta’ rappreżentant tal-istazzjon, li ma attendiex mingħajr pre-avviż, f’seduta preċedenti, u qablet illi ma setgħetx tipproċedi bis-smigħ tal-ewwel parti tal-akkuża peress li ksur ta’ paragrafu 4.3 tal-kundizzjonijiet tal-liċenzja ma kienx punibbli ai termini tal-Att dwar ix-Xandir, u dwar it-tieni parti tal-akkuża li kienet tikkonċerna l-ksur ta’ paragrafu 2.1 tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika dwar il-Prezz tat-Telefonati u l-SMSs fil-Mezzi tax-Xandir ma kellhix tipproċedi ulterjoralment kontra l-istazzjon, peress li kien għad hemm dubju u konferma ċara tal-informazzjoni preżentata quddiemha waqt is-smigħ. Madanakollu l-Awtorità iddiriġiet illi t-trasmissjoni tal-istazzjon kellha tibqà tiġi segwita mill-qrib, sabiex ikun aċċertat illi l-istazzjon qiegħed jaderixxi pjenament mal-provedimenti tal-liġi u l-kundizzjonijiet tal-liċenzja. 25 ta’ Ġunju, 2010 |
| | Deejays Radio - Galactic Time - 1 ta’ Lulju, 2010 | Akkuża fil-konfront ta’ L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ Deejays Radio dwar il-programm Galactic Time tal-1 ta’ Lulju, 2010 fejn kien hemm ksur ta’ Artiklu 10(10) tal-Att dwar ix-Xandir, meta l-istazzjon irreklama negozji li kienu jaqgħu barra mill-akwata ta’ fejn kien qed ixandar l-istazzjon, paragrafu 4 tat-Tielet Skeda, meta kien hemm nuqqas ta’ separazzjoni bejn kontenut u reklami, paragrafu 2.1 tal-Ħtiġijiet dwar Rekalmar ta’ Xorb Alkoħoliku, meta l-istazzjon xandar reklami tal-birra Bavaria f’ħinijiet projbiti u paragrafu 2.1 tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika dwar il-Prezz ta’ Telefonati u SMSs fil-Mezzi tax-Xandir, meta l-istazzjon ma ħabbarx il-prezz abbinat man-numru tal-kompetizzjoni. L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u kif ukoll lis-Sur Edward Spiteri li deher għall-istazzjon flimkien ma’ Ms Jacqueline Graham u s-Sur Zammit. L-Awtorità iddiskutiet fit-tul ir-rapport tal-monitoring u s-sottomissjonijiet tal-istazzjon u kkostatat illi ma kinitx taqbel mal-interpretazzjoni tas-Sur Spiteri dwar ir-risposta komunikata mill-Kap tad-Dipartiment tal-Monitoring, liema risposta, skont l-Awtorità, kienet tindika b’mod ċar illi sabiex ir-restrizzjonijiet territorjali ma jibqgħux japplikaw, liċenzja għal stazzjon tal-komunità kellha tiġi mibdula f’waħda għal xandir nazzjonali fuq il-pjattaforma diġitali, u fil-każ in eżami dan kien għadu ma seħħx. Dwar il-parti tal-akkuża rigwardanti n-nuqqas ta’ separazzjoni bejn il-kontenut u r-reklamar, għalkemm dan il-ksur tal-liġi kien joħroġ ċar mir-rapport tal-monitoring, u ġie ikkonfermat waqt is-smiegħ, l-Awtorità innutat illi l-istazzjon ħa miżuri korrettivi hekk kif ġie notifikat. Dwar il-parti tal-akkuża rigwardanti r-reklamar għall-birra Bavaria l-Awtorità, wara li rat dokumentazzjoni sottomessa mill-istazzjon li kienet tidndika li l-birra Bavaria Malt kienet klassifikata non-alcoholic, qablet li sakemm ma jkollhiex evidenza kontrarja, li tikkontrasta din id-dokumentazzjoni ma kellhiex tipproċedi ulterjoralment. Finalment, dwar il-parti tal-akkuża rigwardanti l-prezz tat-telefonati li l-istazzjon naqas milli jxandar, l-Awtorità innutat l-intervent tal-istazzjon hekk kif dan kien konxju minn dan il-ksur tal-liġi. In vista ta’ dawn il-konsiderazzjonijiet l-Awtorità iddeċidiet li kellha twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix il-ksur hekk kif indikat. |
| | Power FM - 16 ta' Lulju 2010 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li l-istazzjon Power FM kiser l-Artiklu 10(10) tal-Att dwar ix-Xandir, Paragrafu 4 tal-istess Att, kif ukoll tal-Paragrafu 2.1 tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika dwar il-Prezz tat-telefonati u SMSs fil-Mezzi tax-Xandir, meta l-istazzjon kien qiegħed ixandar reklami ta’ stabbilimenti kummerċjali li kienu sitwati barra l-lokalità li fih kien ixandar, waqt xi programm kienet qed issir taħlita bejn element reklamatorju u l-kontenut tal-programm u ma kienx qed jiġi komunikat b’mod adegwat il-prezz tal-SMSs. L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv kif ukoll lid-Detentur tal-liċenzja s-Sur Emanuel Spiteri li min naħa tiegħu ikkontenda illi hekk kif ġie infurmat bin-nuqqasijiet ħa l-miżuri opportuni sabiex is-sitwazzjoni tiġi rimedjata. L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u ddeċidiet illi dwar il-ksur ta’ Artiklu 10(10) tal-Att dwar ix-Xandir ma kellhix raġuni li ma temminx il-verżjoni tas-Sur Spiteri, fir-rigward tal-prezz tal-SMSs l-Awtorità qablet li bħal f’każi preċedenti peress li sadakinhar tal-każ ma kienx hemm direzzjoni ċara dwar kif kellha tixxandar din l-informazzjoni ma kellhix tipproċedi ulterjoralment kontra l-istazzjon. L-Awtorità iddeċidiet illi dwar in-nuqqas ta’ separazzjoni bejn reklamar u l-kontenut tal-programmi l-akkuża kienet ġiet ippruvata, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati, iddeċidiet li twissi lill-istazzjon sabiex tali aġir ma jirrepetix ruhu. Fid-dawl ta’ dawn il-konsiderazzjonijiet l-Awtorità saħqet illi l-istazzjon jibqà dejjem responsabbli għall-imġieba tal-kontributuri / impjegati u kif ukoll għall-kontenut imxandar, u in vista ta’ rimarki fil-monitoring report l-Awtorità ġibdet l-attenzjoni tal-istazzjon għan-nuqqas ta’ kontenut konness mal-komunità li fiha kien ixandar u ddiriġiet li l-istazzjon jieħu l-miżuri neċessarji sabiex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata. |
| | Power FM | Akkuża fir-rigward ta’ L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li l-istazzjon Power FM kiser l-Artiklu 10(10) tal-Att dwar ix-Xandir, Paragrafu 4 tal-istess Att, kif ukoll tal-Paragrafu 2.1 tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika dwar il-Prezz tat-telefonati u SMSs fil-Mezzi tax-Xandir, meta l-istazzjon kien qiegħed ixandar reklami ta’ stabbilimenti kummerċjali li kienu sitwati barra l-lokalità li fih kien ixandar, waqt xi programm kienet qed issir taħlita bejn element reklamatorju u l-kontenut tal-programm u ma kienx qed jiġi komunikat b’mod adegwat il-prezz tal-SMSs. L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv kif ukoll lid-Detentur tal-liċenzja s-Sur Emanuel Spiteri li min naħa tiegħu ikkontenda illi hekk kif ġie infurmat bin-nuqqasijiet ħa l-miżuri opportuni sabiex is-sitwazzjoni tiġi rimedjata. L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u ddeċidiet illi dwar il-ksur ta’ Artiklu 10(10) tal-Att dwar ix-Xandir ma kellhix raġuni li ma temminx il-verżjoni tas-Sur Spiteri, fir-rigward tal-prezz tal-SMSs l-Awtorità qablet li bħal f’każi preċedenti peress li sadakinhar tal-każ ma kienx hemm direzzjoni ċara dwar kif kellha tixxandar din l-informazzjoni ma kellhix tipproċedi ulterjoralment kontra l-istazzjon. L-Awtorità iddeċidiet illi dwar in-nuqqas ta’ separazzjoni bejn reklamar u l-kontenut tal-programmi l-akkuża kienet ġiet ippruvata, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati, iddeċidiet li twissi lill-istazzjon sabiex tali aġir ma jirrepetix ruhu. Fid-dawl ta’ dawn il-konsiderazzjonijiet l-Awtorità saħqet illi l-istazzjon jibqà dejjem responsabbli għall-imġieba tal-kontributuri / impjegati u kif ukoll għall-kontenut imxandar, u in vista ta’ rimarki fil-monitoring report l-Awtorità ġibdet l-attenzjoni tal-istazzjon għan-nuqqas ta’ kontenut konness mal-komunità li fiha kien ixandar u ddiriġiet li l-istazzjon jieħu l-miżuri neċessarji sabiex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata. 16 ta' Lulju 2010 |
| | ONE - One News - 30 t'Awissu 2010 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ One News tat-30 t’Awwissu, 2010 fejn kien hemm ksur ta’ Artiklu 16K(a) tal-Att dwar ix-Xandir meta aħbar dwar l-ismart phone tad-ditta Blackburry kienet imsawwra madwar stqarrija maħruġa mis-soċjetà Vodafone, liema aħbar kienet tinkludi kummenti u nformazzjoni meqjusin reklamatorji u nieqsa mill-valur t’aħbar. L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u kif ukoll lis-Sur Jason Micallef u lis-Sur Glenn Bedingfield li dehru għall-istazzjon. L-Awtorità filwaqt li ħadet konjizzjoni tar-rapport tal-monitoring u s-sottomissjonijiet tal-partijiet, ikkostatat illi meta aħbar tkun toriġina jew tkun marbuta ma’ prodott/servizz jew attività kummerċjali, l-istazzjon kellu joqgħod ferm attent li jxandar biss dik l-informazzjoni li jkollha valur t’aħbar u jħalli barra l-element promozzjonali u kummerċjali. L-Awtorità ħadet konjizzjoni tar-rapport tal-monitoring u s-sottomissjonijiet tal-partijiet u kkostatat illi meta aħbar tkun toriġina jew tkun marbuta ma’ prodott/servizz jew attività kummerċjali, l-istazzjon kellu joqgħod ferm attent li jxandar biss dik l-informazzjoni li jkollha valur t’aħbar u jħalli barra l-element promozzjonali u kummerċjali. Fid-dawl ta’ dawn il-konsiderazzjonijiet l-Awtorità qablet li l-akkuża ma ġietx ippruvata, madanakollu, iddiriġiet li kellha tiġi komunikata interpretazzjoni ta’ x’jikkostitwixxi reklamar b’ingann f’rapporti ta’ dan it-tip u saħħqet illi f’dawn il-każi l-istazzjon jibqà responsabbli għall-kontenut imxandar u jibqagħlu l-obbligu li jxandar biss dik l-informazzjoni li jkollha valur t’aħbar. | | | ONE - One News - 3,4,5 u 7 ta' Settembru 2010 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ One News tat-3, 4, 5 u 7 ta’ Settembru, 2010 fejn kien hemm ksur ta’ paragrafu 11 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir meta saret waqfa għar-reklami f’bulettini tal-aħbarijiet li ma kellhomx tul ta’ tletin minuta jew aktar. L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u kif ukoll lis-Sur Jason Micallef u s-Sur Glenn Bedingfield li dehru għall-istazzjon, u wara li ħadet konjizzjoni tar-rapport tal-Monitoring u s-sottomissjonijiet tal-partijiet ikkonkludiet illi l-akkuża kienet ġiet ippruvata, madanakollu, peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur kellha twiddeb lill-istazzjon sabiex dan in-nuqqas ma jiġix ripetut. | | | ONE - 9 u 16 ta' Settembru 2010 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE dwar it-trasmissjonijiet tad-9 u s-16 ta’ Novembru, 2010 bejn it-8:00p.m. u l-10:00p.m. fejn ġie allegat li l-istazzjon kellu aktar minn 12-il minuta reklami bi ksur ta’ paragrafu 15 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir. L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, kif ukoll lill-Ms Ruth Vella u lis-Sur Jason Micallef li dehru f’isem l-istazzjon. L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet iddecidiet li l-akkuża ġiet ippruvata. Madanakollu, meta tqiesu ċ-ċirkustanzi kollha, iddecidiet li twiddeb lill-istazzjon u ordnat lill-stazzjon jieħu l-miżuri neċessarji biex jevita ripetizzjoni ta’ ksur simili tat-Tielet Skeda. |
| | TVM - News - 19 ta' Settembru 2010 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront tal-aħbarijiet tat-8.00p.m. ta’ TVM tad-19 ta’ Settembru, 2010 fejn kien hemm ksur ta’ Artiklu 16K(a) tal-Att dwar ix-Xandir meta waqt servizz dwar għawma mad-dniefel mill-ġurnalista Maria Muscat fil-park marittimu f’Baħar iċ-Ċagħaq saru kummenti u ingħatat informazzjoni meqjusa kummerċjali. L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u kif ukoll lil Dr Natalino Fenech, Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet u lil Ms Maria Muscat ġurnalista mal-istazzjon. L-Awtorità ħadet konjizzjoni tar-rapport tal-Monitoring u tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u ddeċidiet li l-akkuża ma ġiex ippruvata, madanakollu, iddiriġiet li kellha tiġi ppubblikata u ċirkolata interpretazzjoni dwar x’kien jikkostitwixxi reklamar b’ingann f’rapporti ta’ dan it-tip. | | | Smash TV - VSN Teleshopping - 20 ta' Settembru 2010 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ Smash TV dwar il-programm V.S.N Teleshopping li xxandar fl-20 ta’ Settembru, 2010 fejn kien hemm ksur ta’ paragrafu 5.1 tal-Ħtiġijiet dwar ir-Reklami, Metodi ta’ Reklamar u Direttivi dwar Reklamar dwar Logħob tal-Azzard fuq is-Servizzi tax-Xandir, meta waqt rokna ta’ telebejgħ il-preżentatur offra bħala rigal biljetti tal-lotterija Super 5 u dan waqt ħin ipprojbit mill-provvediment relattiv. L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u filwaqt li rat il-filmat relattiv, iddeċidiet li r-referenza għall-imsemmija lotterija waqt ir-rokna ta’ telebejgħ kien jikkostitwixxi reklamar aktar u aktar meta wieħed iqies illi fil-ġimgħa partikolari meta xxandret dik ir-rokna l-premju tal-lotterija kien wieħed konsiderevoli, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali nuqqas iddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon sabiex dan ma jirrepetix dan il-ksur. | | | TVM - PaqPaq - 28 ta' Settembru 2010 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar il-programm Paqpaq li xxandar fit-28 ta’ Settembru, 2010 meta kien allegat li kien hemm ksur ta’ Artiklu 16K(a) tal-Att dwar ix-Xandir, meta waqt l-imsemmi programm ixxandru intervisti meqjusin reklamatorji. L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, kif ukoll lis-Sur Ray Libreri li deher għall-istazzjon u lis-Sur Tonio Darmanin il-produttur tal-programm u wara li rat il-filmat relattiv u iddiskutiet is-sottomissjonijiet tal-partijiet qablet illi l-akkuża kienet ġiet ippruvata u peress li f’dawn l-aħħar sentejn l-istazzjon ma nstabx ħati ta’ tali ksur iddeċidiet li kellha twiddeb lill-istazzjon. | | | ONE - Telepoplu - 4 t'Ottubru 2010 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE dwar il-programm Telepoplu li xxandar fl-4 t’Ottubru, 2010 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Artiklu 13(2)(a) tal-Att dwar ix-Xandir meta fil-parti tal-programm fejn b’mod satiriku l-karattru David Lynch iwieġeb għall-problemi tat-telespettaturi kien hemm referenza għas-suwiċidju bħala soluzzjoni għall-problemi ta’ telespettatur, liema referenza kienet meqjusa li tmur kontra l-gosti tajbin. L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, kif ukoll lill-Ms Ruth Vella, f’isem l-istazzjon u lis-Sur Owen Bonniċi u l-Avukat Neville Young in rappreżentanza tal-produtturi. L-Awtorità wara li kkonsidrat is-sottomissjonijiet tal-partijiet iddeċidiet li l-akkuża ma ġietx ippruvata, u għaldaqstant ma kellhiex tipproċedi ulterjoralment dwar il-każ. Madanakollu l-Awtorità irriteniet opportun li tiġbed l-attenzjoni lill-istazzjon sabiex dan jimxi b’aktar sensittività fuq kwistjonijiet ta’ natura delikata bħal ma huwa s-suwiċidju. |
| | TVM - Modern Lifestyles - 2 u 9 t'Ottubru 2012 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar il-programm Modern Lifestyles li xxandar fit-2 u fid-9 t’Ottubru, 2010 meta kien allegat li kien hemm ksur ta’ paragrafi 4 u 8 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir fiż-żewġ programmi u Paragrafi 3(c), (d), u (h) tal-Kodiċi Dwar l-Użu Tajjeb tal-Ilsien Malti fil-Mezzi tax-Xandir fl-edizzjoni tad-9 t’Ottubru, 2010 meta kien allegat li ma kienx hemm separazzjon adegwata bejn il-kontenut informattiv u dak kummerċjali u użu ħażin tal-lingwa Maltija. L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, kif ukoll lis-Sur Ray Libreri li deher għall-istazzjon u lis-Chris Chetcuti in rappreżentanza tal-produtturi. L-Awtorità wara li rat il-filmat relattiv u iddiskutiet is-sottomissjonijiet tal-partijiet qablet illi kellha tieħu deċiżjoni dwar dan il-każ f’seduta suċċessiva u dan sabiex ikollha żmien biżżejjed titratta n-natura partikolari tal-programm in kwistjoni. |
| | Net TV - Malta Llejla - 12 t'Ottubru 2010 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ NET TV dwar il-programm Malta Llejla xxandar fit-12 t’Ottubru, 2010 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir meta parti minn filmat utilizzat għar-reklam abbinat mal-programm kienet intużat ukoll waqt rokna informattiva fl-imsemmi programm. L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u kif ukoll lis-Sur Etienne Mallia, li deher għall-istazzjon. L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u ddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata u peress li din kienet it-tieni darba li l-programm instab ħati ta’ tali ksur f’perjodu ta’ anqas minn sentejn iddeċidiet li timponi l-penali relattiva ta’ €1,160 fuq l-istazzjon, liema penali kellha titħallas fi żmien xahar mil-lum. | | | ONE - Bonġu - 8 u 18 t'Ottubru 2010 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE dwar il-programm Bonġu Bundy li xxandar fit-8 u fit-18 t’Ottubru, 2010 fejn kien allegat li kien hemm ksur ta’ Artiklu 16K(a) tal-Att dwar ix-Xandir meta rokna informattiva dwar trattamenti għal piż żejjed kienet trasformata f’reklam propju għall-provditur tas-servizz u ċjoè Ms Marion Mizzi. L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, kif ukoll lil Ms Ruth Vella li dehret għall-istazzjon, lis-Sur Charles Stroud u lill-Ms Vanessa Chircop li dehru għall-produtturi. L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet iddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata u peress li l-ksur tal-liġi avvera ruħu f’aktar minn okkażjoni waħda iddeċidiet li timponi l-penali relattiva ta’ €2,330 liema penali kellha titħallas fi żmien xahar mil-lum. |
| | TVM - Bondi+ - 1 ta' Novembru 2010 | | Ilment mill-Partit Laburista dwar il-Programm Bondiplus tal-1 ta’ Novembru 2010 | Il-Partit Laburista ressaq ilment quddiem l-Awtorità tax-Xandir dwar l-edizzjoni tal-programm Bondiplus li xxandret fuq TVM fl-1 ta’ Novembru, 2010. Is-suġġett tal-programm kien id-diskors li kien għamel dakinhar stess il-Kap tal-Oppożizzjoni fil-Kamra tar-Rappreżentanti bħala tweġiba għad-diskors tal-Budget 2011. L-ilment tal-Partit Laburista kien jinkludi diversi elementi fosthom li: • l-programm ma kienx żamm il-bilanċ kif meħtieġ skont il-liġi u dan anki għax ir-rappreżentant tal-Oppożizzjoni fil-programm, l-Onorevoli Charles Mangion, “ma ngħatax l-istess ħin u opportunità li jwieġeb u jesprimi l-fehmiet tiegħu dwar id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni bil-konsegwenza li kien hemm żbilanċ ċar favur in-naħa tal-Gvern” • l-programm beda mingħajr ma kien għadu wasal il-kelliem tal-Oppożizzjoni u li, fl-assenza ta’ dan il-kelliem, il-preżentatur tal-programm “għażel li jagħmel sensiela ta’ mistoqsijiet li rrendew dan il-programm mill-aktar partiġjan u żbilanċjat” • rigward il-features li xxandru waqt dan il-programm, dawn “bl-ebda mod ma kienu maħsuba biex issir analiżi dwar id-diskors ta’ Joseph Muscat”.
L-Awtorità tax-Xandir ikkunsidrat dan l-ilment taħt Artiklu 34 tal-Att Dwar ix-Xandir li jagħti s-setgħa lill-Awtorità li tqis ilmenti dwar trattament inġust jew mhux xieraq fi programmi mxandra kemm fuq ir-radju kif ukoll fuq it-televiżjoni. Oriġinarjament, dan l-ilment kellu jinstema’ waqt seduta tal-Awtorità skedata għas-16 ta’ Novembru 2010, iżda peress li r-rappreżentanti tal-istazzjon ma setgħux ikunu preżenti f’dik id-data, is-smiegħ tal-ilment ġie pospost u fil-fatt instema’ waqt is-seduta tal-1 ta’ Diċembru, 2010. Preżenti, għall-Partit Laburista, kien is-Sur Kurt Farrugia, Direttur tal-Komunikazzjoni, assistit mill-Avukat Stefan Zrinzo Azzopardi, waqt li għal TVM kienu preżenti Dr Natalino Fenech, Editur u Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet ta’ Public Broadcasting Services Ltd., u s-Sur Lou Bondi, preżentatur u producer tal-programm, li kienu assistiti mill-Avukat Therese Comodini Cachia. Wara li semgħet il-partijiet konċernati u wara li rat il-filmat tal-programm in kwistjoni, l-Awtorità waslet għall-konklużjonijiet segwenti: (i) Waqt li huwa minnu li l-programm beda jixxandar qabel ma laħaq wasal ir-rappreżentant tal-Oppożizzjoni (l-Onorevoli Mangion fil-fatt deher fl-istudio madwar għaxar minuti wara li kien beda l-programm), l-Awtorità deherilha li l-ġustifikazzjoni li pprovda l-istazzjon l-għala kellu jimxi b’dan il-mod kienet waħda valida. F’dan ir-rigward l-istazzjon spjega li l-programm kien beda madwar nofs siegħa wara li kienet spiċċat ix-xandira tal-konferenza stampa li kien ta l-Kap tal-Oppożizzjoni wara d-diskors tiegħu u li allura l-Onorevoli Mangion seta’ wasal fl-istudio fil-ħin. L-istazzjon sostna wkoll li kellu d-dmir li jirrispetta l-ħinijiet stabbiliti fl-iskeda tiegħu.
Barra minn hekk, l-Awtorità nnutat li l-edizzjoni in kwistjoni tal-programm Bondiplus kienet itwal mis-soltu (il-programm dam madwar siegħu u nofs) u kkonstatat li matul il-programm l-Onorevoli Mangion ingħata ħin adekwat sabiex jesprimi l-opinjonijiet tiegħu, li kkompensa b’mod raġonevoli għall-assenza tiegħu waqt l-ewwel għaxar minuti tal-programm. L-Awtorità m’hijiex tal-opinjoni li fi programmi bħal dawn għandu jkun hemm l-obbligu li jinżamm xi bilanċ matematiku fil-ħin li jingħataw sabiex jitkellmu r-rappreżentanti tal-partiti politiċi.
Fid-dawl ta’ dawn il-konsiderazzjonijiet, l-Awtorità kkonkludiet li dik il-parti tal-ilment tal-Partit Laburista li saħqet li l-Onorevoli Mangion ma kienx ingħata l-istess ħin u l-istess opportunità li kien ingħata il-kelliem tal-Gvern ma kinitx iġġustifikata.
(ii) Dwar il-features li ttellgħu mill-preżentatur waqt dan il-programm, għalkemm huwa minnu li, kif ilmenta l-Partit Laburista, dawn prattikament m’għamlu l-ebda referenza għad-diskors li kien għadu kif għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni (f’dan ir-rigward il-preżentatur tenna li ma kienx possibbli li jipprepara features dwar dan id-diskors meta l-programm kien qed jixxandar immedjatament wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni kien temm id-diskors tiegħu), l-Awtorità kkonstatat li min-naħa l-oħra, il-preżentatur kien ta kull opportunità u fil-fatt kien ħeġġeġ lill-mistiednin, inkluż lir-rappreżentanti tal-korpi kostitwiti, sabiex jagħtu l-opinjoni tagħhom fuq id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni, kif fil-fatt għamlu.
(iii) Madanakollu, l-Awtorità għandha r-riservi tagħha dwar il-kontenut tal-features li ttellgħu waqt il-programm, b’mod partikolari dwar it-tabella li analizzat l-impatt finanzjarju u fiskali, skont il-kalkoli tal-preżentatur, ta’ miżuri li, fil-fehma tal-preżentatur, jew kienu ġew proposti mill-Partit Laburista jew kienu ttieħdu mill-Gvern iżda ġew ikkritikati mill-Partit Laburista u li allura l-preżentatur ikkonkluda li ma kinux jiġu implimentati li kieku l-Partit kien fil-Gvern. Għalkemm l-Awtorità temmen li ġurnalist għandu kull dritt li janalizza b’mod kritiku l-proposti li jagħmlu l-partiti politiċi, min-naħa l-oħra l-Awtorità tesiġi li dan għandu jsir b’sens ta’ ġustizzja u b’mod professjonali. Fl-opinjoni tal-Awtorità, l-analizi li għamel il-preżentatur f’dan il-każ partikolari ma ssodisfatx dawn il-ħtiġijiet.
Dwar il-miżuri u l-istimi li ssemmew fit-tabella in kwistjoni, il-Partit Laburista saħaq li, fil-maġġoranza tal-każi, dawn kienu bbażati fuq misinterpretazzjoni ta’ dak li attwalment kien stqarr il-Partit jew il-Kap tiegħu, waqt li l-preżentatur sostna li il-miżuri kollha li ssemmew kienu bbażati fuq stqarrijiet li kienu attwalment saru. L-Awtorità tħoss li la għandha u lanqas tista’ tagħmilha ta’ arbitru sabiex tistabbilixxi min għandu raġun, għalkemm irid jingħad li l-Awtorità ma tistax tifhem, rigward il-kalkoli li għamel il-preżentatur dwar iż-żieda fit-tariffi tad-dawl u l-ilma, kif il-preżentatur assuma u baqa’ jinsisti li l-Partit Laburista kien qed jipproponi li dawn it-tariffi għandhom jerġgħu jinżlu għal-livelli li kienu qabel ma dawn bdew jiżdiedu, meta kien jaf ben tajjeb x’inhuma l-proposti li qed jagħmel il-Partit Laburista f’dan ir-rigward u f’dan l-istadju.
Barra minn hekk, l-Awtorità hija tal-opinjoni li l-mod kif il-preżentatur ikkalkula l-impatt ta’ dawn il-miżuri fuq id-deficit fiskali tal-pajjiż, u ċjoé billi ġibed totali għad-dritt ta’ dak li fl-opinjoni tiegħu kienet l-ispiża tal-miżuri msemmija fit-tabella in kwistjoni, kien nieqes mill-professjonalità meħtieġa. Anki ż-żewġ ekonomisti li stieden il-preżentatur f’edizzjoni sussegwenti tal-programm li ttrattat dan is-suġġett spjegaw li l-kalkoli tad-deficit ma jsirux b’dan il-mod.
Għalhekk, f’dan ir-rigward partikolari u ċjoé rigward l-analiżi li għamel il-preżentatur fit-tabella in kwistjoni, l-Awtorità jidhrilha li l-ilment tal-Partit Laburista dwar trattament inġust huwa ġġustifikat.
L-Awtorità qed tordna lill-TVM, permezz ta’ direttiva maħruġa taħt Artiklu 15 tal-Att Dwar ix-Xandir, sabiex taqra sintesi ta’ din id-deċiżjoni, kif mħejjija mill-istess Awtorità, waqt il-bullettin prinċipali tal-aħbarijiet tal-istazzjon mhux aktar tard minn sebat ijiem minn meta tiġi kkomunikata din id-deċiżjoni. 6 ta’ Diċembru 2010 |
| | TVM - Telexiri - 11 ta' Novembru 2010 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar il-programm Telexiri li xxandar fil-11 ta’ Novembru, 2010 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ paragrafi 19, 20 u 23 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir. L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, kif ukoll lis-Sur Mario Micallef u lis-Sur Alex Abela li dehru għall-istazzjon. L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet iddecidiet li l-akkuża ġiet ippruvata, iżda peress li din kienet l-ewwel darba li l-programm instab ħati ta’ tali ksur, l-Awtorità ddeċidiet li twiddeb l-istazzjon. | | | TVM - Ħadd Għalik - 14 ta' Novembru 2011 | Akkuża fir-Rigward ta’ L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar il-programm Ħadd Għalik li xxandar fl-14 ta’ Novembru, 2010 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Artiklu 13(2)(a) tal-Att Dwar ix-Xandir, meta waqt l-imsemmi programm wieħed mill-parteċipanti u ċjoè d-Dentist Herbert Messina Ferrante instema’ jidgħi u jsemmi l-isem ta’ Alla għalxejn f’numru ta’ okkażjonijiet. L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, kif wkoll lis-Sur Reuben Zammit, Manager tal-Programmi ta’ TVM, lil Ms Angie Laus u lis-Sur P J Vassallo f’isem il-produzzjoni. L-Awtorità qablet li dan kien nuqqas serju u li aġir ta’ dan it-tip kien deplorevoli u indubjament inaċċettabbli, aktar u aktar waqt programm li jixxandar f’ħin li fih il-familja kollha tista’ tkun qed issegwi. L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet inkluż tal-fatt li din ma kinitx l-ewwel darba li avvera ruħu nuqqas ta’ dan it-tip fl-imsemmi programm u kif ukoll rat il-filmat relattiv u iddeċidiet li l-akkuża ġiet ippruvata, u għaldaqstant imponiet il-penali relattiva ta’ €1,160 liema penali kellha titħallas fi żmien xahar mid-data ta’ dan l-avviż. |
| | TVM – Bondiplus – 15 ta’ Novembru 2010 | | Lment tal-PN | Il-Partit Nazzjonalista ressaq ilment quddiem l-Awtorità tax-Xandir, dwar l-edizzjoni speċjali tal-programm Bondiplus tal-15 ta’ Novembru, 2010 li tratta d-diskors li kien għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni b’reazzjoni għall-budget imħabbar mill-Gvern u kalkoli tal-miżuri mħabbra mill-istess Kap tal-Oppożizzjoni, fejn ġie allegat li kien hemm żbilanċ fil-konfront tal-Partit Nazzjonalista, u dan peress li fl-istess programm l-Onorevoli Charles Mangion kien l-uniku parteċipant fl-istudjo. Fl-ilment tiegħu il-Partit Nazzjonalista ikkontenda li l-parteċipazzjoni tal-Onorevoli Charles Mangion fl-imsemmi programm li tratta tema ta’ policy pubblika kurrenti, kienet tirrikjedi l-bilanċ ai termini tal-liġi, kif sottolinejat mill-istess Awtorita’ f’deċiżjoni tat-8 ta’ Marzu, 2010, fejn l-Awtorità kienet sabet kontra l-istazzjon meta l-Onor. Viċi Prim Ministru Tonio Borg kien l-uniku mistieden f’edizzjoni oħra tal-programm. L-Awtorità tax-Xandir ikkunsidrat dan l-ilment taħt Artiklu 34 tal-Att Dwar ix-Xandir li jagħti s-setgħa lill-Awtorità li tqis ilmenti dwar trattament inġust jew mhux xieraq fi programmi mxandra kemm fuq ir-radju kif ukoll fuq it-televiżjoni. Dan l-ilment beda jinstema f’seduta li nżammet fit-12 t’April, 2011 u kien konkluż fis-seduta tas-26 t’April, 2011. L-Awtorità semgħet lil Dr Natalino Fenech assistit minn Dr Therese Comodini Cachia f’isem l-istazzjon, is-Sur Lou Bondi għall-Produtturi, u kif ukoll lil Dr Frank Psaila li kien assistit minn Dr Carol Aquilina f’isem il-Partit Nazzjonalista. Wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet konċernati, l-Awtorità waslet għall-konklużjonijiet segwenti: 1. Illi l-fatt li l-Awtorita’ kienet sabet kontra l-istazzjon meta trattat akkuża preċedenti dwar edizzjoni oħra tal-imsemmi programm ma kienx ifisser li din kellha tiddeċiedi bl-istess mod fil-każ odjern u dan peress li ċ-ċirkostanzi taż-żewġ episodji kienu differenti. 2. Illi l-programm in kwistjoni kien kontinwazzjoni tal-programm li kien ixxandar fl-1 ta’ Novembru, 2010 u fil-fatt il-preżenza tal-Onorevoli Charles Mangion kienet imprevista peress li sal-aħħar mument qabel il-programm il-Partit Laburista ma kienx ikkonferma din il-parteċipazzjoni. 3. Illi l-fatt li l-Onorevoli Charles Mangion kien l-uniku parteċipant fil-programm ma kienx awtomatikament jirrendi l-programm żbilanċjat. F’dan ir-rigward l-Awtorita’ issolevat illi l-bilanċ fi programm ma’ kienx unikament ottenut u dipendenti fuq il-preżenza numerika tal-parteċipanti, iżda kellu jittieħed in konsiderazzjoni il-kontenut u l-mod kif jiżvolġi l-istess programm. Fil-fatt l-Awtorita’ nnutat illi l-programm kien jinkludi intervista irrekordjata mal-Ministru Tonio Fenech u qieset li l-preżenza tal-Onorevoli Charles Mangion għenet sabiex il-programm in eżami ikun bilanċjat. In vista ta’ dawn il-konsiderazzjonijiet, u s-sottomissjonijiet tal-Partit Nazzjonalista, l-Awtorità qablet li f’dan il-każ, l-ilment dwar żbilanċ rilevat ma’ ġiex suffiċjentement ippruvat u għalhekk iddeċidiet li l-ilment ma’ kienx ġustifikat. |
| | ONE - Kalamita - 1, 3, u 18 ta' Novembru 2010 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE dwar il-progrramm Kalamita li xxandar fl-1, fit-3 u fit-18 ta’ Novembru, 2010 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ paragrafi 4, 15 u 33 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir. L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, kif ukoll lill-Ms Ruth Vella u lis-Sur Jason Micallef li dehru f’isem l-istazzjon. L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet iddecidiet li l-akkuża ġiet ippruvata u peress li din ma kinitx l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur, imponiet il-penali relattiva ta’ €1,160 liema penali għandha titħallas fi żmien xahar mil-lum. |
| | Net TV – Net News – 19 ta’ Novembru 2010 | | Lment tas-Sur Godfrey Grima | L-Awtorità tax-Xandir semgħet l-ilment mis-Sur Godfrey Grima kontra NET TV dwar dritt ta’ risposta li kien ixxandar f’Net News tat-19 ta’ Novembru, 2010, liema dritt ta’ risposta kien segwit b’servizz u b’kummenti tal-istazzjon li skont is-Sur Grima kienu intenzjonati sabiex jimmitigaw l-effett u r-rimedju tal-istess dritt għar-risposta, u għaldaqstant intalab l-intervent tal-Awtorità sabiex id-dritt ta’ risposta jinqara mill-ġdid fl-intier tiegħu, mingħajr ma jkun segwit minn kummenti u l’hekk imsejħin insinwazzjonijiet infondati tal-istazzjon. L-Awtorità kkunsidrat dan l-ilment taħt Artiklu 34 tal-Att Dwar ix-Xandir li jagħti s-setgħa lill-Awtorità li tqis ilmenti dwar trattament inġust jew mhux xieraq fi programmi mxandra kemm fuq ir-radju kif ukoll fuq it-televiżjoni, f’seduta li nżammet fl-19 t’April, 2011. Preżenti għal dan is-smigħ kien hemm is-Sur Godfrey Grima assistit minn Dr Kris Borg, s-Sur Nathaniel Attard u Dr Frank Psaila li dehru għall-istazzjon. Fis-sottomissjonijiet tiegħu, Dr Borg għan-nom tal-klijent tiegħu ta dettalji u elenka l-ġrajjiet li wasslu għall-ilment u filwaqt li rrefera għad-dispożizzjonijiet tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika li kienu jirregolaw il-Bulettini tal-Aħbarijiet u programmi ta’ Ġrajjiet Kurrenti, speċifikament għal paragrafu 4.1, 4.6, 4.7 u 4.8 talab l-intervent tal-Awtorità u li d-dritt ta’ risposta jinqara mill-ġdid fl-intier tiegħu mingħajr ma jkun segwit minn kummenti jew features. Fis-sottomissjonijiet tiegħu, is-Sur Nathaniel Attard, għall-istazzjon filwaqt li ammetta li inizjalment id-dritt ta’ risposta kien ixxandar imħallat ma’ kummenti editorjali tal-istazzjon, wara li kienet inġibdet l-attenzjoni tiegħu għal fatt li t-talba għal dritt ta’ risposta oriġinali ma kienitx fil-fatt ġiet eżawrita ai termini tal-liġi, l-istazzjon kien xandar verżjoni inedita u fl-intier tagħha tad-dritt ta’ risposta hekk kif sottomessa mis-Sur Grima. Is-Servizz li kien jirispekkja l-verżjoni tal-istazzjon kien imxandar b’mod distint mid-dritt ta’ risposta u dan, skont l-istazzjon kien jikkonforma pjenament mal-provvedimenti tal-liġi. L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet imma illimitat ruħha biss biex tistabbilixxi jekk il-mod ta’ kif ixxandar id-dritt ta’ risposta kienx jikkonforma mal-provvedimenti fil-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika li kienu jirregolaw il-Bulettini tal-Aħbarijiet u programmi ta’ Ġrajjiet Kurrenti jew le. Meta kkunsidrat dan kollu, iddeċidiet li l-ilment ma kienx ġustifikat, madanakollu l-Awtorità qablet li kellha tiġbed l-attenzjoni tal-istazzjon għall-fatt li s-servizz li xxandar, anke jekk b’mod distint, eżattament wara d-dritt ta’ risposta seta’ kien aktar konċiż. |
| | TVM – News – 24 ta’ Novembru 2010 | | Lment Għaqda Każin Banda San Filep AD1851 | L-Awtorità kellha quddiemha ilment mill-Għaqda Każin Banda San Filep dwar dritt ta’ risposta konċernanti rapport imxandar mill-Public Broadcasting Services fl-aħbarijiet tal-24 ta’ Novembru, 2010, fejn ġie rilevat illi l-istazzjon kiser il-provvedimenti dwar Dritt ta’ Risposta, fil-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika li jirregolaw il-Bulletin tal-Aħbarijiet u Programmi ta’ Ġrajjiet Kurrenti meta dan naqas li jxandar dan dritt ta’ risposta. L-Awtorità semgħet lis-Sur Tarcisio Mifsud li kien assistit mill-Avukat Anna Mallia f’isem l-Għaqda Każin Banda San Filep AD 1851 u lil Dr Natalino Fenech assistit minn Dr Therese Comodini Cachia għan-nom tal-istazzjon f’seduta li nżammet fis-26 t’April, 2011. Dr Anna Mallia ikkontendiet li l-Għaqda Każin Banda San Filep AD 1851 kienet resqet ilment kontra PBS minħabba dak li fl-opinjoni tal-istess Socjeta’ kienet informazzjoni żbaljata li giet inkluża waqt is-surriferit bulletin tal-aħbarijiet li kien jitratta rapport dwar il-150 anniversarju tal-Banda Beland taż-Żejtun. Dr Mallia sostniet li l-kumment tan-newscaster fis-sens li l-ewwel banda f’Malta kienet il-Banda De Rohan ta’ Ħaż Zebbug u t-tieni dik ta’ l-Isle Adam tar-Rabat kien kumment barra minn loku u minkejja li l-Għaqda Każin Banda San Filep AD 1851 ġibdet l-attenzjoni tal-istazzjon u saħansitra ipproduċiet l-evidenza relattiva li turi li dawn il-kummenti ma kienux korretti, TVM baqa’ jsostni li ma jxandarx id-dritt ta’ risposta. L-istazzjon ikkontenda li l-informazzjoni mxandra mill-istazzjon waqt il-Bulletin tal-Aħbarijiet in kwistjoni kienet ġiet rilevata minn pubblikazzjoni tas-Sur Francis Galea u ma kellu l-ebda raġuni għala tali informazzjoni kienet skoretta u għalhekk ma ħassx li kien hemm lok għal dritt ta’ risposta. L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u qablet li ma kienitx fil-manzjoni tagħha li tidħol fil-merti tal-każ dwar liema Socjeta’ twaqqfet l-ewwel u li d-deċiżjoni tagħha kellha tindirizza esklussivament jekk id-dritt ta’ risposta mitlub mill-Għaqda Każin Banda San Filep AD 1851 kellux fil-fatt jixxandar mill-istazzjon jew le. In vista tal-istess sottomissjonijiet, l-Awtorità iddeċidiet, li f’din iċ-ċirkostanza, stante li l-informazzjoni mxandra mill-istazzjon kienet rilevata minn pubblikazzjoni u li dan ma kellu l-ebda indikazzjoni li tali informazzjoni kienet skoretta, ma kienitx tħoss li l-istazzjon aġixxa kontra l-provvedimenti dwar Dritt ta’ Risposta fil-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika li jirregolaw il-Bulettini tal-Aħbarijiet u Programmi ta’Grajjiet Kurrenti, madanakollu irriteniet opportun li tirrakomanda lill-Public Broadacasting Services Limited sabiex fil-futur tfittex li tħares is-sensittività ta’ każi bħal dawn. |
| | ONE - Mela Isma' Din - 30 ta' Novembru 2010 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE dwar il-programm Mela Isma’ Din li xxandar fit-30 ta’ Novembru, 2010 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Artiklu 16K(a) tal-Att Dwar ix-Xandir, meta fl-imsemmi programm f’numru ta’ okkażjonijiet intwera logo tad-Dolceria Croce Bonaci u saret ukoll referenza verbali. L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, kif wkoll lill-Ms Ruth Vella f’isem l-istazzjon u lill-Ms Evelyn Saliba La Rosa f’isem il-produzzjoni. L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u ddeċidiet li l-akkuża ġiet ippruvata, iżda in vista taċ-ċirkostanzi tal-każ qablet li kellha twiddeb lill-istazzjon sabiex tali ksur ma jirrepetix ruħu. | | | Net TV - It-Tnejn l’Huma - 2 ta' Diċembru 2010 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ NET TV dwar il-programm It-Tnejn L’Huma li xxandar fit-2 ta’ Diċembru, 2010 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir, meta kien hemm assoċjazzjoni bejn rokna informattiva bil-parteċipazzjoni tas-Sur Noel Farrugia u reklam għal Brittania Tours li xxandar qabel l-imsemmija rokna u li fih kien jidher ukoll is-Sur Farrugia, liema preżentazzjoni irriżultat f’nuqqas ta’ separazzjoni adegwata bejn ir-reklam u r-rokna informattiva. L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, kif wkoll lis-Sur Etienne Mallia f’isem l-istazzjon u wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet iddeċidiet li l-akkuża ġiet ippruvata, iżda in vista taċ-ċirkostanzi tal-każ qablet li kellha twiddeb lill-istazzjon sabiex tali ksur ma jirrepetix ruhu. |
| | ONE - Affari Tagħna - 12 u 26 ta. Novembru 2010 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE dwar il-programm Affari Tagħna li xxandar fit-12 u fis-26 ta’ Novembru, 2010 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Artikli 16L(4) tal-Att dwar ix-Xandir. L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, kif ukoll lill-Ms Ruth Vella u lis-Sur Jason Micallef li dehru f’isem l-istazzjon. L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet iddecidiet li l-akkuża ġiet ippruvata iżda peress li din kienet l-ewwel darba li l-programm instab ħati ta’ tali ksur, l-Awtorità ddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon. |
| | TVM - Lux Design – 19 ta’ Diċembru 2010 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar il-programm Lux Design li xxandar fid-19 ta’ Diċembru, 2010 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir. L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, kif wkoll lis-Sur Mario Micallef f’isem l-istazzjon u s-Sur Mark Barbara għall-produtturi. L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u rat il-filmat relattiv iddeċidiet illi l-assoċjazzjoni bejn il-prodott fil-parti informattiva u r-reklam kienet evidenti u għalhekk l-akkuża kienet ġiet ippruvata, madanakollu stante li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur iddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon. |
| | TVM – Bondiplus – 20 ta’ Diċembru 2010 | | Lment tal-P.L. | F’seduta li saret fit-12 t’April 2011, l-Awtorità tax-Xandir bdiet tisma’ ilment imressaq mill-Partit Laburista quddiem l-istess l-Awtorità tax-Xandir dwar l-edizzjoni tal-programm Bondiplus li xxandret fuq TVM fl-20 ta’ Diċembru, 2010. Is-suġġett tal-programm kien iż-żieda fl-onorarja għall-Prim Ministru, Ministri, Segretarji Parlamentari u l-Membri Parlamentari, fejn ġie allegat li kien hemm żbilanċ fil-konfront tal-Partit Laburista, u dan peress li informazzjoni u intervisti imxandra waqt l-istess programm kienu skorretti u inveritieri. L-ilment tal-Partit Laburista kien jiffoka fuq tliet elementi prinċipali fil-programm: • il-feature li fih ġiet ippreżentata f’forma ta’ tabella l-informazzjoni dwar min, mill-membri parlamentari, kien wieġeb għall-mistoqsijet ta’ Bondiplus, u x’kienu r-risposti ta’ dawk li wieġbu. • l-intervista mal-Onorevoli David Agius, li semma’ b’isimhom disa’ deputati Laburisti u qal li dawn kienu tkellmu miegħu dwar iż-żieda fl-onorarja, meta l-ebda wieħed minn dawn id-deputati ma ntalab jagħti reazzjoni waqt l-istess programm. • l-intervista ma’ Damien Cassar ġuvni ta’ 17-il sena li qal li kien sema’ lill-Onorevoli Owen Bonniċi jitkellem dwar żieda fl-onorarja, meta f’dan il-każ ukoll ir-reazzjoni tal-Onorevoli Bonniċi ma ntalbitx. L-Awtorità tax-Xandir ikkunsidrat dan l-ilment taħt Artiklu 34 tal-Att Dwar ix-Xandir li jagħti s-setgħa lill-Awtorità li tqis ilmenti dwar trattament inġust jew mhux xieraq fi programmi mxandra kemm fuq ir-radju kif ukoll fuq it-televiżjoni. L-Awtorità semgħet lil Dr Natalino Fenech assistit minn Dr Therese Comodini Cachia f’isem l-istazzjon, lis-Sur Lou Bondi għall-Produtturi, lis-Sur Kurt Farrugia u lil Dr Stefan Zrinzo Azzopardi f’isem il-Partit Laburista. Fis-sottomissjonijiet tiegħu waqt it-trattazzjoni ta’ dan l-ilment fl-ewwel seduta, ir-rappreżentant tal-Partit Laburista sostna li fil-programm in kwistjoni ġiet ippreżentata stampa żbilanċjata ta’ dak li fil-fatt ġara u l-istazzjon naqas serjament meta għalkemm kellu ż-żmien u l-opportunità, li jagħmel dan, ma ħassx li kellu jikseb il-verżjoni ta’ dawk il-persuni li ssemmew fil-clips irrekordjati qabel il-programm. Min-naħa l-oħra l-istazzjon issottometta li kienet intbaghtet e-mail lill-membri parlamentari kollha dwar is-suġġett u dawk li xtaqu jagħtu l-verżjoni tagħhom setgħu għamlu dan billi irrispondew l-istess e-mail. Il-prezentatur tal-programm sostna wkoll li t-tabella kienet turi b’mod grafiku min kien irrisponda għall-mistoqsija mibgħuta bl-e-mail u min ma rrispondix u x’kienet ir-risposta skont il-każ. Waqt din l-ewwel seduta ir-rappreżentanti tal-Partit Laburista talbu lill-Awtorità biex l-Onorevoli Gino Cauchi u l-Onorevoli Owen Bonniċi jinstemgħu bħala xhieda aktar tard f’din is-seduta. Fid-dawl ta dawn l-iżviluppi u wara li nstemgħu dawn iż-żewg xhieda, l-avukat tal-Public Broadcasting Services Limited, Dr Comodini Cachia talbet differiment tas-smigħ biex l-istazzjon ikun jista’ jsejjaħ lill-Onorevoli David Agius biex hu wkoll ikun jista’ jixhed quddiem l-Awtorità. Il-Partit Laburista ma oġġezzjonax għal tali rikjesta u għalhekk it-tieni seduta marbuta mas-smigħ ta’ dan l-ilment saret nhar it-Tlieta 19 t’April 2011 fejn l-Onorevoli David Agius ta xhieda tiegħu quddiem l-Awtorità. Dwar l-intervista ta’ l-Onor David Agius, il-preżentatur sostna li ma ħassx il-ħtieġa li jitlob rejazzjoni mill-persuni msemmija mill-istess Onorevoli Agius fl-intervista li xxandret f’dik l-edizzjoni ta’ Bondiplus. Wara li semgħet il-partijiet konċernati u wara li rat il-filmat tal-programm in kwistjoni, l-Awtorità waslet għall-konklużjonijiet segwenti: 1. Illi l-informazzjoni fit-tabella dwar il-preferenzi tad-deputati u jekk dawn kienux ser jaċċettaw jew le l-imsemmija żieda, kienet ġiet ippreżentata mill-istazzjon b’mod adegwat u għalhekk din il-parti tal-ilment ma kellux jintlaqa. 2. Illi dwar il-parti tal-ilment rigwardanti l-intervista ma’ Damien Cassar, l-Awtorità kien irriżultalha li l-Onorevoli Owen Bonniċi kien ingħata dritt għal risposta ai termini tal-liġi waqt edizzjoni suċċessiva tal-istess programm u għalhekk dwar dan ma’ kelliex tipproċedi ulterjoralment. 3. Illi d-dikjarazzjoni li kien għamel l-Onorevoli Agius, waqt l-imsemmi programm, dwar disa’ deputati Laburisti, kien jeħtieġilha li tiġi bilanċjata bir-reazzjoni uffiċċjali u personali tal-istess deputati, u dan in vista tal-fatt li dawn kienu issemmew mill-istess Onorevoli Agius. Jirrizulta li l-intervista mal-Onorevoli Agius kienet irrekordjata u għalhekk il-produttur kellu l-ħin kollu għad-dispożizzjoni tiegħu biex iġib ir-reazzjoni tal-persuni imsemmija fil-feature, madanakollu dan ħass li ma kellux il-bżonn li jagħmlu. L-Awtorità qablet illi l-etika ġurnalistika titlob li l-istazzjon jagħmel ħiltu kollha biex jottjeni tali reazzjoni sabiex ikun jista’ jwassal lit-telespettaturi rapport komprensiv u bilanċjat, u l-fatt li dawn ma weġbux e-mail tal-produzzjoni ma kienx jiġġustifika l-aġir tal-istazzjon. In vista ta’ dawn il-konsiderazzjonijiet, l-Awtorità iddeċidiet li f’dan il-każ, din il-parti tal-programm kienet żbilanċjata u l-ilment tal-Partit Laburista kien ġustifikat. L-Awtorità qed tordna lil TVM, permezz ta’ direttiva maħruġa taħt Artiklu 15 tal-Att Dwar ix-Xandir, sabiex tinqara sintesi ta’ din id-deċiżjoni, kif mħejjija mill-istess Awtorità, waqt il-bullettin prinċipali tal-aħbarijiet tal-istazzjon mhux aktar tard minn sebat ijiem minn meta tiġi kkomunikata din id-deċiżjoni. |
| | TVM – Xarabank – 24 ta’ Diċembru 2010 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar il-programm Xarabank li xxandar fl-24 ta’ Diċembru, 2010 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Artiklu 16K(a) tal-Att Dwar ix-Xandir. L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, kif wkoll lis-Sur Ray Libreri f’isem l-istazzjon u s-Sur Peppi Azzopardi li kien akkumpanjat mis-Sinjuri Norman Vella u PJ Vassallo għall-produtturi u wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet rat il-filmat relattiv, iddeċidiet li l-akkuża ġiet ippruvata u peress li din ma kienitx l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati, l-Awtorità imponiet il-penali relattiva ta’ €2,330 li kellha titħallas fi żmien xahar mid-data ta’ din in-notifika. Net TV - Voices – 20 Sena ta’ Ħidma – 25 ta’ Diċembru 2010 L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ NET TV dwar il-programm Voices – 20 Sena ta’ Ħidma li xxandar fil-25 ta’ Diċembru, 2010 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ paragrafu 2 tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika dwar il-Prezz tat-Telefonati u SMSs fil-Mezzi tax-Xandir u paragrafu 2 tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika dwar Reklamar, Metodi ta’ Reklamar u Direzzjonijiet dwar Kollezzjonijiet Pubbliċi fuq il-Mezzi tax-Xandir. L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, kif wkoll lis-Sur Josef Fitzpatrick f’isem l-istazzjon u s-Sur Peter Fleri Soler għall-produttur. Wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet inkluż tal-fatt li dan kien programm b’għan filantropiku u kif ukoll li l-produtturi kienu għamlu l-almu tagħhom sabiex il-liġi tiġi rispettata l-Awtorità qablet illi, fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ ma kellhiex tipproċedi ulterjoralment kontra l-istazzjon, madanakollu idderiġiet li tali nuqqasijiet ma kellhomx jirrepetu ruħhom. |
| | TVM - Liquorish Casting – Novembru/Diċembru 2010 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar il-programm Liquorish Casting li xxandar fis-17 u l-24 ta’ Novembru u l-1, 15 u 22 ta’ Diċembru, 2010 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Artiklu 13(2)(a) tal-Att dwar ix-Xandir u Paragrafu 4.4.1 tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika dwar is-Sehem ta’ Nies Bla Ħarsien Xieraq fil-Mezzi tax-Xandir. L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, lis-Sur Reuben Zammit f’isem l-istazzjon u lis-Sur Warren Brimmer li deher f’isem il-produtturi, li kien assistit mill-Avukat Veronique Dalli. L-Awtorità, wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u wara li ddiskutiet ir-rapport tal-monitoring, filwaqt li rriteniet li ma kinitx kontra dan il-ġeneru ta’ programmi, madanakollu l-produtturi u l-istazzjon kellhom ikunu ferm attenti fir-rigward tal-kontenut imxandar u kif dan setgħa jinfluwenza lit-telespetturi b’mod partikolari dawk ‘l aktar vulnerabbli. L-Awtorità żgur ma tistax taċċetta t-teżi mressqa mill-istazzjon li għax ċerti sitwazzjonijiet huma “realta’ tal-ħajja” allura m’hemm xejn ħażin li jiġu trasmessi fi programmi Reality Show. L-Awtorità rriteniet li f’dan ir-rigward kien hemm numru ta’ sitwazzjonijiet, elenkati fir-rapport tal-monitoring, fejn inħass li l-istazzjon ma kienx sensittiv biżżejjed, b’mod partikolari irreferiet għal każ tat-tfajla li irrakkontat kif wara li ommha kienet inħakmet mid-dipressjoni din kienet ikkommettiet suwiċidju u sostniet li xi sitwazzjonijiet u xeni fil-programm kienu saħansitra jtellfu d-dekor tal-persuna. In vista ta’ dawn il-konsiderazzjonijiet, l-Awtorità ddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali aġir, qablet li kellha twiddeb l-istazzjon. |
| | TVM – News – Diċembru 2011 | | Lment mis-Sur Frans Said | L-Awtorità semgħet l-ilment magħmul mis-Sur Frans Said fil-11 ta’ Jannar, 2011 dwar aħbar imxandra mill-Public Broadcasting Services Limited b’konnessjoni mal-oriġini tal-programm l-Istrina, fejn ġie allegat li l-istorja kif preżentata mill-istazzjon ma kienitx tirrispekkja l-verità tal-fatti u fl-ebda mument ma kienet tirrikonoxxi l-involviment tas-Sur Said f’kampanji ta’ ġbir ta’ fondi fil-passat. L-Awtorità semgħet lil Dr Natalino Fenech u lil Therese Comodini Cachia li dehru għall-istazzjon u lis-Sur Frans Said li ppreżenta l-verżjoni tiegħu tal-ilment. Is-Sur Said esprima d-diżappunt tiegħu għall-aġir tal-Public Broadcasting Services Limited u talab l-intervent tal-Awtorità sabiex fi programmi suċċessivi l-istazzjon jirrimedja u ma jsirux żbalji simili. L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet u filwaqt li irrijaffermat il-prinċipju li x-xandar għandu l-obbligu li jirriċerka u jippreżenta l-fatti kollha lit-telepettaturi, iddeċidiet li l-każ in eżami, ma kienx wieħed li fuqu setgħet tipproċedi skont il-provvedimenti tal-Liġi tax-Xandir u għalhekk iddeċidiet li ma tipproċedix kontra l-istazzjon. |
|
|
|
 |
|