Broadcasting Authority - Malta
Logo - Broadcasting Authority - Malta
The Authority Press Releases Contact Details Useful Links
Search
Design Spacer
Design Spacer
Design Spacer Design Spacer
Design Spacer
Design Spacer
Design Spacer
Underline
Design Spacer
Arrow Members
Design Spacer
Line
Design Spacer
Arrow Objectives
Design Spacer
Line
Design Spacer
Arrow Consultations
Design Spacer
Line
Design Spacer
Arrow Circulars to Broadcasting Stations
Design Spacer
Line
Design Spacer
Arrow Legislation, Policy & Guidelines
Design Spacer
Design SpacerArrow Primary & Subsidiary
Design Spacer
Design SpacerArrow Other Subsidiary Legislation
Design Spacer
Design SpacerArrow Government Notices
Design Spacer
Design SpacerArrow Directives
Design Spacer
Design SpacerArrow Guidelines
Design Spacer
Design SpacerArrow Political Broadcasts
Design Spacer
Design SpacerArrow Digital Terrestrial Broadcasting
Design Spacer
Design SpacerArrow European Union
Design Spacer
Design SpacerArrow Council of Europe
Design Spacer
Line
Design Spacer
Arrow Legislazzjoni
Design Spacer
Design SpacerArrow Primarja u Sussidjarja
Design Spacer
Design SpacerArrow Legislazzjoni Sussidjarja Ohra
Design Spacer
Design SpacerArrow Notifikazzjonijiet tal-Gvern
Design Spacer
Design SpacerArrow Direttivi
Design Spacer
Design SpacerArrow Linji Gwida
Design Spacer
Design SpacerArrow Xandiriet Politici
Design Spacer
Design SpacerArrow Xandir Digitali
Design Spacer
Design SpacerArrow Unjoni Ewropea
Design Spacer
Design SpacerArrow Kunsill ta' l-Ewropa
Design Spacer
Line
Design Spacer
Arrow Licence Applications
Design Spacer
Line
Design Spacer
Arrow Audience Assessment
Design Spacer
Line
Design Spacer
Arrow Annual Reports
Design Spacer
Line
Design Spacer
Arrow B. A. Publications
Design Spacer
Line
Design Spacer
Arrow B.A. Sponsorships
Design Spacer
Line
Design Spacer
Arrow B.A. Decisions
Design Spacer
Line
Design Spacer
Arrow FAQ's
Design Spacer
Line
Design Spacer
Arrow Freedom of Information
Design Spacer
Line
Design Spacer


Design Spacer
Design Spacer
Underline
Design Spacer

<<< 2012

>>> 2014

 

>>> Main

Deċiżjonijiet ta' l-Awtorita` tax-Xandir
2013

  • TVM - Bondi+ - 10 ta' Jannar 2013
    • Ilment mill-Partit Laburista dwar il-Programm Bondi + tal-10 ta’ Jannar 2013 
  • PBS Ltd - TVAM, Close-Up, Bondi+
    • Ilment minn Alternattiva Demokratika kontra PBS Ltd. tat-18 ta' Jannar 2013
  • Favourite Channel - Crossroads - 8, 15, 2 22 ta' Jannar 2013 [temporanjament sospiża - 25 t'April 2013]
  • PBS Ltd - News
    • Ilment mid-Deaf People Association tat-12 ta' Marzu 2013
  • RTK - Ġita mal-Brittania Tours - 8 ta’ Marzu, 2013  
  • Medialink Communications Ltd - NET News -9 ta’ Marzu, 2013
  • Net TV - Net News - 23 u 29 ta' Marzu 2013
  • TVM - Ħadd Għalik - 24 u 31 ta' Marzu 2013
  • TVM - TVM News - 27, 30, 31 ta’ Marzu, 2, 3 u 4 t’April, 2013
  • ONE - Clint on ONE - 30 ta’ Marzu, 2013 
  • ONE - ONE News - 31 ta' Marzu 2013
  • ONE - Liquorish - 1 t' April 2013
  • Net TV - Net News - 6 t'April 2013
  • ONE - Kalamita - 9 t'April 2013
  • TVM - News - 29 ta' Marzu u 11 t'April 2013
  • RTK -Għalina Lkoll - 14 t'April, 2013
  • ONE - Arani Issa - 21 t'April, 2013
  • ONE - Kalamita - 23 t'April, 2013
  • ONE - 12, 14, 21, 23 u 25 t’April, 2013
  • Favourite Channel - Sfera -  10 ta' Mejju, 2013
  • TVM - Gadgets - 11 ta' Mejju, 2013 
  • TVM - Tex-Mex - 19 ta' Mejju, 2013
  • TVM - Ħadd Għalik - 19 ta' Mejju, 2013
  • TVM - Xandira qabel l-aħbarijiet tat-20:00 - 17 ta' Ġunju, 2013
  • TVM - Stellina Lifestyles Changes - 8 t'Awwissu, 2013
  • ONE - Mad-Daqqa t’Għajn - 16 t'Awwissu, 2013
  • TVM - Telebejgħ ta' Centro Moda - 12 u 19 t'Awwissu 2013
  • ONE - Traffic - 24 t'Awwissu, 2013
  • TVM - Tlugħ tal-Lotterija - 29 u 30 t'Awwissu 2013
  • TVM - CNI - 4 ta' Settembru 2013
  • Smash TV - Alfred Sant u l-Ewropa - 5 ta' Settembru 2013
  • Radio 101 - Wavelenght - 5 ta’ Settembru, 2013
  • ONE - Sajf ma’ Gaffiero - 13 ta' Settembru 2013
  • TVM - News - 24 ta' Settembru 2013
  • Net TV - Eli in the Morning - 4 t'Ottubru 2013
  • Net TV - Elle - 5 ta' Ottubru 2013
  • ONE - Arani Issa - 7 t'Ottubru 2013
  • TVM - Iżd’immamentriperò - 7 t'Ottubru 2013
  • F Living - F Living Show - 14, 15, 17 u 18 t’Ottubru, 2013
  • TVM, Radju Malta 2 - Quaterno - 22 t'Ottubru 2013 
  • TVM - Reklamar - 27 t'Ottubru u 3 ta' Novembru 2013
  • ONE - Reklamar - 3 ta' Novembru 2013
  • TVM - The Wedding Battle - 5 ta'Novembru 2013
  • TVM - Niskata - 6 u s-7 ta’ Novembru, 2013
  • ONE - Tfal - 10 ta' Novembru 2013
  • ONE - Kalamita - 12 ta' Novembru 2013 
  • TVM - Katrina - 14 u 28 ta' Novembru 2013
  • ONE - One Night Stand - 19 ta' Novembru 2013
  • ONE - Reklamar - 28 ta' Novembru 2013
  • TVM - Sibtek - 30 ta' Novembru 2013
  • TVM - News - 5 ta' Diċembru 2013
  • ONE - In D House - 6 ta' Diċembru 2013
  • TVM - Reporter - 23 ta' Diċembru 2013

 Deċiżjonijiet ta' l-Awtorita` tax-Xandir

2013

 
TVM - Bondi+ - 10 ta' Jannar 2013 
Deċiżjoni dwar Ilment mill-Partit Laburista dwar il-Programm Bondi + tal-10 ta’ Jannar 2013 

Il-Partit Laburista ressaq ilment quddiem l-Awtorità tax-Xandir dwar l-edizzjoni tal-programm Bondi + li xxandret fuq TVM fl-10 ta’ Jannar 2013. Fil-programm ħadu sehem il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Dr Simon Busuttil u d-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista, Dr Toni Abela.

L-ilment tal-Partit Laburista kien jinkludi diversi elementi fosthom:

  • Allegazzjoni ta’ attitudni skorretta mill-preżentatur fil-konfront ta’ mistiedna mill-Partit Laburista.
  • Interuzzjonijiet u kwazi tentattivi biex il-mistoqsija titwieġeb kif irid il-prezentatur.
  • Il-mistoqsijiet isiru b’mod ostili u evidentement partiġġjan.
  • Allegazzjoni ta’ nuqqas ta’ imparzjalita fit-trattament waqt il-mistoqsijiet tar-rappreżentant tal-Partit Laburista meta mqabbel ma’ dak tar-rapprezentant tal-Partit Nazzjonalista.
  • Ksur tar-regolamenti tax-xandir permezz tal-aġir tal-preżentatur li fuq stazzjon nazzjonali, tali aġir ma kienx aċċettabbli.
    Il-Partit Laburista fl-ilment tiegħu talab lill-Awtorità tagħti kull provvediment u direzzjoni opportun biex dan l-aġir jieqaf.

L-Awtorità tax-Xandir ikkunsidrat dan l-ilment taħt Artiklu 34 tal-Att Dwar ix-Xandir li jagħti s-setgħa lill-Awtorità li tqis ilmenti dwar trattament inġust jew mhux xieraq fi programmi mxandra kemm fuq ir-radju kif ukoll fuq it-televiżjoni. Dan l-ilment beda jinstama’  waqt seduta tal-Awtorità li saret it-Tlieta, 15 ta’ Jannar 2013 u tkompliet nhar il-Ħamis 17 ta’ Jannar 2013.

Preżenti, għall-Partit Laburista, kienu Avukat Stefan Zrinzo Azzopardi, l-Avukat Toni Abela assistiti mill-Avukat Aaron Mifsud Bonnici  waqt li għal TVM kienu preżenti Dr Natalino Fenech, Editur u Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet ta’ Public Broadcasting Services Ltd assistit mill-Avukat Mark Vassallo fl-ewwel sessjoni tas-smigħ u fit-tieni sessjoni tas-smiegħ l-istazzjon kien ukoll rappreżentat mis-Sur Lou Bondi – preżentatur tal-programm.

Fis-sottomissjonijiet tiegħu Dr Zrinzo Azzopardi għan-nom tal-Partit Laburista lmenta li l-mistieden fil-programm in kwistjoni kien ttrattat differenti u ċerti standards li kellhom jinżammu speċjalment waqt kampanja elettorali ma kienux inżammu waqt il-programm in kwistjoni.

Huwa sostna li l-clips użati fil-programm kienu magħzula u użati b’mod biex jgħinu lill-parteċipant li kien qed jirrapreżenta lill-Partit Nazzjonalista mentri r-rappreżentant tal-Partit Laburista sofra ħafna interruzzjonijiet u argumenti b’atteġġjament pjuttost aggressiv tal-preżentatur.

Dr Zrinzo Azzopardi elenka l-clips użati fil-programm u spjega li fil-fehma tal-Partit Laburista dawn kienu juru naħa waħda biss, anzi clip minnhom kien użat biex jintuża bħala cue għall-parteċipant tal-Partit Nazzjonalista minħabba rimarka dwar il-qagħda finanzjarja li kienet għamlet il-Kanċillier tal-Germanja, s-sinjura Angela Merkel. Dr Zrinzo Azzopardi saħaq li ma ntwera’ l-ebda clip  b’kummenti favur il-proposta tal-Partit Laburista waqt il-programm u dan minnu nnifsu ħoloq żbilanc.

Fix-xhieda tiegħu Dr Toni Abela qal li l-preżentatur kien poġġih f’dawl imbarazzanti meta żvela l-kontenut ta’ telefonati li bihom ried jagħti x’wieħed jifhem li hu (Dr Abela) għamel xi pressjoni fuq il-preżentatur dwar x’kellu jkun il-kontenut tal-programm, ħaġa li Dr Abela innega.

Dr Abela ħass li waqt li hu kien taħt skrutinju kontinwu waqt il-programm ir-rappreżentant tal-Nazzjonalista  ma kienx.

Minħabba l-kontenut tax-xhieda ta’ Dr Abela, Dr Mark Vassallo  għan-nom tal-PBS talab sabiex tkun tista tinstemgħa x-xhieda tas-Sur Lou Bondi. 

L-Awtorità aċċettat din it-talba u għamlet differiment tas-smigħ għall-Ħamis 17 ta’ Jannar 2013 biex jingħata l-opportunita jixhed is-Sur Lou Bondi peress li dan ma setgħax jattendi l-ewwel sessjoni minħabba li kien impenjat fuq il-produzzjoni tal-programm li kellu jixxandar dak in-nhar stess.

Meta tkompla s-smigħ, l-istazzjon ġie mistoqsi jekk iħossx in-neċessita li Dr Abela jirrepeti x-xhieda tiegħu biex ikun jista jwieġeb is-Sur Bondi.  L-istazzjon, permess tal-avukat tiegħu Dr Mark Vassallo  qal li ma jarax din il-ħtieġa u għalhekk talab lill-Awtorita’ sabiex tisma’ s-sottomissjonijiet tas--Sur Bondi.

Is-sur Bondi beda biex eċepixxa affidavit bid-data taż-17 ta’ Jannar 2013 li fih, fost affarijiet oħra,  ikkonferma li qabel il-programm kien qal lil Dr Toni Abela li l-edizzjoni kienet ser tikkonċentra primarjament fuq il-proposta tal-Partit Laburista dwar it-traħħis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Fl-affidavit tiegħu is-Sur Bondi qal li dan kien għamlu waqt żewġ telefonati li Dr Abela kien għamel lilu u li fihom  Dr Abela pprova jipperswadih biex jiddikutu materji oħra u mhux din il-proposta biss. Speċifikament, skont is-Sur Bondi, Dr Abela kien semma’ li kellhom jiffokaw ukoll fuq il-logos u s-slogans tal-partiti. L-affidavit jgħid ukoll li s-Sur Bondi ma kellu l-ebda komunikazzjoni ma’ xi ġurnalist jew editor tal-gażżetta n-Nazzjon Tagħna dwar din il-materja u dan bħala tweġiba għax-xhieda ta’ Dr Abela li kien wkoll ippreżenta artiklu li deher fil-ħarġa tan-Nazzjon dwar dak li seħħ fil-programm Bondi+

Is-Sur Bondi sostna li sa’ mill-bidunett tal-programm, Dr Abela ried jinfluwenza d-diskussjoni billi flok jirrispondi għal-mistoqsijiet li kienu qed isirulu, baqa jinsisti fuq mistoqsijiet li dehrlu li hu (s-Sur Bondi) kellu jagħmel lill-parti l-oħra.

L-Avukat Vassallo an nom tas-Sur Bondi talab lill-Awtorita biex tieħu konjizzjoni ta’numru ta’ clips meħuda minn edizzjonijiet oħra ta’ Bondi+ li juru l-atteġġjament tal-preżentatur  waqt diversi edizzjonijiet tal-programm tiegħu ma’ esponenti tal-Partit Nazzjonalista u dan sabiex jipprova li l-istil li huwa uża waqt il-programm in kwistjoni ma kienx differenti minn dak li huwa kien uża f’edizzjonijiet oħra ma’ esponenti tal-Partit Nazzjonalista u dan biex jirribatti l-allegazzjoni fl-ilment li huwa kien uża trattament inġust ma’ Dr Abela fil-programm in kwistjoni.

L-istazzjon issottometta wkoll clips ta’ programmi li li jixxandru fuq stazzjonijiet barranin fejn il-preżentatur jinsisti fuq risposti għad-domandi li jkun għamel u li għalhekk din ma kienetx xi ħaġa li kien juża hu biss fil-konfront tal-parteċipanti mill-Partit Laburista.

L-Avukat Zrinzo Azzopardi rrimarka li l-clips sottomessi kienu juru istanzi ta’ intervisti one-to-one u mhux dibattiti bħal ma kien il-każ tal-ilment u fi kwalunkwe kaz ma jirriflettux dak li fil-fatt ġara fil-programm li fuqu qed isir l-ilment. Huma kienu qed jirritjenu li r-rappreżentant tal-Partit Laburista kien mogħti trattament inġust u differenti minn dak li ingħata lir-rappreżentant tal-Partit Nazzjonalista u dan bi ksur tal-provvedimenti tal-Liġi tax-Xandir dwar bilanċ u trattament ġust.

L-Avukat Mark Vassallo sostna li l-istazzjon ġab provi biżżejjed inkluż affidavit li juru li ma kien hemm l-ebda intenzjoni ta’ trattament inġust u ma jirriżultax li dak li xxandar fil-fatt segħta b’xi mod jiġi meqjus bħala ksur tal-Liġi Dwar ix-Xandir u għalhekk fil-fehma tal-istazzjon l-ilment imressaq mill-Partit Laburista ma kellux jiġi milqugħ.

Wara li semgħet il-partijiet konċernati, wara li rat il-filmat tal-programm in kwistjoni, l-Awtorità waslet għall-konklużjonijiet segwenti:

L- Awtorità ddeċidiet li l-ilment imressaq mill-PL f’dak li jirrigwardja attitudni skorretta u n-nuqqas ta’ imparzjalità mill-preżentatur fil-konfront ta’ rappreżentant tal-Partit Laburista jiġi milqugħ.

L-Awtorità timmotiva l-konklużjoni tagħha billi ssostni li l-preżentatur irid iġorr ir-responsabbilta’ ta’ kif jiġi kondott il-programm u għandu jara li ma jidħolx f’battibekki mal-mistieden tiegħu. Il-preżentatur daħal f’dawn il-battibekk u għalhekk tirriżulta l-attitudni skorretta mill-preżentatur.

Dwar il-kwistjoni tal- imparzjalità l-Awtorita’ nnutat li l-clips kollha kienu f’direzzjoni waħda jiġifieri li tpoġġi f’pożizzjoni diffiċli id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista u li juru parti biss mill-istampa kollha tas-suġġett li kien qed jigi diskuss. Artiklu 12 (5) tal-Liġi Sussidjarja 350.14 jitkellem ċar li l-użu ta’ materjal awdjoviżiv inklużi clips u features, f’dawn it-tip ta’ programmi għandu jirrifletti b’mod bilancjat l-fehmiet tal-partijiet kollha konċernati.

L-Awtorità tinnota li, kif ingħad aktar ‘l fuq li r-responsabbilta aħħarija għall-mod kif jitmexxa l-programm, hija dejjem tal-prezentatur, madankolu tisħaq li l-parteċipanti fi programmi ta’ diskussjoni huma parteċipi fir-rwol ta’ mistiedna u għalhekk il-parteċipazzjoni tagħhom flimkien, ma’ dik tal-preżentatur, għandha tkun tali li tiffaċilita d-diskussjoni u tħalli lit-telespettatur jifhem u jsegwi l-argumenti li jkunu qed jiġu diskussi, ħaġa li jidher li f’dan il-programm ma’ saritx.

L-Awtorità qed tordna lill-TVM, permezz ta’ direttiva maħruġa taħt Artiklu 15 tal-Att Dwar ix- Xandir, sabiex taqra sintesi ta’ din id-deċiżjoni, kif mħejjija mill-istess Awtorità fl-Aħbarijiet tat-8pm ta’ TVM fi żmien 7 ijiem mid-data ta’ din id-deċizzjoni.

22 ta’ Jannar 2013
 


PBS Ltd - TVAM, Close-Up, Bondi+ 

Deċiżjoni dwar Ilment minn Alternattiva Demokratika kontra PBS Ltd. tat-18 ta' Jannar 2013

L-Awtorità kellha quddiemha ilment minn Alternattiva Demokratika datata 18 ta’ Jannar rigward nuqqas ta’ parteċipazzjoni fil-programmi ta’ PBS Ltd, TVAM, Close-Up u Bondiplus u dwar il-ħin u l-mod ta’ parteċipazzjoni fil-programm Xarabank meta jsir dibattitu bejn il-leaders tat-tliet partiti ewlenin.

L-Awtorità semgħet lil-Perit Carmel Cacopardo u l-Professur Arnold Cassola li dehru f’isem u in rappreżentanza tal-Alternattiva Demokratika u kif ukoll lil Dr Mark Vassallo u Dr Natalino Fenech Editur/Kap tal-Kamra tal-Aħbarijiet, li dehru f’isem u in rappreżentanza tal-istazzjon f’seduta li nżammet fit-22 ta’ Jannar 2013.

L-Alternattiva Demokratika sostniet li fil-każ tal-programm Xarabank l-istazzjon ma kienx qed josserva d-Direttiva tal-Awtorità meta waqt id-dibattitu bejn il-leaders tal-partiti l-Alternattiva Demokratika ma kienitx qed tingħata l-istess trattament kemm fir-rigward tal-ħin u kif ukoll fir-rigward tal-mod tal-parteċipazzjoni meta r-rappreżentant tagħha kien qed jitpoġġa fuq sufan u mhux fuq podium.

L-Alternattitva Demokratika qalet ukoll  li minn naħa l-oħra fl-aħħar ġimgħa u sa dakinhar l-Alternattiva Demokratika ma kienet irċeviet l-ebda stedina biex tattendi fil-programm TVAM filwaqt li l-ħin allokat fil-programmi Close-up u Bondiplus ma kienx adekwat u ma kienx jippermetti lill-istess Alternattiva Demokratika tipparteċipa f’diskussjoni bis-sens mal-mistednin l-oħra.  Żied li dan l-atteġġjament tal-istazzjon kien imur kontra d-Direttiva tal-Awtorità u għaldaqstant kellu jkun rimedjat.

Il-PBS Ltd filwaqt li ppreżenta statistika rigwardanti l-programmi imsemmija sostna li minn din l-informazzjoni kien jidher li kuntrarjament għal dak li kien ġie sottomess qabel l-Alternattiva Demokratika kienet qed tingħata spazju konsiderevoli fuq l-istazzjon.  Żied li l-produtturi tal-istazzjon kellhom struzzjonijiet biex jistiednu rappreżentanti tal-istess Alternattiva Demokratika kull meta jkunu trattati temi li din kellha pożizzjoni dwarhom u għalhekk ma setax jifhem l-ilment tal-istess.

L-Alternattiva Demokratika sostniet li l-ħin allokat lilha f’dawn il-programmi kien limitat wisq saħansitra meta wieħed iqis l-interruzzjonijiet u l-kummenti li jsiru kemm mill-preżentatur u l-mistiedna l-oħra fl-istudjo.  Żiedet li t-telespettaturi kienu jistennew konfront tal-ideat bejn il-kontendenti u dan biex ikunu jagħmlu l-ġudizzju tagħhom. L-Alternattiva Demokratika kompliet tissottometti li wieħed kien jistenna li fil-konfront bejn il-leaders, ir-rappreżentant ta’ Alternattiva Demokratika jkun fuq podium bħall-leaders l-oħra u mhux fuq sufan fil-ġenb tas-sett.  In oltre l-ħin allokat u l-intervent tal-istess rappreżentant kellu jkun f’kuntest ta’ dibattitu mal-leaders l-oħra.

L-istazzjon ikkontenda li permezz tad-Direttiva tagħha l-Awtorità ma kienitx qiegħda tgħid li Alternattiva Demokratika kellu jkollha l-istess ħin tal-partiti l-oħra.

L-Awtorità tax-Xandir ikkunsidrat dan l-ilment taħt Artiklu 34 tal-Att Dwar ix-Xandir li jagħti s-setgħa lill-Awtorità li tqis ilmenti dwar trattament inġust jew mhux xieraq fi programmi mxandra kemm fuq ir-radju kif ukoll fuq it-televiżjoni.

L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u kkostatat illi fir-rigward ta’ ċerti programmi fuq PBS Ltd l-ilment tal-Alternattiva Demokratika ma kienx ġustifikat.  L-Awtorità filwaqt li rriteniet li kellu jkun hemm distinzjoni bejn l-ammont ta’ ħin allokat lill-Alternattiva Demokratika fil-konfront tal-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista qablet li l-ħin allokat lill-Alternattiva fuq l-istazzjon pubbliku kien adekwat u li dan saħansitra kien jikkonforma mal-ħin allokat fl-iskema ta’ xandiriet politiċi mtella’ minnha stess.

Dwar il-mod ta’ parteċipazzjoni ta’ rappreżentant tal-Alternattiva Demokratika fil-programm Xarabank, l-Awtorità qed tagħti struzzjonijiet lill-PBS Ltd sabiex jinstab mezz kif f’dak li jirrigwarda l-preżentazzjoni, Alternattiva Demokratika tingħata l-istess opportunità kif jingħataw rappreżentanti ta’ partiti oħra u dan minkejja li l-ħin allokat jibqa’ ma jinbidilx.

30 ta’ Jannar 2013


Favourite Channel - Crossroads - 8, 15, 2 22 ta' Jannar 2013

Deċiżjoni tal-Awtorità tax-Xandir dwar Akkuża fil-konfront ta’ Favourite Channel

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ Favourite Channel rigward l-edizzjonijiet tal-programm Crossroads tat-8, 15 u 22 ta’ Jannar, 2013, bi ksur ta’ Artiklu 3(4) tad-direttiva maħruġa mill-Awtorità tax-Xandir għal perjodu 7 ta’ Jannar sad-9 ta’ Marzu, 2013 meta f’dawn l-imsemmija programmi l-istazzjon naqas milli jkollu rappreżentanza tal-Alternattiva Demokratika.

L-Awtorità innutat li l-istazzjon naqas li jibgħat rappreżentant għas-smigħ tal-akkuża u kif ukoll ma kienx informa lill-istess dwar dan.

Is-Segretarju nforma lill-membri li l-istazzjon kien ircieva n-notifika tad-data tas-smigħ u saħansitra bagħat acknowledgment ta’ dan permezz ta’ e-mail.

In vista ta’ dan l-Awtorita` ddeċidiet li ai termini tal-Liġi din kellha tikkonsidra dan il-fatt bħala ammissjoni minn naħa tal-istazzjon u għalhekk kienet qed timponi l-multa relattiva ta’ €4,660 li kellha titħallas fi żmien xahar mid-data ta’ din in-notifika.

Illum 8 t’April, 2013

Din id-deċiżjoni ġiet temporanjament sospiża wara li Favourite Channel ressaq s-sottomissjonijiet tiegħu quddiem l-Awtorita`tax-Xandir.  Għaldaqstant, il-każ ser jerġa' jiġi kkunsidrat f'seduta li jmiss.

25 t'April 2013

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ Favourite Channel rigward l-edizzjonijiet tal-programm Crossroads tat-8, 15 u 22 ta’ Jannar, 2013, meta ma kienx hemm rappreżentanza tal-Alternattiva Demokratika bi ksur ta’ Artiklu 3(4) tad-Direttiva maħruġa mill-Awtorità tax-Xandir għal perjodu 7 ta’ Jannar sad-9 ta’ Marzu, 2013.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, lis-Sur Virgilio Pirrone u lis-Sur Dorian Cassar f’isem u in rappreżentanza tal-istazzjon, f’seduta li nżammet fis-7 ta’ Mejju, 2013.

Il-Kap Eżekuttiv qal li qabel inħarġet l-akkuża huwa kien ġibed l-attenzjoni tal-istazzjon li min naħa tiegħu ma kienx irrimedja s-sitwazzjoni. Żied li fiċ-ċirkostanzi kien interpreta dan l-aġir bħala disprezz lejn il-funzjoni tal-Awtorità.

Is-Sur Virgilio Pirrone ikkontenda li l-istazzjon kien wieħed indipendenti u qabel kienet komunikata l-akkuża l-preżentatur u l-produttur kien diġa’ ippjana edizzjoni tal-programm bil-parteċipazzjoni esklussiva ta’ rappreżentant tal-Alternattiva Demokratika.

Is-Sur Dorian Cassar qal li huwa ma kienx fehem li skont id-Direttiva, l-Alternattiva Demokratika kellha tkun mistiedna f’kull programm, madanakollu hekk kif kien notifikat bl-akkuża huwa ħa l-miżuri neċessarji biex jaderixxi pjenament mal-imsemmija Direttiva.

Żied li jekk wieħed kellu jikkalkula l-ħin li ingħatat lil Alternattiva Demokratika kien jirriżulta li Favourite Channel kien alloka aktar ħin minn stazzjonijiet oħra.

L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet iddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata, madanakollu peress li l-istazzjon irrimedja b’mod sodisfaċenti u immedjatament dan in-nuqqas qablet li kellha twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix tali ksur tad-Direttiva tagħha.

15 ta’ Mejju, 2013


 
PBS Ltd - News 
Deċiżjoni tal-Awtorità tax-Xandir dwar ilment mid-Deaf People Association tat-12 ta' Marzu 2013

L-Awtorità kellha quddiemha ilment mid-Deaf People Association datat 12 ta’ Marzu, 2013 fil-konfront ta’ PBS Ltd fejn ilmentat li fil-programmi ta’ PBS Ltd matul il-kampanja tal-Elezzjoni Ġenerali l-istazzjon ma xandarx aħbarijiet għal dawk neqsin mis-smigħ.

L-Awtorità semgħet lis-Sur Steve Mulvaney (President Deaf People Association) u Keith Callus assistiti mill-interpretu Ms Sharon Grech fil-preżenza ta’ Annmarie Callus rappreżentanta tal-KNPD bħala osservatur u kif ukoll lil Dr Natalino  Fenech, Editur u Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet u lis-Sur Reuben Zammit, Kap tal-Programmi tal-PBS Ltd f’laqgħa li nżammet fit-2 t’April, 2013.

Is-Sur Mulvaney minn naħa tiegħu ikkontenda li oriġinarjament l-ilment kien jirrigwarda l-programm Xarabank li sa ftit qabel l-elezzjoni dan kien jinkludi interpretazzjoni permezz tal-lingwa tas-sinjali, liema servizz kien ġie imwaqqaf ħesrem.  Żied li meta kkuntatjati dwar dan l-iżvilupp il-PBS Ltd. iddikjarat li din il-miżura kienet ittieħdet minħabba issues ta’ finanzi, u minkejja li l-istazzjon kien wiegħed li s-sitwazzjoni kienet ser tkun retifikata dan fil-fatt ma seħħx.

Is-Sur Mulvaney qal illi l-programm Xarabank kien wieħed segwit mill-membri tal-Assoċjazzjoni peress li kien jixxandar f’ġurnata fejn iċ-ċentru tal-Assoċjazzjoni jkun miftuħ u l-membri jkunu preżenti biex isegwuħ u għalhekk is-servizz marbut ma’ dan il-programm kien ta’ importanza u utilità kbira.  Żied li bħal kull ċittadin ieħor il-persuni neqsin mis-smigħ kellhom dritt li jingħataw aċċess għall-informazzjoni permezz ta’ bulettin tal-aħbarijiet speċjali, ippreżentat bil-lingwa tas-sinjali. 

Żied li xi drabi l-istazzjon kien ibiddel il-ħin tal-aħbarijiet skont l-esiġenzi tiegħu u dan mingħajr pre-avviż, liema aġir kien ta’ inkonvenjent kbir għall-membri li kienu jfittxu li jkollhom aċċess adekwat għall-informazzjoni.

Dr Natalino Fenech irrileva li dan il-każ ma kienx wieħed sempliċi u dan kemm minħabba raġunijiet finanzjarji u kif ukoll minħabba n-numru ristrett ta’ interpreti li kien qed ikun obbligat li jimpjega l-istazzjon.  Żied li dawn il-punti kienu ġew diskussi f’laqgħa li kienet saret mal-KNPD li minn naħa tagħha xtaqet li jiżdiedu l-programmi li jinkludu interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali.

Dr Natalino Fenech qal li l-introduzzjoni tas-sistema tat-ticker u l-iżvilupp fil-website kellhom jgħinu lil dawn il-persuni jaċċedu għall-informazzjoni.  In oltre issuġġerixxa li l-interpretu minflok ikun parti mill-produzzjoni tal-programm in kwistjoni, ikun preżenti fil-bini tal-Assoċjazzjoni waqt il-programm Xarabank.

Min naħa tiegħu s-Sur Mulvaney tenna illi mhux il-membri kollha kienu jattendu ċ-Ċentru u apparti hekk mhux il-membri kollha kienu jafu jaqraw.  Żied li l-preżenza ta’ interpretu fil-bini tal-Assoċjazzjoni ma kienx ikun effettiv peress li l-ambjent kien wieħed storbjuż.

Is-Sur Reuben Zammit qal li fil-fatt is-servizz tal-lingwa tas-sinjali abbinat mal-programm Xarabank kien waqaf f’Ġunju tal-2012.  Żied li minn dakinhar l-istruttura tal-istazzjon Education 22 kienet inbidlet u llum TVM2 huwa stazzjon kompletament differenti bl-identità u l-funzjoni tiegħu u għalhekk m’hemm l-ebda programm li jixxandar simultanjament fuq TVM u TVM2 kif kien jigri qabel fil-każ ta’ Xarabank meta kien għadu jxandar Education 22.

Is-Sur Zammit qal li rigward il-ħin tal-aħbarijiet kien normalment jinżamm u kien biss f’ċirkostanzi straordinarji bħal fil-każ ta’ xandiriet live li l-istazzjon kien jaddotta xi tibdil. 

Ms Annmarie Callus għalkemm fil-veste ta’ osservatur irrimarkat li l-liġi “Opportunitajiet Indaqs” kienet tagħmel referenza għal reasonable accommodation u in vista ta’ dan stazzjon ma setax ma jipprovdix aċċess a bażi tal-fatt li l-udjenza kienet magħmulha minn numru limitat ta’ persuni.

Mistoqsi mis-sedja x’kienet qed titlob l-Assoċjazzjoni, s-Sur Mulvaney qal li l-Assoċjazzjoni xtaqet li jkun provdut servizz tal-lingwa tas-sinjali fl-aħbarijiet, fil-programm Xarabank u fid-diskors tal-budget.

L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u tal-punti relevati mill-membri qablet li filwaqt li tapprezza t-talba tal-Assoċjazzjoni tal-Persuni Neqsin mis-Smigħ, hija ma setgħetx timponi aktar minn dak li tipprovdi l-Liġi dwar ix-Xandir.  L-Awtorita` qieset dak li tgħid il-Liġi Sussidjara 350.32 – Kriterji tal-Għażla ta’ Servizzi tat-Televiżjoni b’Oġġettivi ta’ Interess Ġenerali u partikolarment dak li jgħid Paragrafu 5 jiġifieri li “Servizz ġeneralist televiżiv b’oġġettiv ta’ nteress ġenerali għandu jxandar mill-inqas 30 minuta ta’ programmi fil-ġimgħa li jkun aċċessibli għall-persuni li għandhom diżabiltà ta’ smigħ”.  Ġie kkonfermat li l-istazzjon PBS Ltd li dwaru sar l-ilment kien qiegħed jaderixxi ma’ dan l-obbligu skont il-liġi u għalhekk l-ilment tal-Assoċjazzjoni imressaq quddiem l-Awtorità ma setgħax jiġi milqugħ. Madankollu l-Awtorità ħasset li kellha tinkoraġġixxi lill-istazzjon tax-xandir pubbliku li jkompli jagħmel l-isforzi kollha tiegħu biex persuni neqsin mis-smigħ ikollhom l-aħjar servizz possibbli.

Illum 8 ta’ April, 2013


RTK - Ġita mal-Brittania Tours - 8 ta’ Marzu, 2013 

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ RTK dwar il-programm Ġita mal-Brittania Tours tat-8 ta’ Marzu, 2013 u Ksur ta’ Paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir meta fl-imsemmi programm ma saritx distinzjoni ċara bejn l-element reklamatorju u l-kontenut.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, lil Fr John Avellino, Chairman ta’ RTK u lil Ms Sylvana Magro, Marketing Manager tal-istazzjon, f’laqgħa li nżammet fis-7 ta’ Mejju, 2013.

Fr Avellino filwaqt li ammetta n-nuqqas tal-istazzjon irrileva li huwa kien ħa azzjoni immedjata kemm biex jissestitizza lill-preżentatriċi u kif ukoll sabiex tali nuqqas ma jerġax javvera ruħu.

L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet inkluż l-ammissjoni min naħa tal-istazzjon iddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur qablet li kellha twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix tali nuqqas.

15 ta’ Mejju, 2013


 
Medialink Communications Ltd - NET News -9 ta’ Marzu, 2013
Deċiżjoni tal-Awtorità tax-Xandir dwar Akkuża fil-konfront ta’ NET TV

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ Medialink Communications Ltd dwar NET News tas-Sibt 9 ta’ Marzu, 2013 waqt jum il-Votazzjoni tal-Elezzjonijiet Ġenerali, fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Artiklu 15 tal-Att Dwar ix-Xandir meta l-istazzjon naqas li josserva Direttiva maħruġa mill-Awtorità għall-perjodu bejn is-7 ta’ Jannar u d-9 ta’ Marzu, 2013 meta proprju fil-Jum tal-Votazzjoni NET News kien jinkludi servizz dwar dak li kien qed jiġi rrappurtat fil-media internazzjonali dwar l-Elezzjoni Ġenerali f’Malta.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, lis-Sur Nathaniel Attard, Kap tal-Aħbarijiet ta’ NET TV u lil Dr Paul Borg Olivier, Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista. f’laqgħa li nżammet fid-9 t’April, 2013.

Is-Sur Nataniel Attard qal li l-istazzjon ħass li kellu jxandar dak li kienu qed jiġi rappurtat fil-media barranija b’konnessjoni mal-Elezzjonijiet Ġenerali f’Malta. 

Dr Paul Borg Olivier qal li ma kienx minnhu li l-aħbar kienet b’xi mod qiegħda hemm biex tinfluwenza lill-votant.  Żied li l-parti tat-test tar-rapport li kienet tirreferi għall-fatt li Dr Joseph Muscat kien bidel il-pożizzjoni oriġinali tiegħu dwar l-Unjoni Ewropeja kien fil-fehma tiegħu pożittiv. 

Dr Borg Olivier ikkontenda li l-ħsieb wara l-aħbar kien li jintwera kif siti Internazzjonali kienu qed jirrappurtaw l-Elezzjoni, kemm din kienet ġibdet interess u kemm kienet qed tingħata importanza u mhux li tinfluwenza l-elettorat.

F’dan l-istadju l-Kap Eżekuttiv qara l-provedimenti relattivi tad-Direttiva speċifikament klawsuli 5(6)(iv) u (v) li jaqraw:

(iv) L-istazzjonijiet ma jistgħux ixandru jew jirreplikaw aħbarijiet/stqarrijiet li jkunu qed jidhru fuq siti elettroniċi li fin-natura tagħhom jitqiesu li jiksru l-provedimenti marbuta mal-ġranet tas-silenzju.

v) L-istazzjonijiet ma jistgħu jwasslu l-ebda messaġġ li jista’ jwassal biex jinfluwenzaw il-votant.

Barra minn hekk m’għandhomx lanqas iħeġġu lin-nies biex imorru jivvutaw jew biex ma jmorrux jivvutaw.  

F’dan l-istadju, ir-rapprezentanti tal-istazzjon irtiraw mis-seduta u l-Kap Eżekuttiv eżenta ruħu mill-parteċipazzjoni fid-diskussjoni dwar dan il-każ.

L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u wara li rat id-Direttiva qablet li ma kienx hemm dubju li d-direttiva, li ma  jiġux imxandra jew replikati aħbarijiet/stqarrijiet li jkunu qed jidhru fuq siti elettroniċi li fin-natura tagħhom jitqiesu li jiksru l-provedimenti marbuta mal-ġranet tas-silenzju, kienet ġiet miksura.  Il-ħin li fiħ ġiet trasmessa din l-aħbar kien wieħed sensittiv f’kull elezzjoni u l-Awtorità dejjem tagħti attenzjoni speċjali għal dak li jiġi mxandar speċjalment f’dawk il-ħinijiet tal-jum tal-votazzjoni.

Għaldaqstant, l-Awtorità sabet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata u ddeċidiet li timponi l-penali relattiva ta’ erbat elef sitt mija u sittin Ewro (€4,660), madanakollu, stante  li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur, b’konformità ma’ deċizjonijiet simili waqt elezzjonijiet preċedenti, l-Awtorità ddeċidiet li tissospendi d-deċiżjoni tagħha għal perjodu ta’ tletin xahar.

Illum 15 t’April, 2013 


Net TV - Net News - 23 u 29 ta' Marzu 2013

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ NET TV  dwar l-edizzjoni ta’ NET News tat-23 u d-29 ta’ Marzu 2013, fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Paragrafu 11 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir meta l-istazzjon xandar reklamar meta l-imsemmija bulettini kienu iqsar minn 30 minuta.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, lil Ms Lousielle Vassallo, Media Manager u lill Antoine Borg, Kontrollur Finanzjarzju ta’ Media Link Communications, f’laqgħa li nżammet fit-23 ta’ April, 2013. 

Ms Vassallo ikkontendiet li normalment u kif jista’ jiġi verifikat bulettini tal-aħbarijiet fuq NET TV dejjem jeċċedu t-30 minuta.  Żiedet li fil-każ tal-bulettin tad-29 ta’ Marzu, 2013 li inċidentalment kienet taħbat il-Ġimgħa l-Kbira, l-kamra tal-aħbarijiet kellha diffikulta biex twassal 30 minuta ta’ informazzjoni. Apparti dan ir-reklamar in kwistjoni kien jikkonċerna attività kummerċjali interna (Eurotours).  Żiedet li dwar il-bulettin tat-23 ta’ Marzu ma setgħetx tifhem kif l-uffiċjali responsabbli ddeċidew li jeliminaw aħbarijiet biex b’hekk tnaqqas il-kontenut u konsegwenza ta’ dan il-ħin tal-bulettin.

L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet inkluż l-ammissjoni min naħa tal-istazzjon u iddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur qablet li kellha twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix tali nuqqas. 

Illum 3 ta’ Mejju, 2013


TVM - Ħadd Għalik - 24 u 31 ta' Marzu 2013 

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront tal-istazzjon TVM dwar l-edizzjonijiet tal-programm Ħadd Għalik li xxandru fl-24 u l-31 ta’ Marzu, 2013 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Artiklu 16M(3)(c) tal-Att Dwar ix-Xandir meta waqt il-kompetizzjoni sponsorjata minn Pizza by Luca ingħataw dettalji u saru kummenti li kien jidher li jmorru kontra l-provedimenti dwar product placement.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv kif ukoll lis-Sur Mario Micallef u lil Ms Christine Fells f’isem u in rappreżentanza tal-istazzjon u lil Ms Angie Laus għan-nom tal-produtturi, f’laqgħa li nżammet fit-23 t’April, 2013.

Minn naħa tiegħu is-Sur Mario Micallef qal li l-kunċett ta’ ‘undue prominence’ rifless fil-liġi u kif ukoll fid-direttiva tal-Unjoni Ewropea kienu suġġettivi u minkejja li l-isponsor kien avżat minn qabel dwar x’seta’ u x’ma setax isir u jingħad waqt l-imsemmija rokna, sfortunatament saru kummenti li wasslu għall-problemi riflessi fl-akkuża.  Żied li meta l-istazzjon ġie notifikat bl-akkuża l-isponsor twaqqaf milli jgħaddi kwalsiasi kumment waqt l-imsemmija rokna.

L-Awtorità wara li  ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet inkluż li l-fatti marbuta mal-akkuża ma ġewx kontestati, iddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata u peress li din ma kienitx l-ewwel darba li avvera ruħu dan il-ksur qablet li timponi l-penali relattiva ta’ elfejn tliet mija u tletin ewro (€2,330), liema penali ġiet sospiża għal sitt xhur.

Illum 3 ta’ Mejju, 2013 


 
TVM - TVM News - 27, 30, 31 ta’ Marzu, 2, 3 u 4 t’April, 2013

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM  dwar l-aħbarijiet ta’ TVM tas-27, 30, 31 ta’ Marzu, 2, 3 u 4 t’April, 2013, fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Paragrafu 11 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir meta l-istazzjon xandar waqfiet għar-reklami minkejja li l-bulettini tal-aħbarijiet imsemmija kienu iqsar minn 30 minuta.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u lil Dr Natalino Fenech, Editur u Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet tal-PBS Ltd, f’seduta li nżammet fit-23 t’April, 2013 li min naħa tiegħu filwaqt li ċċita statistika li kienet tindika li normalment il-bulettini tal-aħbarijiet ta’ TVM jeċċedu t-30 minuta, ikkontenda li huwa kien jippreferi bulettini tal-aħbarijiet qosra minn bulettini imġebda mingħajr ħtieġa.  Żied li wara li rċieva n-notifika tal-ksur, ta struzzjonijiet sabiex fin-nuqqas ta’ kontenut adegwat jiżdiedu items mix-xena internazzjonali.

L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet inkluż li l-fatti marbutin mal-akkuża ma ġewx ikkontestati u ddeċidiet li l-akkuża ġiet ippruvata, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur qablet li kellha twiddeb lill-istess sabiex ma jirrepetix tali nuqqas. 

Illum 3 ta’ Meju,  2013


ONE - Clint on ONE - 30 ta’ Marzu, 2013

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE rigward il-programm Clint on ONE tat-30 ta’ Marzu, 2013 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Paragrafu 6.1 tal-Ħtiġijiet dwar ir-Reklami, Metodi ta’ Reklamar u Direttivi dwar Reklamar, Sponsorships u Teleshopping ta’ Xorb Alkoħoliku meta fit-12.37p.m. l-istazzjon xandar reklam ta’ Tex Mex li kien jinkludi promozzjoni għal cocktails (two for one) kuljum bejn it-3.00pm. u s-7.00pm.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u lil Ms Ruth Vella, Senior Manager Broadcasting ta’ ONE Productions, f’laqgħa li nżammet fis-7 ta’ Mejju, 2013. Minn naħa tagħha Ms Vella ikkontendiet li r-riferenza għall-cocktails ma kienitx tinkludi l-ebda indikazzjoni li dawn kienu xarbiet b’kontenut alkoħoliku.

Żiedet li hekk kif waslet l-akkuża l-istazzjon ħa l-miżuri neċessarji sabiex ir-reklam jitwaqqaf.

L-Awtorita` ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet.  Hija kienet tal fehma li għalkemm ġie stabbilit li fir-reklam ma jissemmix l-alkoħol, it-telespettatur kien jasal għall-konklużjoni li r-riferenza għall-‘cocktails’ kienet qed tirreferi għal xarba alkoħolika. Għalhekk ma kienx hemm dubju li kien hemm ksur ta’ Paragrafu 6.1 tal-Ħtiġijiet dwar ir-Reklami, Metodi ta’ Reklamar u Direttivi dwar Reklamar, Sponsorships u Teleshopping ta’ Xorb Alkoħoliku. In vista tal-fatt li l-istazzjon ħa miżuri immedjati biex jirrimedja n-nuqqas u in oltre peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur qablet li kellha twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix tali nuqqas.

15 ta’ Mejju, 2013


 
ONE - ONE News - 31 ta' Marzu 2013

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE  dwar ONE News tal-31 ta’ Marzu, 2013, fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Paragrafu 11 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir meta l-istazzjon xandar waqfiet għar-reklami minkejja li l-bulettini tal-aħbarijiet imsemmi kien iqsar minn 30 minuta.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u lil Ms Ruth Vella, Senior Manager Broadcasting ta’ ONE Productions, f’laqgħa li nżammet fit-23 t’April, 2013, li minn naħa tagħha ikkontendiet li f’dn il-ġurnata partikolari, u ċjoe’ l-Għid il-Kbir in-numru ta’ avvenimenti kien limitat u in oltre wara l-Elezzjoni Ġenerali kien hemm tibdil fil-kontenut tal-aħbarijiet li rriżulta wkoll fit-tnaqqis tal-ħin. Żiedet li madanakollu kienu qed jittieħdu miżuri sabiex is-sitwazzjoni tiġi rettifikata u jkunu eleminitati nuqqasijiet ta’ dan it-tip.

L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet inkluż li l-fatti marbutin mal-akkuża ma ġewx ikkontestati u ddeċidiet li l-akkuża ġiet ippruvata, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ ksur qablet li kellha twiddeb lill-istess sabiex ma jirrepetix tali nuqqas. 

Illum 3 ta’ Mejju, 2013 


ONE - Liquorish - 1 t' April 2013

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront tal-programm Liquorish li xxandar fl-1 t’April, 2013 fejn ġie allegat li kien hemm ksur tal-provvedimenti dwar tqegħid ta’ prodott u ċioe Artiklu 16M (3)(c) tal-Att dwar ix-Xandir meta waqt il-programm deher b’mod prominenti it-toothpaste tad-ditta Sensodyne u kif ukoll sar iffukar fuq il-prodott Panadol  li wassal għal prominenza żejda.

L-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv u lil Ms Ruth Vella li dehret f’isem u in rappreżentanza tal-istazzjon u lill-produttur tal-programm is-Sur Warren Brimmer, f’laqgħa li nżammet fit-23 t’April, 2013.

Is-Sur Brimmer ikkontenda li l-aspett ta’ prominenza żejda kien wieħed suġġettiv għall-aħħar u li l-Awtorità b’din l-akkuża kienet qed tonqos milli tieħu konjizzjoni tal-kuntest u l-isforz li jsir mill-produzzjoni sabiex jittella’ programm ta’ dan it-tip.  Żied li apparti dan wieħed kellu jżomm f’moħħu l-kompetizzjoni qalila għar-reklamar u sponsorship.

Iċ-Chairman qal li l-Awtorità kienet tifhem u tapprezza il-ħidma tal-produzzjoni inluż l-investiment meħtieġ biex dan ikun ta’ kwalità għolja, madanakollu kienet il-funzjoni tagħha li tara li l-istazzjonijiet isegwu l-liġijiet viġenti aktar u aktar meta din l-istess funzjoni kienet qed tkun skrutinizzata mill-Kummissjoni Ewropea kif rifless f’rapport li kien għadu kemm ġie ippublikat.

L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet inkluż li l-fatti marbuta mal-akkuża ma ġewx kontestati iddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata u peress li din ma kienitx l-ewwel darba li avvera ruħu dan il-ksur qablet li timponi l-penali relattiva ta’ elfejn tliet mija u tletin ewro (€2,330), liema penali kellha tkun sospiża għal sitt xhur.

Illum 3 ta’ Mejju, 2013


Net TV - Net News - 6 t'April 2013

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ NET TV  dwar l-edizzjoni ta’ NET News tas-Sibt 6 t’April, 2013, fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir meta l-istazzjon xandar aħbar li kienet tinkludi intervista mas-Sur John Busuttil, Marketing Executive tal-aġenzija tal-ivjaġġar Eurotours dwar vjaġġi li kienet qed toffri l-istess kumpanija għax-xhur tas-Sajf, li skont l-akkuża kien jikkostitwixxi nuqqas ta’ separazzjoni bejn il-kontenut informattiv u dak reklamatorju.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, lil Ms Lousielle Vassallo, Media Manager u lill Antoine Borg, Kontrollur Finanzjarzju ta’ Media Link Communications, f’laqgħa li nżammet fit-23 t’April, 2013, li min naħa tiegħu ikkontenda li wieħed irid jara din l-aħbar fil-kuntest ta’ aħbarijiet pjuttost negattivi dwar l-operat tal-kumpaija. Żied li għalhekk din l-aħbar kienet intiża li tibgħat messaġġ politiku u ċjoe’ li l-attività kummerċjali tal-kumpanija kienet għadha għaddejja.

L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet inkluż l-ammissjoni min naħa tal-istazzjon iddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur qablet li kellha twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix tali nuqqas. 

Illum 3 ta’ Mejju, 2013


ONE - Kalamita - 9 t’April, 2013

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE rigward il-programm Kalamita tad-9 t’April, 2013 fejn ġie allegat li bejn it-3p.m. u l-4.00p.m. l-istazzjon xandar total ta’ 15-il minuta u 39-il sekonda ta’ reklamar bi ksur ta’ Paragrafu 15 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u lil Ms Ruth Vella, Senior Manager Broadcasting ta’ ONE Productions, f’laqgħa li nżammet fis-7 ta’ Mejju, 2013. Minn naħa tagħha Ms Vella filwaqt li ammettiet l-akkuża spjegat li f’dan il-programm ikun hemm istanzi meta jkun hemm ċaqlieq ta’ items li jaffettwaw negattivament l-iskeda ta’ reklamar fil-programm li jmorru oltre l-ħin tal-"clock hour". In oltre kkonfermat li qed isir kull sforz mal-produttur biex jottempera ruħu mar-regolamenti.

L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet inkluż l-ammissjoni min naħa tal-istazzjon u l-fatt li dan il-programm instab ħati drabi oħra ta’ tali ksur iddeċidiet li timponi l-penali relattiva ta’ €1,160, liema penali kellha titħallas fi żmien xahar mid-data tan-notifika.

15 ta’ Mejju, 2013


 
TVM - News - 29 ta' Marzu u 11 t'April, 2013

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar l-aħbarijiet ta’ TVM tad-29 ta’ Marzu, u l-11 t’April, 2013, fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Paragrafu 4.4.1 tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika dwar is-Sehem ta’ Ħarsien Xieraq fil-Mezzi tax-Xandir meta waqt servizz dwar żewġ Somali li tressqu l-qorti akkużati b’allegat stupru fuq tfajla Taljana l-istazzjon xandar filmat li kien jinkludi close-up ta’ wieħed mis-Somali eskortat fuq siġġu tar-roti ħiereġ mill-bini tal-qorti filwaqt li kien qed jgħolli ma’ wiċċu l-borża tal-“catheter” bil-likwidu isfar ġo fiha.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv kif ukoll lis-Sur Reno Bugeja, Editur u Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet tal-PBS Ltd li kien assistit mill-Avukat Mark Vassallo, f’seduta li nżammet fl-4 ta’ Ġunju, 2013.

L-Avukat Vassallo fis-sottomissjonijiet tiegħu ikkontenda illi li kieku wieħed kellu jikkonsidra mill-ġdid ix-xandir tal-filmat in kwistjoni wieħed kien jasal għall-konklużjoni li din il-parti setgħet tħalliet barra. 

Żied li madanakollu kien jidher li l-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.15 ċitata fl-akkuża ma kienitx tkopri ċ-ċirkostanzi tal-każ in eżami u dan peress li l-istess leġislazzjoni speċifikament f’paragrafu 2.2, kienet tidentifika b’mod espliċitu l-persuni bi bżonn ta’ ħarsien xieraq li għalihom din kellha tapplika, u li f’dan il-kuntest iċ-ċirkostanzi tal-każ in eżami ma kienux jaqgħu fil-parametri tal-liġi. 

Minn naħa tiegħu s-Sur Reno Bugeja sostna li meta xandar dan il-filmat l-istazzjon ma kellu l-ebda intenzjoni li b’xi mod jiddegrada l-persuna in kwistjoni.

Għalhekk wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u wara li kienet rat il-parti tal-filmat relattiv, qablet li din is-silta kienet oġġezzjonabbli u ma kien jintilef xejn mill-valur tal-aħbar li kieku l-istazzjon iddeċieda li jħalli din is-silta barra.

L-Awtorita ikkostatat ukoll li paragrafu 2.2 tal-imsemmija Leġislazzjoni Sussidjarja citat minn Dr Vassallo kien fil-fatt jinkludi każijiet bħal dawn għaliex il-liġi ssemmi ġeneri differenti ta’ nies u tinkludi l-kliem “fost oħrajn”. Il-fatt li l-persuna tressqet b’arrest quddiem il-qorti u kienet għadha ma nstabitx ħatja twassal biex tali persuna titqies, ai termini tal-liġi, bħala persuna vulnerabbli, aktar u aktar meta f’dan il-każ wieħed iqis il-kundizzjoni li fiha tressqet il-qorti.  Kif irriteniet f’diversi każijiet oħra, l-Awtorita ma’ kellha l-ebda ħsieb li b’xi mod tinpinġi fuq l-għażla ta’ l-istorja. Madankollu bħala regolatur tax-xandir tħoss li għandha d-dmir li tieħu azzjoni meta fil-fehma tagħha viżwal jinħass li ma jkunx addattat. F’dan il-każ, l-istazzjon stess ammetta  li kien ikun aktar għaqli li l-parti tal-filmat in kwistjoni kienet titħalla barra. 

In vista ta’ dawn il-konsiderazzjonijiet l-Awtorità iddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur qablet li kellha twiddeb lill-istess sabiex ma jirrepetix tali nuqqas. 

Illum 5 ta’ Ġunju, 2013 


 

RTK - Għalina Lkoll - 14 t'April, 2013

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ RTK dwar il-programm Għalina Lkoll tal-15 t’April, 2013 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Paragrafu 2.1 tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika dwar il-Prezz ta’ Telefonati u SMSs fil-Mezzi tax-Xandir meta l-istazzjon naqas milli jxandar il-prezz tal-SMSs kif obbligat bil-liġi.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, lil Fr John Avellino, Chairman ta’ RTK u lil Ms Sylvana Magro, Marketing Manager tal-istazzjon, f’laqgħa li nżammet fis-7 ta’ Mejju, 2013.

Minn naħa tiegħu Fr John Avellino filwaqt li kkonferma n-nuqqas minn naħa tal-istazzjon irrileva li d-direzzjoni tal-istazzjon kienet minn dejjem impenjata sabiex il-liġijiet u regolamenti tax-xandir jiġu osservati bl-aktar mod rigoruż u sħiħ. Żied li dwar dan in-nuqqas kienet inħarġet twiddiba mill-preżentatriċi konċernata u ttieħdu l-miżuri u ingħataw struzzjonijiet sabiex jitwaħħlu avviżi fl-istudio bil-għan li dan in-nuqqas ma jerġax jiġi ripetut.

L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet inkluż l-ammissjoni min naħa tal-istazzjon iddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur qablet li kellha twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix tali nuqqas.

15 ta' Mejju 2013


ONE - Arani Issa - 21 t'April, 2013

Akkuża tal-Kap Eżekuttiv datata 21 ta’ Mejju, 2013 rigward il-programm  Arani Issa tal-21 t’April, 2013,

Din l-akkuża ġiet ammessa permezz ta’ email datata 3 ta’ Ġunju, 2013.  In vista ta’ din l-ammissjoni, u ai termini tal-liġi, l-Awtorità qed timponi il-penali relattiva ta’ €930 kontra l-istazzjon, liema penali għandha titħallas fi żmien 30 jum mid-data ta’ din in-notifika.  

5 ta' Ġunju 2013


ONE - Kalamita - 23 t'April, 2013

Akkuża tal-Kap Eżekuttiv datata 21 ta’ Mejju, 2013 rigward il-programm  Arani Issa tal-21 t’April, 2013,

Din l-akkuża ġiet ammessa permezz ta’ email datata 3 ta’ Ġunju, 2013.  In vista ta’ din l-ammissjoni, u ai termini tal-liġi, l-Awtorità qed timponi il-penali relattiva ta’ €930 kontra l-istazzjon, liema penali għandha titħallas fi żmien 30 jum mid-data ta’ din in-notifika.  

5 ta' Ġunju 2013


ONE - 12, 14, 21, 23 u 25 t’April, 2013 

Akkuża tal-Kap Eżekuttiv datata 21 ta’ Mejju, 2013 rigward il-programm  Arani Issa tal-21 t’April, 2013,

Din l-akkuża ġiet ammessa permezz ta’ email datata 3 ta’ Ġunju, 2013.  In vista ta’ din l-ammissjoni, u ai termini tal-liġi, l-Awtorità qed timponi il-penali relattiva ta’ €930 kontra l-istazzjon, liema penali għandha titħallas fi żmien 30 jum mid-data ta’ din in-notifika.  

5 ta' Ġunju 2013 


Favourite Channel - Sfera -  10 ta' Mejju, 2013

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ Favourite Channel rigward il-programm Sfera li xxandar fl-10 ta’ Mejju,  2013 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir meta waqt rokna dwar il-valuri taż-żgħażagħ kien intervistat Christian Ellul Vincenti sid ta’ intrapriża ġdida bl-isem ta’ Dudu, li waqt l-istess intervista għamel kummenti meqjusa reklamatorji b’hekk li rriżultat f’nuqqas ta’ separazzjoni bejn il-kontenut informattiv u dak reklamatorju.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, kif ukoll lis-Sur Gilio Pirrone, f’isem u in rappreżentanza tal-istazzjon u kif ukoll lis-Sur Kevin Mercieca bħala produttur, f’seduta li nżammet fid-9 ta’ Lulju, 2013.

Min-naħa tiegħu s-Sur Mercieca qal li din ir-rokna fil-progarmm hija intiża li tippromwovi u tintroduċi lit-telespettaturi ma’ talent lokali.  Żied li l-istess rokna hija informattiva u bl-ebda mod ma kienet l-intenzjoni tal-produzzjoni li jsir gwadann finanzjarju a bażi ta’ kontenut reklamatorju.

L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u rat il-filmat relattiv, qablet li, minkejja li l-intervista dwar mezz ta’ transport ġdid kienet ta’ interess għat-telespettaturi, dan kien każ ċar fejn in-nuqqas ta’ esperjenza tal-preżentatur waslet sabiex il-mistieden jagħmel gwadann promozzjonali.  In vista ta’ dan, l-Awtorità kienet tal-fehma li fiċ-ċirkostanzi tal-każ ma kellhiex issib l-istazzjon ħati tal-imsemmi ksur u għaldaqstant ma kellhiex tipproċedi ulterjoralment kontra l-istess. Madanakollu l-Awtorità iddiriġiet li kellha tinġibed l-attenzjon tal-istazzjon għall-ħtieġa li l-produtturi u l-preżentaturi tal-programmi kellhom ikunu a konjizzjoni tar-regoli u l-liġijiet viġenti, sabiex jagħrfu jikkontrollaw aħjar il-komportament tal-mistiedna fil-programmi.

15 ta’ Lulju, 2013


 
TVM - Gadgets - 11 ta' Mejju, 2013

Akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar il-programm Gadgets tal-11 ta’ Mejju, 2013

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM  dwar il-programm Gadgets  tal-11 ta’ Mejju, 2013 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Artiklu 16K(a) tal-Att dwar ix-Xandir meta waqt dan il-programm l-istazzjon xandar servizzi relatati mal-Canon Selphy Printer, liema servizzi fl-assjem tagħhom kienu meqjusa bħala reklamar b’ħabi.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, kif ukoll lis-Sur Mario Micallef, f’isem u in rappreżentanza tal-istazzjon u kif ukoll lil Ms Martina Zammit f’isem il-produzzjoni, li minn naħa tagħha ikkontendiet li hekk kif isir b’oġġetti oħra, il-produzzjoni ipprovidiet informazzjoni lit-telespettaturi dwar kif jaħdem dan il-printer in kwistjoni, u preżentat kemm l-aspetti pożittivi u kif ukoll dawk negattivi tiegħu.

Is-Sur Mario Micallef min naħa tiegħu qal li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon kien qed ikun akkużat bi ksur tal-liġi f’din is-sensiela ta’ programmi.

L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u rat il-filmat relattiv iddeċidiet li l-fatt li l-programm kien jinkludi mhux inqas minn tlett servizzi dwar dan il-printer u ċjoe’: (i) servizz dwar il-Canon Selphy Printer; (ii) feature ta’ Gadgettina li fih Martina Zammit uriet kif tista’ permezz ta’ dan il-printer toħroġ cover għal-mobile; (iii) rokna li fiha l-preżentatur beda jqassam ritratti li ħareġ mill-istess printer waqt attività tad-drifting, u kien jitqies eċċessiv u kien imur lil hinn mill-element informattiv.  In vista ta’ dan l-Awtorità qablet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur kienet qed twiddeb lill-istess biex ma jirrepetix tali nuqqas.

Illum 1 ta’ Lulju, 2013


 
TVM - Tex-Mex - 19 ta' Mejju, 2013

Akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar ir-reklam ta’ Tex-Mex li xxandar fid-19 ta’ Mejju, 2013

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar reklamar tat-Tex Mex li xxandar fid-19 ta’ Mejju, 2013 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ paragrafu 6.1 tal-Ħtiġijiet dwar ir-Reklami, Metodi ta’ Reklamar u Direttivi dwar Reklamar, Sponsorships u Teleshopping ta’ Xorb Alkoħoliku, meta waqt l-istess reklam l-istazzjon xandar promozzjoni għal cocktails (two for one) kuljum bejn it-3p.m. u s-7.00p.m.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u kif ukoll lis-Sur Mario Micallef f’isem u in rappreżentanza tal-istazzjon, f’seduta li nżammet fil-25 ta’ Ġunju, 2013, li min naħa tiegħu filwaqt li ammetta l-akkuża ddikjara li dan kien żball tal-istazzjon, liema żball kien riżultat tal-fatt li l-proċeduri interni  imħaddma mill-istess stazzjon sabiex jipprevjenu tali nuqqasijiet ma ħadmux b’mod effettiv.

Wara li kien ħareġ mill-kamra s-Sur Micallef, il-Kap Eżekuttiv indirizza lill-membri u qal illi għall-finijiet ta’ korrettezza kien qiegħed jirrileva difett fl-akkuża fis-sens li id-data indikata fl-istess akkuża kien żbaljat.  Żied li fil-fatt ir-reklam kien ixxandar fl-20 ta’ Mejju u mhux 19 ta’ Mejju, 2013.

L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partjjiet b’mod partikolari id-dikjarazzjoni tal-Kap Eżekuttiv iddeċidiet li minħabba li kien hemm żball fl-akkuża kif maħruġa l-Awtorità ma kellhiex tipproċedi ulterjoralment kontra l-istazzjon.

Illum 1 ta’ Lulju, 2013


TVM - Ħadd Għalik - 19 ta' Mejju, 2013

Akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar ir-Programm Ħadd Għalik li xxandar fid-19 ta’ Mejju, 2013

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM  dwar il-programm Ħadd Għalik li xxandar fid-19 ta’ Mejju, 2013 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ paragrafu 6.1 tal-Ħtiġijiet dwar ir-Reklami, Metodi ta’ Reklamar u Direttivi dwar Reklamar, Sponsorships u Teleshopping ta’ Xorb Alkoħoliku meta l-istazzjon xandar reklam ta’ Tex-Mex li kien jinkludi promozzjoni għal cocktails (two for one) kuljum bejn it-3p.m. u s-7.00p.m.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u kif ukoll lis-Sur Mario Mario f’isem u in rappreżentanza tal-istazzjon, f’seduta li nżammet fil-25 ta’ Ġunju, 2013, li min naħa tiegħu filwaqt li ammetta l-akkuża ddikjara li dan kien żball tal-istazzjon, liema żball kien riżultat tal-fatt li l-proċeduri interni mħaddma mill-istess stazzjon sabiex jipprevjenu tali nuqqasijiet ma ħadmux b’mod effettiv.

L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjoni tal-partijiet inkluż l-ammissjoni minn naħa tal-istazzjon.  L-Awtorità tqies dan in-nuqqas wieħed ta’ gravità minħabba li l-liġi tipprojbixxi kull reklamar li jħajjar lit-telespettatur għal konsum akbar ta’ alkoħol u l-fatt li dan ir-reklam intwera f’ħin li jkunu qed isegwu l-progamm anke telespettaturi ta’ età vulnerabbli.  Ma kienx hemm dubju  li l-akkuża kienet ġiet ippruvata u stante il-gravità tal-każ u l-fatt li din ma kienitx l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ ksur dwar il-provvedimenti tal-liġi tax-xandir f’dan il-progamm, iddeċidiet li timponi l-penali relattiva ta’ €1,160 liema penali kellha titħallas fi żmien xahar mid-data tan-notifika.

In oltre l-Awtorità iddiriġiet lill-istazzjon jieħu l-miżuri neċessarji sabiex tali nuqqas ma jiġix ripetut.


Illum 1 ta’ Lulju, 2013


 
TVM - Xandira tal-Prim Ministru - 17 ta' Ġunju, 2013

Deċiżjoni dwar l-Ilment mill-Partit Nazzjonalista rigward Xandira tal-Prim Ministru qabel l-Aħbarijiet tat-8.00p.m. fuq TVM tas-17 ta’ Ġunju, 2013 

L-Awtorità kellha quddiemha ilment mill-Partit Nazzjonalista datat 2 ta’ Lulju 2013 rigward xandira lin-Nazzjon mill-Prim Ministru, Dr Joseph Muscat, f’għeluq l-ewwel mitt jum tal-leġislatura l-ġdida li xxandret fis-17 ta’ Ġunju, 2013 qabel l-aħbarijiet tat-8.00p.m.

L-Awtorità semgħet lil Dr Karol Aquilina f’isem u in rappreżentanza tal-Partit Nazzjonalista fil-preżenza ta’ Dr Chris Said, Segretarju Ġenerali, u s-Sur David Herrera, Direttur tal-Informazzjoni, u lil Dr Mark Vassallo f’isem u in rappreżentanza ta’ PBS Ltd u lis-Sur Reno Bugeja, Editur u Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet ta’ PBS Ltd f’laqgħa li nżammet fid-9 ta’ Lulju, 2013.

Dr Karol Aquilina kkontenda li skont il-Partit Nazzjonalista din kienet produzzjoni politika aktar milli xandira lin-Nazzjon u dan mhux biss minħabba l-istil li kien differenti minn dak li wieħed kien imdorri bih f’dan it-tip ta’ xandiriet iżda wkoll minħabba l-messaġġ li kien jitratta materja ta’ natura kontroversjali u għalhekk ma kienx jimmerita li jkun inkluż f’xandira ta’ din in-natura. Żied li l-kontenut tal-messaġġ ma kienx fattwali u għaldaqstant iwassal għal interpretazzjoni differenti fuq livell politiku.

Dr Aquilina qal li l-kontenut kien jitqies propaganda politika u l-Partit Nazzjonalista kellu pożizzjoni ċara dwar l-argumenti trattati u għaldaqstant dan kien jimmerita l-opportunità li jwieġeb.   

Żied li skont il-linji gwida maħruġa mill-Awtorità fl-1992 dwar Xandiriet Ministerjali dawn it-tip ta’ messaġġi kellhom ikunu fattwali u mhux politiċi u għalhekk il-Partit Nazzjonalista kien qed joġġezzjona u jitlob rimedju effettiv u dan ifisser li jingħata l-istess tul ta’ ħin, fl-istess ħin tat-trasmissjoni u fi żmien meta tkun tista’ tintlaħaq l-istess kobor ta’ udjenza u dan skont il-liġi sabiex jinħoloq il-bilanċ li kien nieqes fl-imsemmija xandira.

Dr Mark Vassallo qal li l-PBS Ltd bħala xandar pubbliku kellu l-obbligu li jxandar il-messaġġ tal-Prim Ministru.  Żied li sa dakinhar ma kienux jeżistu regoli speċifiċi dwar xandiriet lin-Nazzjon, madanakollu fin-nuqqas ta’ dan u b’analoġija wieħed seta’ jirreferi għal linji gwida tal-Awtorità dwar Xandiriet Ministerjali li l-istess kienet ippublikat fl-1992. Żied li fil-każ in eżami wieħed ma kellux joġġezzjona għal bidla fl-istil, minħabba l-introduzzjoni ta’ viżwali stante li dan kien permess skont Paragrafu 6 tal-imsemmija linji gwida.

Dr Vassallo qal li ai termini tal-istess linji gwida l-Kap tal-Aħbarijet għandu l-obbligu li jara li l-kontenut tal-istess xandira ma jmurx kontra l-liġi, partikolarment l-Att dwar ix-Xandir. Żied li l-imsemmija linji gwida kienu jitolbu li dawn ix-xandiriet ikunu imparzjali u sakemm dan ikun assikurat, il-ħtieġa għal dritt ta’ risposta ma kellhiex tirriżulta. Dr Vassallo qal li fin-nuqqas ta’ regolamenti speċifiċi,  sakemm l-istazzjon ma jħossx li x-xandira tkun ser tikser il-liġi, dan kellu l-obbligu li jxandarha. 

F’dan l-istadju s-Sur Reno Bugeja qal li skont hu, l-ewwel mitt jum ta’ Gvern ġdid kien tragward partikolari u importanti u fil-każ in eżami ma kienx iħoss li kien hemm ksur tal-liġi u għaldaqstant bl-ebda mod ma seta’ jintervjeni.  

Mistoqsi minn Membru tal-Awtorità jekk il-PBS ixxandarx dejjem messaġġi ta’ dan it-tip, Dr Vassallo qal li l-prassi kienet li kull darba li l-Gvern jagħmel talba, il-PBS obbligat li jxandar. Żied li l-imsemmija linji gwida kienu jirreferu għal xandiriet Ministerjali u mhux xandiriet lin-Nazzjon u għalhekk biex jiġu evitati malintiżi kien hemm il-ħtieġa li l-Awtorità tirregola wkoll tali xandiriet.

Dr Karol Aquilina irrileva li l-Att dwar ix-Xandir kien jispeċifika dawk l-okkażjonijiet meta jistgħu jsiru xandiriet ta’ dan it-tip.  Żied li, skont hu, il-Prim Ministru kellu jindirizza lin-nazzjon f’każijiet eċċezzjonali bħal f’każ ta’ kriżi, l-ewwel jiem tal-leġislatura, f’każ ta’ żjarat importanti, però mhux fl-ewwel mitt jum tal-Gvern.

Żied li f’dan il-kuntest setgħet tiżviluppa sitwazzjoni fejn il-Prim Ministru jibda jiddetta hu kif juża x-xandir nazzjonali u jordna lill-PBS Ltd ixxandar messaġġi lin-nazzjon skont il-ħtieġa. Dr Aquilina qal li dan il-messaġġ ma kienx imparzjali, iżda kien kontroversjali u għalhekk kellu jingħata rimedju biex jinħoloq il-bilanċ.  

Meta wieġeb domanda ta’ Membru tal-Bord dwar jekk il-Partit Nazzjonalista kienx ħareġ komunikat dwar l-ewwel mitt jum tal-Gvern u jekk PBS Ltd xandritx l-istess, Dr Aquilina qal li dan kien sar u l-imsemmija stqarrija kienet ġiet rappurtata fl-aħbarijiet.  Żied li madanakollu wieħed ma setax jikkonsidra tali rappurtaġġ bħala rimedju għaliex in-natura tax-xandira kienet differenti.

F’dan l-istadju Dr Chris Said qal li indirizz lin-Nazzjon kellu jkun marbut ma’ okkażjoni partikolari u importanti u fil-każ in eżami l-messaġġ kien jinkludi ġabra ta’ dak li l-Gvern wettaq fl-ewwel mitt jum tiegħu bi slogan politiku.  Żied li fil-passat qatt ma kien hemm ilmenti ta’ dan it-tip u talbiet għal rimedju peress li l-messaġġi ma kienux ikunu ta’ dan it-tip.

Dr Mark Vassallo irrileva li f’dan il-każ wieħed kellu jikkonsidra dak li tgħid u tippermetti l-liġi u mhux dak li kien isir tradizzjonalment.  Żied li minkejja li dak li xxandar kien stilistikament differenti, l-istazzjon ma ħassx li kellu jintervjeni.

L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u wara li kienet rat il-filmat relattiv iddikjarat li sa dakinhar ma kellhiex il-konfort ta’ deċiżjonijiet preċedenti u in oltre il-linji gwida fuq ċitati kienu jirrigwardaw xandiriet Ministerjali u mhux xandiriet lin-Nazzjon mill-Prim Ministru. 

L-Awtorità qablet li xandiriet ta’ dan it-tip kellhom jitrattaw purament materji ta’ interess nazzjonali u ma kellhomx ikunu ta’ natura propagandistika u in oltre l-kontenut kellu jaderixxi mal-provvedimenti tal-Kostituzzjoni u l-Liġi tax-Xandir.

L-Awtorità kienet tal-fehma li l-ewwel mitt jum ta’ leġislatura ġdida  kien tragward importanti u huwa diffiċli li wieħed jaċċetta li l-Prim Ministru ma kellux id-dritt li jinforma lill-pubbliku b’dak li tkun wettqet Amministrazzjoni ġdida.  Huwa mistenni wkoll li meta jagħmel dan il-Prim Ministru jkun ser jirreferi għal dak li kien imwiegħed fil-programm elettorali li fuqu kien ingħata l-fiducja mill-poplu. Dan mhux bil-fors jikkostitwixxi materja ta’ natura konversjali u meta ħarset lejn l-assjem tal-kontenut tax-xandira li dwarha sar l-ilment, l-Awtorità ma tħossx li din kienet timmerita rimedju.

In vista ta’ dan, l-Awtorità ddeċidiet li l-ilment ma kienx jissussisti u fil-fehma tagħha, fiċ-ċirkostanzi tal-każ ma kienx hemm lok għar-rimedju mitlub.  L-Awtorità ser tassigura li fil-futur ikun hemm użu tajjeb ta’ din il-faċilità li għandu kull Gvern u se tieħu passi biex il-linji gwida li għalihom saret riferenza waqt is-smigħ ta’ dan l-ilment jiġu aġġornati u jkunu aktar speċifiċi.

Illum 15 ta’ Lulju, 2013


TVM - Stellina Lifestyles Changes - 8 t'Awwissu, 2013 
Akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar Telebejgħ ta’ Stellina Lifestyles Changes li xxandar fuq TVM fit-8 t’Awwissu, 2013.

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża rigward programm ta’ teleshopping bl-isem Stellina Lifestyle Changes tat-8 t’Awwissu.

L-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv u s-sottomissjonijiet tar-rappreżentanti tal-istazzjon, is-Sur Mario Micallef, Business Development Manager tal-PBS, u l-Avukat Anthony Depasquale, is-Sur Stephen Galea u s-Sinjura Stellina Galea għan-nom tal-produtturi tal-programm, f’seduta li nżammet fl-10 ta’ Settembru, 2013.

Il-Kap Eżekuttiv issottometta li l-preżenza ta’ tabiba li ssostni t-teżi mressqa mill-produzzjoni f’din ir-rokna ta’ teleshopping jikkostitwixxi ksur tal-paragrafu 13.2 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.30 (Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika li jinvolvu l-Parteċipazzjoni ta’ ċerti Professjonisti fil-Kura Medika fil-mezzi tax-Xandir u Ħtiġijiet dwar Reklamar, metodi ta’ Reklamar u direttivi li japplikaw għal Prodotti u Trattamenti Mediċinali).  L-akkuża kienet tgħid ukoll li waqt ir-rokna ta’ telebejgħ imsemmija aktar ‘l fuq, kienu saru dikjarazzjonijiet li ċerti nies li jbatu b’ċerti kundizzjonijiet naqqsu l-ammonti ta’ pilloli li kienu jieħdu minħabba li segwew dan l-istil ta’ ħajja li jippromwovi l-Stellina Lifestyle Changes u dan bi ksur ta’ paragrafu 9.1.(c) tal-istess Liġi Sussidjaraja minħabba li ma ingħatat l-ebda prova xjentifika dwar dan.

L-Avukat Depasquale, li deher għan-nom tal-istazzjon u tal-produtturi tal-Stellina Lifestyle Changes qal li kemm il-preżentaturi kif ukoll il-mistiedna  kienu ferm kawti f’dak li qalu u rimarki bħal ‘ovvjament trid toqgħod attent’ u li “wieħed jista’ jtejjeb l-istil ta’ ħajja tiegħu mingħajr ma kategorikament jimplikaw li l-pilloli dejjem jistgħu jitnaqqsu” kienu prova ta’ dan. L-Avukat Depasquale ikkontenda li dan il-programm ma kienx jaqa’ taħt Leġislazzjoni Sussidjarja 350.30 peress li kien fil-kategorija ta’ teleshopping mhux reklamar per se u għalhekk l-Awtorita` ma kienitx korretta li toħroġ din l-akkuża bi ksur tal-provedimenti tal-Liġi msemmija fl-istess akkuża.

Il-Kap Eżekuttiv, minn naħa l-oħra, spjega lill-Bord li d-definizzjoni ta’ reklamar kienet tinkludi t-teleshopping u dan joħroġ ċar wara li daħlu fis-seħħ il-provedimenti tal-AVMS Directive.

Wara li ħarġu mil-laqgħa r-rappreżentanti tal-istazzjon u l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorita`
l-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u ddeċidiet li:

Rigward il-kwistjoni jekk dan il-każ kienx jaqa’ taħt Leġislazzjoni Sussidjarja 350.30, ma kien hemm l-ebda dubbju li teleshopping kien metodu ta’ reklamar u li l-Leġislazzjoni kienet tkopri l-metodi kollha ta’ reklamar kif spjegat fl-isem stess u dan anki fid-dawl ta’ Artiklu 16G tal-Att Dwar ix-Xandir u għalhekk id-difiża li tressqet ma’ kienitx tissustisti.

L-Awtorità qieset li l-preżenza ta’ tabiba f’tali rokna ta’ telebejgħ kienet qed isservi biex tagħti kredibiltà lil dan il-programm mingħajr ma ġew elenkati l-oqsma xjentifici dwar kif dan iseħħ. Huwa d-dmir tal-Awtorità li tħares l-interessi tal-konsumatur u f’dan id-dawl l-istess Awtorità tħoss li stazzjon ma jistax jiġeneralizza r-rizultati miksuba minn ċertu individwi li segwew dan il-programm għal firxa wiesa ta’ nies.

F’rokna ta’ telebejgħ li s-suġġett ikun stil ta’ lifestyle, il-punt li ressqet id-difiza li l-preżentatriċi u l-mistiedna kienu kawti f’dak li qalu mhuwiex biżejjed biex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-Avviz Legali 350.30 li jelenka b’mod l-aktar car li:

“Reklamar m’għandux ikollu xi offerta ta’ xi trattament jew servizz biex tirqaq (eż. tnaqqis fil-piż, limitazzjoni jew kontroll) li:.... ma turix b’mod ċar f’manjiera xjentifika kif tista’ tirqaq.
 
Fl-isfond ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-Awtorità iddecidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata kif indikat, u l-Awtorita` tħoss li b’mod speċjali f’dak li għandu x’jaqsam mas-saħħa tat-telespettatur, kif ġie deċiż fil-passat dawn il-każijiet jimmeritaw sanzjoni konsistenti f’penali amministrattiva.  L-Awtorità għalhekk qiegħed timponi l-penali amministrattiva ta’ (€1,160) liema penali għandha titħallas fi żmien xahar mid-data ta’ din in-notifika.

L-Awtorità terġa tieħu l-opportunità sabiex twissi li l-istazzjonijiet kollha televiżivi u radjufoniċi biex joqgħodu ferm attenti meta jipproduċu programmi li jirrigwardaw b’xi mod is-saħħa.

 19 ta' Settembru 2013


ONE - Mad-Daqqa t’Għajn - 16 t'Awwissu, 2013

L-Awtorita’ kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE rigward il-programm Mad-Daqqa t’Għajn tas-16 t’Awwissu, 2013 fejn ġie allegat li kien hemm  ksur ta’ paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir meta ma kienx hemm distinzjoni ċara bejn reklam għal  The Chef Restaurant  li xxandar  fid-21:31 u rokna informattiva fil-programm.  Kemm fir-reklam u kif ukoll fil-parti informattiva deher is-Sur Martin Camilleri personaġġ sinonimu mal-imsemmi ristorant.

L-Awtorita’ semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u lil Ms Ruth Vella f’isem u in rappreżentanza tal-istazzjon u lis-Sur Emy Farrugia, baħal produttur tal-programm, f’seduta li nżamet fl-10 ta’ Settembru, 2013 u ddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur qablet li kellha twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix tali nuqqas.

17 ta’ Settembru, 2013 


TVM - Telebejgħ ta' Centro Moda - 12 u 19 t'Awwissu 2013 

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM rigward it-telebejgħ ta’ Centro Moda li xxandru fit-12 u d-19 t’Awwissu, 2013 fejn ġie allegat li f’dawn l-edizzjonijiet kien hemm ksur tad-dispożizzjonijiet dwar telebejgħ kif imfissra fit-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir u ċjoe’ Artikli 20, 23, 27 u 33, meta fl-ewwel każ (12/08/2013) il-preżentatriċi naqset milli tispeċifika l-prezz ta’ handbags u malji li kienet tirreklama filwaqt li fit-tieni każ (19/08/2013) l-istess preżentatriċi għamlet referenza għal end of sale eċċezzjonali fl-istabbilimenti ta’ Centro Moda  liema referenza ma kienitx tikkostiwixxi offerta diretta.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u kif ukoll lis-Sur Mario Micallef f’isem u in rappreżentanza tal-istazzjon u kif ukoll lis-Sur  Philip Camilleri għan-nom tal-produzzjoni, f’seduta li nżammet fis-17 ta’ Settembru, 2013, li min naħa tiegħu filwaqt li ammetta li fil-programm tad-19 t’Awwissu, 2013 saret enfasi żejda dwar sale fl-istabbilimenti tal-kumpanija tenna li fil-każ l-ieħor minkejja li t-telebejgħ kien jirrigwarda mudelli differenti u varjati ta’ żraben fil-fatt ma kienx hemm daqstant varjazzjoni fil-prezz.

Is-Sur Camilleri żied li ma kienitx l-intenzjoni tal-produzzjoni li tieħu vantaġġ u li jinkisru d-diżpozzijonijiet tal-Liġi.

L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u filwaqt li ddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata qablet li peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur kienet qed twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix tali nuqqas.


Illum 23 ta’ Settembru, 2013


ONE - Traffic - 24 t'Awwissu, 2013

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE rigward il-programm Traffic li xxandar fl-24 t’Awwissu, 2013, fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ paragrafu 2.1 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.27, meta ma xxandarx il-prezz tal-sms.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u kif ukoll lil Ms Ruth Vella għan-nom u in rappreżentanza tal-istazzjon u s-Sur Louis Pace, bħala produttur tal-programm, f’seduta li nżammet fl-10 ta’ Settembru, 2013 u ddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur qablet li kellha twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix tali nuqqas.

17 ta' Settermbru 2013


TVM - Tlugħ tal-Lotterija - 29 u 30 t'Awwissu 2013

Deċiżjoni dwar l-Akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar il-promotion dwar it-Tlugħ tal-Lotterija

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM rigward il-promotion dwar it-tlugħ tal-lotterija li xxandar fid-29 u t-30 t’Awwissu, 2013 fejn ġie allegat li f’dawn il-promotions ma kienux għajr reklam sabiex in-nies jixtru l-biljetti, liema promotions ġew imxandra f’ħinijiet ipprojbiti ai termini ta’ paragrafu 5.1 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.25 tal-Ħtiġijiet dwar ir-Reklami, Metodi ta’ Reklamar u Direttivi dwar Reklamar dwar Logħob tal-Ażżard fuq is-Servizzi tax-Xandir.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, lis-Sur Mario Micallef f’isem u in rappreżentanza tal-istazzjon, f’seduta li nżammet fis-17 ta’ Settembru, 2013, li min naħa tiegħu filwaqt li ammetta l-akkuża talab skuża għan-nuqqas tal-istazzjon li ma kienx intenzjonat.

L-Awtorità ħadet konjizzjoni tal-ammissjoni tal-istazzjon, u peress li ma kienx hemm kontestazzjoni u in vista tas-serjetà u n-natura ta’ dan in-nuqqas iddeċidiet li timponi l-penali ridotta ta’ €930 liema penali kellha titħallas fi żmien xahar mid-data tad-deċiżjoni.

Illum 23 ta’ Settembru, 2013


TVM - CNI - 4 ta' Settembru 2013 

Ilment imressaq mill-Campaign for National Independence (CNI) kontra l-Public Broadcasting Services dwar talba għal Programm fil-ġimgħa fuq TVM

L-Awtorità kellha quddiemha ilment imressaq mis-CNI bid-data tal-4 ta’ Settembru 2013 dwar talba li kien għamel is-CNI lill-Public Broadcasting Services fit-2 ta’ Settembru 2013 li għaliha l-istazzjon naqas li jwieġeb b’mod soddisfaċenti għas-CNI fiż-żmien stipulat bil-Liġi u għalhekk is-CNI talab lill-Awtorita`biex tiddeċiedi hi dwar il-kwistjoni.

Għal dan is-smigħ dehru l-Avukat Dr Karmenu Mifsud Bonnici, f'ismu bħala Chairman u in rappreżentanza tas-CNI u s-Sur Reno Bugeja, Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet u Ġrajjiet Kurrenti tal-PBS u l-Avukatessa Dr Yanika Caruana, konsulent legali, li dehru għall-istazzjon.

L-Awtorita` semgħet is-sottomissjonijiet tal-Avukat Mifsud Bonnici, li sostna li s-CNI huwa moviment politiku li jwassal l-unika vuċi ta’ kritika kontra l-Unjoni Ewropeja. Is-CNI kien ilu għal numru ta’ snin jitlob li jingħata ħin fuq l-istazzjon pubbliku biex jirribatti l-propaganda li ssir fuq l-istess stazzjon u li l-pubbliku Malti u Għawdxi kellu kull dritt li jisma’. Huwa qal li minkejja li hemm programmi li jixxandru regolarment sostnuti mill-Unjoni Ewropeja is-CNI qatt ma ingħata l-opportunità li jwassal il-fehmiet tiegħu permezz ta’ programm u dan bi ksur tal-provedimenti tal-Artiklu 119 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta.  Dr Mifsud Bonnici irritjena li stazzjoni tax-xandir pubbliku kien fid-dmir li jara li l-veduti kollha jiġu mwassla lill-pubbliku Malti u Għawdxi u minħabba li t-talba tiegħu qatt ma ġiet aċċettata mill-PBS kien qed jitlob lill-Awtorita`biex tiddeċiedi fuq dan l-ilment u tieħu dawk il-passi li hi jidhrilha li huma idoneji fiċ-ċirkostanzi.

Is-Sur Reno Bugeja, għan-nom tal-istazzjon issottometta li fid-9 ta’ Settembru, 2013 l-istazzjon kiteb lil Dr Mifsud Bonnici fejn infurmah li l-PBS ma taddottax il-prattika li tassenja u xxandar programmi ta’ organiżazzjonijiet diversi.  Madankollu, kompla l-istazzjon fl-istess ittra, il-PBS tkun lesta li tagħti coverage fl-aħbarijiet ta’ attivitajiet organiżżati mis-CNI li jkollhom valur ta’ aħbar, flimkien mal-ħruġ ta’ stediniet għal programmi ta’ ġrajjiet kurrenti li jkunu ser jiddiskutu suġġetti li jkollhom rilevanza għas-CNI.  Is-Sur Bugeja spjega li l-PBS regolarment xandar stqarrijiet u kkaverja attivitajiet tas-CNI fil-bulletini tal-Aħbarijiet ta’ TVM.  Rigward programmi, l-istazzjon għandu proċedura ċara u magħrufa minn kulħadd dwar kif jintgħażlu programmi biex jidħlu fl-iskeda u dan jagħmlu permezz ta’ ħruġ ta’ sejħa għal proposti ta’ programmi u ma kien hemm xejn li jżomm lis-CNI li jagħmel tali proposta fiż-żmien propizju. Id-deċiżjoni dwar l-inklużjoni ta’ programm tittieħed mill-Bord Editorjali fuq bażi ta’ kriterji stabbiliti u b’rispett sħiħ lejn il-liġi tax-xandir.  Huwa sostna li l-osservanza tal-provvedimenti tal-Kostituzzjoni u tal-Liġi tax-Xandir f’dak li għandu x’jaqsam ma’ mparzjalità ma tiġix segwita biss billi jingħata permess għall-programm fil-ġimgħa kif qed jitlob is-CNI.

Meta qieset is-sottomissjonijiet kollha magħmula waqt is-smigħ tal-ilment, l-Awtorità iddeċidiet li ma kienx hemm raġuni biżżejjed biex it-talba tas-CNI għal programm fil-ġimgħa tiġi milqugħa.  L-assigurazzjoni li ta l-PBS kemm fl-ittra tiegħu lis-CNI kif ukoll waqt is-smigħ tal-ilment u ċjoe’ li ma kien hemm l-ebda diffikulta li s-CNI jingħata coverage fl-aħbarijiet ta’ attivitajiet organizzati minnhom li jkollhom valur ta’ aħbar, u li jinħarġu stediniet għall-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti li jkunu ser jiddiskutu suġġetti li jkollhom relevanza għall-imsemmija organizazzjoni,  kienet tissodisfa r-rekwiżiti tal-Kostituzzjoni u tal-Liġi tax-Xandir biex ikun hemm bilanċ u mparzjalità.  Għalhekk ma kienx hemm lok ta’ azzjoni ulterjuri min-naħa tal-Awtorità f’dan l-istadju, madankollu hi ser tibqa’ ssegwi s-sitwazzjoni biex tara li l-assigurazzjoni mogħtija mill-istazzjon tkun imwettqa.

23 ta' Settembru 2013


Smash TV - Alfred Sant u l-Ewropa - 5 ta' Settembru 2013 
Akkuża fil-konfront ta’ Smash TV rigward il-Programm  Alfred Sant u l-Ewropa

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ Smash TV rigward id-direttiva maħruġa mill-Awtorità tax-Xandir nhar il-5 ta’ Settembru, 2013 li fiha l-istazzjon intalab ibiddel l-isem tal-programm Alfred Sant u l-Ewropa fejn ġie allegat ksur ta’ Artiklu 15 tal-Att dwar ix-Xandir  meta l-istazzjon naqas li jaderixxi mal-istess direttiva u jbiddel l-isem tal-programm kif ordnat.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv kif ukoll lis-Sur Joe Baldacchino, f’isem u in rappreżentanza tal-istazzjon, f’seduta li nżammet fl-24 ta’ Settembru, 2013, li minn naħa tiegħu informa lill-Awtorità li huwa ma kellu l-ebda diffikulta li jaderixxi mad-Direttiva tagħha u filfatt għalkemm kien barra minn Malta kien ta struzzjonijiet biex it-tibdil rikjest isir. Infatti kien bl-impressjoni li fil-programm tal-ġimgħa ta’ qabel il-programm kien ħareġ bit-tibdil rikjest, għalkemm ma kienx ċert fuq dan madankollu assigura lill-Awtorità li l-programm li kellu joħroġ dakinhar stess filgħaxija, kien ser joħroġ bit-tibdil kif idderiġiet l-Awtorità. 

In vista ta’ dan l-iżvilupp il-Kap Eżekuttiv iddikjara li kien qiegħed jirtira l-akkuża u min naħa tagħha l-Awtorità qablet li ma kellhiex tipproċedi bis-smigħ tal-każ.

Illum 27 ta’ Settembru, 2013


Radio 101 - Wavelenght - 5 ta’ Settembru, 2013

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ Radio 101 dwar il-programm Wavelenght li xxandar fil-5 ta’ Settembru, 2013 fejn ġie allegat ksur ta’ paragrafu 4.1.5 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.15 (Ħtiġijiet Dwar Standards u Prattika Dwar is-Sehem ta’ Nies Bla Ħarsien Xieraq fil-Mezzi tax-Xandir) meta għall-ħabta tal-11.26 a.m. instemgħet telefonata mingħand tifla ta’ 8 snin li qalet li “ma sabitx mediċina biex tfejqilha infezzjoni f’widnejha u li Joseph Muscat imissu baqa’ fl-Oppożizzjoni u ħalla lil Gonzi jmexxi”.  Għal dan il-kumment, il-preżentatur m’għamel l-ebda reazzjoni.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv kif ukoll lil Ms Louiselle Vassallo f’isem u in rappreżentanza tal-istazzjon u lis-Sur Simon Cassar il-preżentatur tal-programm.

Il-Kap Eżekuttiv qal li f’dan il-każ permezz tat-telefonata tagħha l-minorenni għaddiet kummenti attribwibbli lill-adulti u skont hu kien meħtieġ li tinżamm linja ta’ demarkazzjoni bejn diskors li għandu jingħad mill-adulti u mill-minorenni.  U dan peress li l-minorenni ma jagħmlux distinzjoni bejn realtà u l-fatti. Il-liġi tgħid li “dawk li jtellgħu l-programm iridu joqgħodu attenti l-aktar li t-tfal ħafna iżgħar min oħrajn isibuha diffiċli biex jagħżlu bejn ir-realta u l-fantasija kif ukoll mhux dejjem ikollhom il-ħila li jgħarfu l-għajdut u s-seksik mill-verita”.

Is-Sur Simon  Cassar minn naħa tiegħu qal li l-istazzjon dejjem ħa l-miżuri neċessarji sabiex jevita sitwazzjonijiet simili, madanakollu f’dan il-każ u f’din it-telefonata kien hemm element qawwi ta’ sorpriża u b’riżultat ta’ dan ir-reazzjoni tat-tekniċi u tal-istess preżentatur ma kienitx effettiva biżżejjed.  Żied li każi simili fil-passat dejjem ġew eliminati tant li ma kienx hemm problemi simili qabel dan il-każ.

L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijet tal-partijiet filwaqt li rriaffermat il-ħtieġa u l-obbligu li l-istazzjonijiet jipproteġu bil-qawwa kollha l-interessi tal-minuri b’kull mod possibbli, iddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur qablet li kellha twiddeb l-istazzjon biex ma jirrepetix tali nuqqas.

19 ta’ Novembru, 2013 


 
ONE - Sajf ma’ Gaffiero - 13 ta' Settembru 2013

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE dwar il-programm Sajf ma’ Gaffiero li xxandar fit-13 ta’ Settembru, 2013 fejn ġie allegat ksur ta’:

i) paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir minħabba l-assoċjazzjoni tal-parti informattiva ma’ dik reklamatorja;

ii) paragrafu 25 tal-Kodiċi tax-Xandir Dwar il-Protezzjoni tal-Minuri għall-mod kif kienu libsin il-minuri li dehru waqt il-programm;

iii) paragrafu 6.2 tal-Ħtiġijiet Dwar Standards u Prattika Dwar it-Tmexxija ta’ Kompetizzjonijiet u l-Għoti ta’ Premjijiet peress li ma ngħatax il-valur ta’ vawċers imqassma fil-programm.

L-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv u lil Ms Ruth Vella Micallef, Senior Manager Broadcasting tal-istazzjon u lis-Sur Ivan Gaffiero, Produttur tal-programm, f’seduta li nżammet fil-5 ta’ Novembru, 2013.  

Minn naħa tagħha Ms Vella Micallef ikkontendiet li dwar il-parti tal-akkuża li kienet titratta l-assoċjazzjoni bejn reklamar u kontenut ma kienitx qed taqbel mal-akkuża fis-sens li l-preżentatur ma kienx qed jistieden lit-tfal għax-shows tiegħu iżda għall-programm televiżiv, u għaldaqstant l-element reklamatorju kien ineżistenti.  Dwar il-parti tal-akkuża li kienet tirrigwarda l-vawċers Ms Vella Micallef qalet li filwaqt li kien minnu li tul il-programm ma ngħatax il-valur ta’ xi vawċers, madanakollu dan l-aġir ma kienx intenzjonat u kien riżultat ta’ nuqqas ta’ konoxxenza tar-regolamenti minn naħa tal-preżentatur.  Dwar il- parti tal-akkuża li kienet titratta l-parteċipazzjoni ta’ minorenni u l-ilbies tagħhom Ms Vella Micallef stqarret li dan l-element kien wieħed suġġettiv ħafna u fl-opinjoni tagħha kien jagħti lok għal interpretazzjoni. 

F’dan l-istadju s-Sur Gaffiero qal li l-ħsieb wara din il-produzzjoni kien wieħed ġenwien u bl-ebda mod ma ried li ssir ħsara lill-parteċipanti.  Żied li kien minnu li fil-programm indikat dehru tfal b’kostumi bi stil tal-Hawaii, madanakollu t-tfal kollha li ħadu sehem kienu akkumpanjati mill-ġenituri tagħhom li saħansitra kienu jinkoraġixxu lill-istess produttur jinkludi lill-uliedhom fl-imsemmi programm.  Żied li l-parteċipazzjoni ta’ tifla partikolari kienet instigata minn omm l-istess tifla in vista ta’ issues familjari li kienu imorru lil hinn mill-programm in kwistjoni.  

L-Awtorità filwaqt li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet inkluż is-sensittività ta’ elementi fil-programm li kienu jittrattaw l-espożizzjoni ta’ minuri b’ilbies ritenut mhux xieraq, innutat il-ġenwinità tal-produttur u n-nuqqas ta’ għarfien tal-obbligi legali, madanakollu in vista ta’ dan irriaffermat il-pożizzjoni tagħha diġà espressa fil-passat li fejn tidħol il-protezzjoni tal-minuri l-produtturi kellhom joqgħodu ferm attenti sabiex tkun evitata kwalsiasi possibilità ta’ esplojtazzjoni.  L-Awtorità saħqet mal-istazzjon u mal-produttur li dawn għandhom jaderixxu b’mod sħiħ mal-obbligi legali u filwaqt li ikkonfermat li l-ksur tal-paragrafu 25 tal-Kodiċi tax-Xandir Dwar il-Protezzjoni tal-Minuri fil-fatt irriżulta in vista taċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ iddeċidiet li tissospendi s-sentenza għall-ħlas tal-penali relattiva għal perjodu ta’ sitt xhur.


18 ta’ Novembru, 2013


TVM - News - 24 ta' Settembru 2013

Deċiżjoni dwar l-Ilment mill-Partit Nazzjonalista rigward l-Aħbarijiet ta’ TVM tat-8.00p.m. tal-24 ta’ Settembru, 2013

L-Awtorità kellha quddiemha ilment mill-Partit Nazzjonalista datat 25 ta’ Settembru 2013 rigward l-aħbarijiet ta’ TVM tal-24 ta’ Settembru, 2013 fejn il-Partit ilmenta (i) li l-PBS naqas li jsegwi l-istorja rigwardanti l-ingaġġ tal-mara tal-Ministru Konrad Mizzi mingħajr sejħa għall-applikazzjonijiet ma’ ażjenda tal-Gvern, (ii) li l-PBS ma tax l-importanza li kien jixiriqilha lill-konferenza tal-aħbarijiet mill-istess Partit dwar l-istess suġġett.  Fl-ilment tiegħu l-Partit Nazzjonalista qal li dan l-aġir minn naħa tal-istazzjon kien imur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.14.

L-Awtorità semgħet lil Dr Karol Aquilina li kien qed jidher f’isem u in rappreżentanza tal-Partit Nazzjonalista li kien assistit mis-Sur David Herrera Direttur Informazzjoni u lis-Sur Reno Bugeja Manager tal-Aħbarijiet u Ġrajjiet Kurrenti li kien assistit mill-Avukat Mark Vassallo.

Minn naħa tiegħu Dr Aquilina ikkontenda li dwar din l-istorja, li skont hu kienet waħda ta’ importanza, kien jidher ċar li kien hemm attitudni u trattament differenti minn naħa tal-istazzjon dwar dak li kien qed jgħid il-Gvern u dak li qalet l-Oppożizzjoni.  Żied li l-istazzjon qagħad jistenna li l-Partit isemmi l-każ biex jirraportaha meta kellu d-dmir li storja bħal din li fuqha kien qed jitkellem kulħadd kellha tiġi rraportata u segwita mill-istazzjon tax-xandir pubbliku.  Dr Aquilina qal li minbarra dan, il-mod kif sar ir-rapport ta’ konferenza tal-aħabarijiet kien intiż li jnaqqas l-importanza tal-istess konferenza  peress li din ixxandret wara stejjer oħra ta’ inqas importanza u l-istazzjon għażel li jxandar fl-istess rapport stqarrijiet tal-Malta Enterprise, u tal-Partit Laburista u kif ukoll ir-rejazzjoni tal-Ministru Konrad Mizzi. Huwa kkontenda li r-rapport kien uża kliem li jiddilwixxi l-importanza tal-kontenut ta’ dak li ntqal mill-Partit Nazzjonalista.  Żied li dan ir-rapport kien imur kontra l-provediment 4.8 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.14 dwar kif kellha tixxandar aħbar.

Minn naħa tiegħu s-Sur Reno Bugeja qal li Dr Aquilina ma kienx korrett meta qal li l-PBS naqas li jxandar din l-aħbar u dan peress li l-istazzjon kien xandar din l-aħbar fil-21 u t-22 ta’ Settembru bħala parti mir-rapport dwar id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni waqt il-Mass Meeting marbut mal-Indipendenza.  Dwar l-ordni li fiha xxandar ir-rapport dwar il-konferenza tal-Aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista, s-Sur Bugeja qal d-deċiżjoni dwar dan tispetta lill-editur u tali deċiżjoni tkun marbuta fuq il-valur tal-istess aħbar.  Żied li fl-istess bulettin kien hemm saħansitra aħbarijiet konnessi mal-Gvern li xxandru wara r-rapport in kwistjoni.   Barra minn hekk huwa ċaħad li ntuża xi kliem fir-rapport li seta jiġi ntrepretat li kien intiż biex inaqqas mill-importanza ta’ dak li ntqal u semma’ istanzi fir-rapport biex jikkonferma dan.

Is-Sur Bugeja qal li l-policy tal-kamra tal-aħbarijiet kienet li tirrapporta biss il-fatti.  Żied li fl-istess waqt dwar aħbarijiet ta’ dan it-tip ma kienitx il-policy li l-kamra tal-aħbarijiet tieħu hi minn rajha l-inizzjattiva, iżda li tistenna li tali aħbar tkun attribwibbli lil sors. Huwa semma’ każi oħra fejn il-kamra tal-aħbarijiet imxiet ma’ din il- policy u wkoll ma rrapurtatx każi li kienu jikkonċernaw lill-membri tal-Partit Nazzjonalista.

Dr Mark Vassallo qal li l-interpretazzjoni tal-provvediment fil-Leġislazzjoni Sussidjara 350.14 bl-ebda mod ma jeskludi li aħbar jista’ jkollha opinjonijiet ta’ terzi.
Dr Karol Aquilina saħaq li meta wieħed iħares lejn ir-rapport fl-assjem tiegħu jidher ċar li l-PBS mar oltre biex jaġevola lill-Gvern u kien hemm attitudni differenti mill-PBS bejn kif jirrappurta lill-Partit Nazzjonalista u kif jirrapporta l-Gvern.

L-Awtorità wara li qieset is-sottomissjonjiet taż-żewġ partijiet ikkonkludiet li:

a) Huwa fatt li l-ewwel darba li l-PBS xandar l-istorja dwar l-impjieg tas-Sinjura Sai Mizzi kien wara li l-fatt issemma’ mill-Partit Nazzjonalista waqt il-Mass Meeting tal-Indipendenza u dak li ntqal mil-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien inkuż fl-aħbarijiet tal-PBS nhar il-21 ta’ Settembru u 22 ta’ Settembru.

b) Rigward l-ilment tal-Partit Nazzjonalista li l-PBS kien fid-dover li jinvestiga u jxandar din l-aħbar min jeddhu u mhux jistenna l-Partit Nazzjonalista biex isemmi l-każ imbagħad jirraportah, l-Awtorità aċċettat ir-raġuni li ġab l-istazzjon fis-sens li ma kienitx il-“policy” tal-Kamra tal-Aħbarijiet tal-PBS tieħu hi min rajha l-inizjattiva, iżda li tistenna li tali aħbar tkun attrwibbli lil sors.   Ġie aċċertat li f’każi oħra l-istazzjon mexa bl-istess mod u għalhekk l-Awtorità ma tħoss li kellha tidhol fil-mertu ta’ din il-“policy” editorjali.

c) Dwar ir-rapportaġġ tal-Konferenza Stampa mogħtija mill-Partit Nazzjonalista dwar l-istess suġġett u li ġiet irraportata fil-bulletini tal-aħbarijiet tal-PBS nhar il-24 ta’ Settembru 2013, l-Awtorità rat fid-dettal kif ġew rapportati il-Konferenza Stampa, l-istqarrija tal-Malta Enterprise, l-istqarrija tal-Partit Laburista u l-kumment tal-Ministru Konrad Mizzi, l-Awtorità tħoss li dak li ntqal fil-Konferenza Stampa mill-esponenti tal-Partit Nazzjonalista ġie rrapportat fedelment u estensivament u m’hemmx dubbju li kien l-aktar parti prominenti tas-servizz fil-bulletin tal-aħbarijiet in kwistjoni.  L-istazzjon ma setgħax ma jirraportax ir-rejazzjonijiet tal-partijiet l-oħra ġaladarba kellhom valur ta’ aħbar, u għalhekk ma tħossx li dawn ġew inkużi mill-istazzjon biex inaqqsu mill-importanza ta’ dak li ntqal waqt il-Konferenza Stampa tal-PN.

d) Dwar l-ordni li fiha xxandar ir-rapport, l-Awtorità, fil-passat,  dejjem irritjeniet li din hija responsabbiltà editorjali u hi tidħol biss f’każi fejn manifestament ikun sar abbuż.  Meta qieset l-aħbarijiet kollha li kienu nklużi fil-bullettin tal-aħbarijiet tal-24 ta’ Settembru ma kienx jidher li kien hemm tali abbuż għax fil-fatt is-servizz dwar il-Konferenza Stampa tal-PN kien ixxandar f’nofs il-bullettin u wara li ixxandru servizzi oħra li jirrigwardaw attivitajiet tal-Gvern, u għalhekk ma setgħatx issb li l-istazzjon kiser xi provvedimenti tal-liġi.

Fid-dawl ta’ dawn il-konsiderazzjonijiet, l-Awtorità sabet li l-ilment tal-Partit Nazzjonalista f’dan il-każ ma kienx ġustifkat u għalhekk ma kienx hemm lok ta’ azzjoni ulterjuri dwar dan.

Illum 20 ta’ Novembru, 2013


Net TV - Eli in the Morning - 4 t'Ottubru 2013

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ NET TV dwar il-programm Eli in the Morning  li xxandar fl-4 t’Ottubru, 2013 fejn ġie allegat ksur  tal-Artiklu 16M(3)(c) tal-Att Dwar ix-Xandir meta waqt ir-rokna tal-kċina bl-isem ‘Tiktok’, ix-Chef Joe Mizzi ħareġ l-ingredjenti mill-basket tax-Chef Choice li deher b’mod prominenti għal kważi tliet minuti sħaħ u dan bi ksur tal-provedimenti tal-Att Dwar ix-Xandir fejn jidħol il-product placement.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv kif ukoll lis-Sur Karl Gouder f’isem u in rappreżentanza tal-istazzjon u lis-Sinjura Elaine Agius f’isem il-produzzjoni u s-Sur Joe Mizzi (ix-Chef tal-programm) f’seduta li nżammet fis-26 ta’ Novembru, 2013.

Minn naħa tagħha s-Sinjura Elaine Agius qalet li dan il-programm kien ixxandar fl-ewwel ġimgħa tal-iskeda u l-fatt li s-Sur Mizzi wera b’mod prominenti l-basket tax-Chef Choice kien imprevist u aċċidentali.  Żiedet li wara dan l-episodju l-produzzjoni iddeċidiet li tbiddel l-andament tal-programm u dan biex ikunu evitati sitwazzjonijiet simili.  In oltre ittieħdu miżuri sabiex il-mistiedna u l-parteċipanti fil-programm ikunu infurmati minn qabel b’dak li jista’ u ma jistax isir.

L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijet tal-partijiet iddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur qablet li kellha twiddeb l-istazzjon biex ma jirrepetix tali nuqqas.

2 ta’ Diċembru, 2013


Net TV - Elle - 5 t'Ottubru 2013 

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ NET TV dwar il-programm Elle li xxandar fil-5 t’Ottubru, 2013 fejn ġie allegat ksur ta’ Artiklu 16M(4)(c) li jipprojbixxi l-product placement ta’ prodotti alkoħoliċi bejn is-6.00a.m. u d-9.00p.m.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv kif ukoll lis-Sinjuri Karl Gouder f’isem u in rappreżentanza tal-istazzjon u lis-Sur Jean Claude Micallef għall-produzzjoni, f’seduta li nżammet fis-26 ta’ Novembru, 2013.

Minn naħa tiegħu s-Sur Micallef qal li fil-fatt dan kien l-ewwel programm li xxandar u inċidentalment minflok il-programm propju bi żball kien ġie trasmess id-demo tape.   Żied li f’dan il-każ ma kien hemm l-ebda tip ta’ arranġament kummerċjali u li l-viżwal in kwistjoni ma kellu l-ebda importanza speċifika għall-fini tal-programm. 

Is-Sur Micallef qal li wara li kien żar il-post fejn jiġi rekordjat il-programm (Bay Street) kien evidenti li fil-fatt il-flixkun tal-vodka tad-ditta F Vodka ma kienx rejali iżda kien parti minn tabella promozzjonali li kien hemm fil-Cafe` u li dan kien inqabad mill-camera b’mod inċidentali.  Żied li wara dan l-episodju kien tkellem mat-tekniċi kollha involuti fejn spjegalhom il-problema u kif ukoll il-provvedimenti tal-liġi sabiex ikunu evitati sitwazzjonijiet simili fil-futur.

Minn naħa tiegħu s-Sur Karl Gouder qal li kien iltaqa’ mal-produtturi kollha fejn ġew spjegati lilhom il-provvedimenti tal-liġi.

L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijet tal-partijiet u rat il-filmat relattiv iddeċidiet li l-akkuża ma kienitx tirriżulta.  

2 ta’ Diċembru, 2013


ONE - Arani Issa - 7 t'Ottubru 2013

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE dwar il-programm Arani Issa li xxandar fis-7 t’Ottubru, 2013 fejn ġie allegat ksur ta’ diversi dispożizzjonijiet tal-Leġislazzjoni Sussidjarja Ħtiġijiet Dwar Standards u Prattika Dwar is-Sehem ta’ Nies Bla Ħarsien Xieraq fil-Mezzi tax-Xandir, fosthom paragrafi 4.1.2, 4.1.5, 4.1.7 u 4.1.10 (i), (iv), (v), (vi) u (vii) meta f’din l-istorja ġew svelati bosta dettalji dwar il-kundizzjoni tas-saħħa ta’ tifla minorreni bl-isem ta’ Ruslana u kif ukoll ta’ missierha.  Il-mod kif il-preżentatur għażel li jagħti sorpriża lill-imsemmija tifla wassal biex din titwerwer u tinfaqa’ tibki u dawn ix-xeni twasslu lit-telespettaturi.  In oltre l-Awtorità ma rċeviet l-ebda dokumentazzjoni mill-Aġenzija Appoġġ dwar l-iscreening ta’ din it-tifla minorenni, liema eżerċizzju huwa wieħed obbligatorju u joħroġ mil-Liġi.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv kif ukoll lil Ms Ruth Vella Micallef f’isem u in rappreżentanza tal-istazzjon u lil Dr Joseph Chetcuti  għall-produzzjoni li minn naħa tiegħu ikkontenda li kienet il-policy tal-produzzjoni illi jekk storja ma tkunx ser tittratta minorenni ma jsirx screening għand l-Appoġġ.  Żied li f’dan il-każ it-tifla ma kienitx is-suġġett tal-istorja u li din kienet tittratta lill-missier.  Żied li t-tifla kienet ħadet sehem fil-programm peress li kienet hi li nnominat u talbet li ssir storja dwar missierha. 

Dr Chetcuti qal li f’dan il-każ it-tifla ma sofriet l-ebda konsegwenzi jew riperkussjonijiet u li bħal f’kull programm ieħor huwa kien jagħmel ħiltu kollha biex ma jesponix inutilment lill-minorenni u li in vista ta’ din l-akkuża kien qed jikkontempla li ma jibqax jagħmel programmi bi tfal.  Żied li f’dan il-każ l-intenzjoni tiegħu kienet li jippreżenta lit-tifla bħala eroj li riedet tgħin lill-missierha.

Il-preżentatur saħaq li s-sorpriża kienet waħda drammatiżżata (re-enacted) u li t-tifla kienet taf x’ser jiġri minħabba li r-recording oriġinali tas-sorpriża kien intilef.  Dan il-fatt ġie kkorraborat mis-Sinjura Vella Micallef.

L-Awtorità tax-Xandir wara li semgħet lill-partijiet konċernati u wara li rat il-filmat relattiv ikkonstatat is-segwenti u ċjoe’:

Li l-Awtorità tax-Xandir  dejjem tat importanza kbira dwar il-protezzjoni tal-minuri. Dan huwa suġġett li jiddomina l-aġenda ta’ ħafna laqgħat internazzjonali għaliex kull regolatur huwa konxju li servizzi tax-xandir, speċjalment dak li huwa tradizzjonali u li jintlaħaq minn firxa wiesa’ ta’ nies, jistgħu ixandru materjal li jkun ta’ dannu għal minuri.

Il-provvedimenti tal-Avviż Legali 350.15 huma maħsuba biex jipproteġu lill-minuri u persuni oħra meqjusa vulnerabbli minn kull sfruttament għall-finijiet kummerċjali.  Paragrafu 4 tal-imsemmi Avviż Legali hija maħsuba biex jintalbu pariri professjonali  biex jiġi determinat jekk minuri għandhomx jitħallew jieħdu sehem f’ċertu programmi.  Ċertament li programm tan-natura bħal "Arani Issa" huwa ġeneru ta’ programm li dan il-provedimenti japplika għalih.

Il-leġislatur tant huwa konxju mill-ħtieġa ta' protezzjoni tat-tfal,  li jelenka proċedura sħiħa li l-preżentaturi għandhom isegwu qabel il-parteċipazzjoni tal-minuri fil-programm u dawn jinkludu li l-ewwel jinkiseb il-permess tal-ġenituri jew tuturi flimkien mal-parir ta’ persuna professjonali mill-Aġenzija Appoġġ.

F’dan il-każ jirriżulta li l-istazzjon naqas li jimxi mal-proċedura tal-liġi għaliex fl-ebda ħin ma ssottometta kopja tal-assessment exercise li kellu jsir mill-Aġenzija Appoġġ.

L-Awtorità ma tistax taqbel mat-teżi li għamel il-preżentatur waqt is-smigħ tal-każ u ċioe li fil-fehma tiegħu u tal-istazzjon it-tifla  (Ruslana) ma kienitx il-protagonista tal-istorja.  Meta l-Awtorità analizzat il-programm, ikkonkludiet li ma taqbilx li t-tifla ma kienitx il-protagonista. Ruslana tidher fil-bidu tal-programm biex tinnomina lil missierha u saħansitra kienet il-focal point tas-sorpriża meta l-preżentatur għażel li jtiha sorpriża billi staħba taħt is-sodda tagħha u beda jgħajjat isimha.

Hawnhekk l-Awtorità tħoss li għandha tagħmel dawn is-seġwenti punti li ħadet in kunsiderazzjoni waqt id-deliberazzjoni dwar dan il-każ:

• Huwa dak li jidher jew jinstema’ fuq il-mezzi tax-xandir li huwa suġġett għal provvedimenti tal-liġi anke jekk l-Awtorità tasal taċċetta li l-ħasda li ngħatat mill-preżentatur kienet waħda miftehma, kien ikun etikament korrett li l-istazzjon jindika dan fuq l-iscreen.    Il-fatt li l-istazzjon ippreżenta tali sorpriża bħala waħda awtentika jagħti lok għas-sensazzjonaliżmu.

• L-Awtorità tħoss li l-mod ta’ kif il-minuri ingħatat qatgħa biex tingħata sorpriża mhuwiex mod dehen ta’ kif kellha tiġi ttratata din it-tifla.  Waqt il-filmat it-tifla instemgħet twerżaq u tat l-impressjoni li kienet imwerwra.  

• L-Awtorità qed timxi fuq it-teżi li l-episodju oriġinali (fejn il-preżentatur jagħti qatgħa lil Ruslana) kien tabilħaqq seħħ u allura dakinhar it-tifla għaddiet minn esperjenza qarsa.   Mhijiex il-manzjoni tal-Awtorità li tidħol fid-dettal ta’ x’setgħa ġara jew x’ma ġarax.   Jibqa’ l-fatt pero li jinħass li l-istazzjon qatt ma kellu jirrikori għall-azzjoni bħal din biex iwassal l-aħbar lil tifla li intgħażlet għall-programm. Jekk xejn, l-istazzjon kellu kull opportunità li jiddramatizza xena oħra li ma kienitx tkun daqshekk oġġeżżjonabli.

Intant l-Awtorità qieset ukoll li Ruslana kienet il-ħin kollu preżenti ħdejn missierha  waqt li l-preżentatur elenka it-tbatijiet li għaddej minnhom dan ir-raġel.   Barra minn hekk fl-introduzzjoni,  ġie żvelat li t-tifla tbati minn attakki ta’ anzjetà u li ġieli kellha tidħol l-isptar minħabba dan.   Fil-fehma tal-Awtorità,  dan huwa dettal żejjed li kull ma jagħmel hu li jesponi lil Ruslana għal vulnerabbilità speċjalment meta wieħed iqis l-implikazzjonijiet potenzjali fuq it-tifla fl-ambjenti tagħha bhall-iskola jew postijiet ta' rikrejazzjoni.

Il-fatt li Ruslana kienet ħdejn missierha waqt li dan stqarr kemm għandu problemi ta’ saħħa jkompli jesponi li din il-minuri għal-iskrutinju tal-pubbliku. F’każijiet bħal dawn tali dettalji jistgħu jitqiesu li kisru l-jedd ta’ privatezza ta’ din it-tifla li bil-parteżipazzjoni tagħħa f’dan il-programm esponiet dettalji dwar ir-relazzjoni bejnha u missierha li ma kien fl-interess ta’ ħadd li jsiru pubbliċi.

L-Awtorità ma kienet issib l-ebda oġġezzjoni kieku l-missier deher fil-programm u ta l-kunsens tiegħu biex jiġu diskussi aspetti dwar saħħtu.  Pero l-presenza tal-minuri tqajjem ħafna mistoqsijiet dwar il-mottiv tal-istazzjon li jinkludi lit-tifla flimkien mal-missier.

Huwa dmir tar-regolatur li jħares l-interessi tal-minuri u jieħu dawk il-miżuri biex iwassal messaġġ ċar li għandu jkun hemm ħarsien xieraq u skrupluż dwar il-protezzjoni tat-tfal fi programmi ta’ din ix-xorta. Huwa minħabba f'hekk li l-Avviż Legali jelenka bl-aktar mod ċar li:

“Min itella’ l-programm għandu jaħseb fuq kollox fil-ħtieġa ta’ ħarsien għal dawn it-tfal”

L-emfasi hija ċara li l-ħarsien u l-interess tat-tfal jisboq kull interess ieħor u għalhekk l-Awtorità jirriżultalha li fl-episodju ta’ "Arani Issa"  tas-7 t’Ottubru waqt l-istorja ta’ Ruslana u missierha, l-interessi tat-tifla ma ngħatawx prijorità u għalhekk l-akkuża tal-Kap Eżekuttiv ġiet ippruvata.

Dwar il-penali, l-Awtorità tfakkar li l-istess stazzjon diġà kellu każ simili waqt programm mis-sensiela "Arani Issa"  li xxandar f’Marzu 2012 dwar minuri li kien jenħtieġlu intervent kirurġiku f’widnejh.  Dakinhar l-Awtorità, waqt laqgħa li nżammet nhar il- 5 ta’ Ġunju 2012 kienet ikkonkludiet li:

“….kummenti li kienu saru waqt il-programm mill-preżentatur kienu fil-fatt jesponu inutilment aspetti personali u negattivi fil-ħajja tal-protagonista minuri li kienu aktar ta’ detriment milli ta’ benefiċċju għall-istess, partikolarment fejn jidħol il-bullying.  L-Awtorità innutat ukoll li l-istazzjon ma ġġustifikax in-nuqqas tiegħu li jipproduċi,  kif legalment obbligat,  l-analiżi tal-minuri mill-Aġenzija Appoġġ”

Peress li l-għan aħħari tal-Awtorità huwa li jagħmel l-istazzjonijiet konxji ta’ nuqqasijiet u mhux li jimponi l-multi, f’dak il-każ partikolari kienet ittieħdet deċiżjoni li l-multa ta’ €2,330 marbuta ma’ dan il-ksur kellha tiġi sospiża għal żmien sena.

L-Awtorità tinnota b’dispjaċir li jidher li minkejja tali deċiżjoni, l-istazzjon għażel li għal darba oħra jxandar storja oħra ta’ minuri mingħajr ma jsegwi l-provvedimenti tal-liġi bl-iskuża li l-minuri ma kienitx il-protagonista tal-istorja.

Għalhekk, l-Awtorità f'dan il-każ iddeċidiet li timponi l-penali relattiva ta’ €2,330,  liema penali għandha titħallas fi żmien xahar mid-data ta' din id-deċizjoni.

Illum 20 ta’ Novembru, 2013


TVM - Iżd’immamentriperò - 7 t'Ottubru 2013

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar il-programm Iżd’immamentripero! li xxandar fis-7 t’Ottubru, 2013 fejn ġie allegat ksur ta’; i) Artiklu 16L (1)(a) ii) Artiklu 16M (3)(a) u iii) Paragrafu 2.2 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja Ħtiġijiet Dwar Reklami, Metodi ta’ Reklamar u Direttivi dwar Reklamar Dwar Logħob tal-Azzard fuq is-Servizzi tax-Xandir meta f’partijiet mill-programm il-preżentatur deher li jinsab ġewwa Casino b’numru ta’ slot machines warajħ, f’waqtiet oħra deher quddiem logħob ta’ roulette u l-Black Jack.  Skont l-akkuża dan il-product placement ma jistax isir għax kwalunkwe reklamar ta’ Casino huwa projbit mil-Liġi.  In oltre joħroġ ċar li hemm relazzjoni diretta bejn l-isponsor Oracle Casino Pasta and Grill u l-product placement tal-Casino.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv kif ukoll lis-Sinjuri Reuben Zammit f’isem u in rappreżentanza tal-istazzjon u Carlos Debattista għall-produzzjoni. f’seduta li nżammet fit-12 ta’ Novembru, 2013. 

Minn naħa tiegħu s-Sur Zammit ikkontenda li dan ma kienx każ ta’ sponsorship jew reklamar u li l-fatt li ngħata credit lil Casino kien sempliċiment rikonoxximent għall-fatt li dan kien offra l-faċilitajiet għall-filming minħabba li l-programm kien jitratta s-superstizzjoni u l-fortuna.  Żied li f’dan il-każ ma kienx hemm arranġament ta’ ħlas versu l-istazzjon. 

Minn naħa tiegħu is-Sur Debattista qal li l-credit kienet saret biss b’sens ta’ rikonoxximent.

L-Awtorità ddiskutiet dan il-każ u wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet, ikkonkludiet li ma setgħetx taċċetta t-teżi tal-istazzjon dwar il-fatt li dan ma kienx każ ta’ reklamar jew sponsorship.  L-Awtorità qed tkun viġilanti ħafna fuq l-osservanza tal-liġi li tirregola ir-reklamar ta’ logħob tal-ażżard li qiegħda hemm biex tipproteġi lit-telespettatur u ma tistax tittolera ksur tal-provedimenti ta’ din il-liġi u għalhekk iddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata.  Madankollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur iddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix tali ksur.


18 ta’ Novembru, 2013


 

F Living - F Living Show - 14, 15, 17 u 18 t’Ottubru, 2013 

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ F Living dwar l-edizzjonijiet tal-programm F Living Show li xxandru fl-14, 15, 17 u 18 t’Ottubru, 2013 fejn ġie allegat  ksur ta’ Paragrafu 15 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir għall-ksur elenkati bħala (a) u (b) u ksur ta’ Paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir meta:

a) bejn is-1.00p.m. u s-2.00p.m. nhar l-14 t’Ottubru, l-istazzjon xandar total ta’ 14-il minuta u 12-il sekonda ta’ reklamar;
b) bejn is-1.00p.m. u s-2.00p.m. nhar il-15 t’Ottubru, l-istazzjon xandar total ta’ 16-il minuta u 2 sekondi ta’ reklamar;
c) nhar is-17 t’Ottubru, għall-ħabta tat-3.03p.m. waqt l-aħħar parti fil-kċina, il-kok li kien qed jippreżenta qal dawn il-kliem: “this is what we try to do at Paulus Restaurant – refreshing, effective and you don’t want to have heavy food. It’s a healthy food.”;
d) nhar it-18 t’Ottubru, waqt ir-rokna tal-kċina, il-kok mistieden (Tony) ġie identifikat bħala Tony mill-Plaza Hotel u saħansitra rrefera wkoll għas-servizz tas-Sunday Lunches li jsiru fil-lukanda Plaza.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv kif ukoll lis-Sur Virgilio Pirrone u lis-Sur Karl Bonaci u  f’isem u in rappreżentanza tal-istazzjon li minn naħa tiegħu filwaqt li ammetta l-akkuża kontriħ qal li l-kummenti tax-Chef waqt il-programm ma kienux ippjanati u kienu ta’ sorpriża għalih tant li fixkluħ u dan minkejja li l-istazzjon kien ħa l-miżuri biex il-parteċipanti fil-programmi kollha jkunu infurmati bil-provvedimenti tal-liġi f’dan ir-rigward.

Is-Sur Bonaci qal li l-ksur tar-regolamenti rigwardanti t-12-il minuta reklamar f’siegħa orarja kien riżultat ta’ żball ġenwin fl-iskedar u assikura lill-Awtorità  li kienu ittieħdu l-miżuri neċessarji sabiex dan in-nuqqas ma jiġix ripetut.   Żied li fil-frattemp kienet saret laqgħa ma’ Ms Joanna Bugeja, Kap tad-Dipartiment tal-Monitoring fejn ġew diskussi u ċċarati l-emendi u l-provvedimenti tal-Liġi f’dan ir-rigward.

L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet inkluż l-ammissjoni min-naħa tal-istazzjon u għaldaqstant iddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata, u qablet li timponi l-penali ridotta ta’ €930 li kellha titħallas fi żmien xahar mid-data tan-notifika.

19 ta’ Novembru, 2013 


TVM, Radju Malta 2 - Quaterno - 22 t'Ottubru 2013

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM u Radju Malta dwar reklam tal-Quaterno li xxandar fit-22 t’Ottubru, 2013 fejn ġie allegat ksur ta’ paragrafu 5.1 u 5.2 tal-Ħtiġijiet dwar ir-Reklami, Metodi ta’ Reklamar u Direttivi dwar Reklamar dwar Logħob tal-Azzard fuq is-Servizzi tax-Xandir meta l-istazzjon xandar reklam għal-logħba tal-Quaterno f’ħin ipprojbit.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv kif ukoll lis-Sur Mario Micallef f’isem u in rappreżentanza tal-istazzjon, f’seduta li nżammet fit-12 ta’ Novembru, 2013, li minn naħa tiegħu filwaqat li ammetta l-akkuża saħaq li dan kien każ ġenwin fejn l-operatur ma kienx konxju li r-reklam skedat kien jittratta l-imsemmija logħba.  Żied li dan il-każ kien juri li minkejja l-miżuri preventivi li kien qed jieħu l-istazzjoni xorta kien hemm il-ħtieġa ta’ aktar skrutinju mill-uffiċċjali responsabbli.

L-Awtorità ddiskutiet dan il-każ u ħadet nota tal-ammissjoni minn naħa tal-istazzjon u għalhekk imponiet il-penali ta’ €930 li kellha titħallas fi żmien xahar mid-data tan-notifika.


18 ta’ Novembru, 2013


TVM - Reklamar - 27 t’Ottubru u t-3 ta’ Novembru, 2013

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar ix-xandiriet tas-27 t’Ottubru u t-3 ta’ Novembru, 2013 fejn ġie allegat ksur ta’ paragrafu 15 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir meta fil-ġurnata tal-Ħadd, 27 t’Ottubru, l-istazzjon xandar total ta’ 16-il minuta 26 sekonda ta’ reklamar filwaqt li nhar il-Ħadd 3 ta’ Novembru TVM xandar total ta’ 15-il minuta 7 sekondi ta’ reklamar bejn il-11.00a.m. u nofsinhar.

L-Awtorità semgħet lis-Sur Mario Micallef f’isem u in rappreżentanza tal-istazzjon, f’seduta li nżammet fit-3 ta’ Diċembru, 2013, li minn naħa tiegħu ammetta l-akkuża. 

L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tal-ammissjoni minn naħa tal-istazzjon iddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata u in vista tal-fatt li din ma kienitx l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur iddeċidiet li timponi l-piena ridotta relattiva ta’ €930 liema penali kellha titħallas fi żmien xahar mid-data ta’ din in-notifika.

Illum 9 ta’ Diċembru, 2013


ONE - Reklamar - 3 ta' Novembru 2013 

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE dwar il-xandiriet tal-Ħadd 3 ta’ Novembru, 2013 fejn ġie allegat ksur ta’ Paragrafu 15 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir meta f’siegħa l-istazzjon xandar total ta’ 15-il minuta u 43 sekonda ta’ reklami.
L-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv f’seduta li nżammet fis-26 ta’ Novembru, 2013 li minn naħa tiegħu qal li l-istazzjon kien infurmah li dan kien qiegħed jammetti l-akkuża miġjuba kontrih.

L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet inkluż il-fatt li dan il-programm instab ħati drabi oħra ta’ tali ksur, u l-ammissjoni min naħa tal-istazzjon iddeċidiet li timponi l-penali relattiva, madanakollu in vista tal-ammissjoni il-penali kellha tkun waħda ridotta ta’ €930 liema penali kellha titħallas fi żmien xahar mid-data tan-notifika.

Illum 9 ta’ Diċembru, 2013 


TVM - The Wedding Battle - 5 ta’ Novembru, 2013

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar il-programm The Wedding Battle li xxandar fil-5 ta’ Novembru, 2013 fejn ġie allegat ksur ta’ paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir meta f’waqt minnhom, iż-żewġ parteċipanti nisa ntalbu jieħdu sehem f’logħba li fiha kellhom ibiddlu tyre ta’ karozza. Din il-logħba saret on location għand Meli Car Rentals Ltd u dan deher fl-introduzzjoni tas-Sur Meli mal-parteċipanti.  Ftit sekondi wara ħareġ reklam split screen ta’ Meli Car Rentals, u dan bi ksur tal-leġislazzjoni dwar separazzjoni ta’ kontenut u reklamar.  Barra minn hekk, wara din ir-rokna tal-logħba xxandar reklam ta’ Meli Car Rentals, liema reklam kien l-ewwel wieħed minn sensiela ta’ reklami.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv kif ukoll lis-Sur Mario Micallef f’isem u in rappreżentanza tal-istazzjon u lis-Sinjuri Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa għall-produzzjoni, f’seduta li nżammet fit-3 ta’ Diċembru, 2013. 

Minn naħa tiegħu is-Sur Vella Haber filwaqt li ammetta l-akkuża, iddikjara li dan kien proġett ġdid għall-produzzjoni li hija aktar sinonima mal-ġeneru tad-Drama u kien evidenti li kien għad hemm inċertezzi fl-interpretazzjoni tal-provvedimenti tal-liġi minn naħa tal-istess produtturi.

Żied li l-produzzjoni riedet taderixxi b’mod sħiħ mar-regolamenti viġenti f’dan il-qasam madanakollu kien preokkupat bil-fatt li l-informazzjoni li kien qed jingħata b’konnessjoni mar-regolamenti u l-interpretazzjoni tagħhom ma kienitx qed tkun ċara biżżejjed u talab aktar għajnuna f’dan il-qasam.

L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet inkluż tal-fatt li l-istazzjon kien ammetta l-akkuża u għaldaqstant iddeċidiet li l-akkuża kienet tirriżulta madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur f’dan il-programm u li jidher li kienu diġà ttieħdu passi neċessarji mill-produtturi iddeċidiet li flok timponi l-penali din kellha twiddeb lill-istess sabiex ma jirrepetix tali nuqqas. 

llum 9 ta’ Diċembru, 2013


TVM - Niskata - Tas-6 u s-7 ta’ Novembru, 2013. 

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar l-edizzjonijiet tal-programm Niskata li xxandru fis-6 u s-7 ta’ Novembru,  2013 fejn ġie allegat ksur ta’ Artiklu 16K (a) tal-Att Dwar ix-Xandir meta (i) fil-programm tas-6 ta’ Novembru kien hemm rokna ma’ Donella Agius li fiha mudelli dehru b’ilbies differenti biex jippromovu l-moda attwali.  Waqt din ir-rokna saru referenzi għall-ilbies partikolari iktar mill-istil u dan jagħti lok għar-reklamar b’ħabi, aktar u aktar meta kien hemm indikazzjoni biex it-telespettaturi jfittxu l-isem ta’ Donella Agius fuq il-Facebook u jkunu jistgħu isaqsu l-mistoqsijiet.  Eżatt wara dan is-servizz, ixxandar l-isponsor bid-dettalji ta’ D Club ta’ Vjal Indipendenza, Naxxar u dan bi ksur tal-provedimenti tal-Att Dwar ix-Xandir u (ii) fl-edizzjoni tas-7 ta’ Novembru kien hemm Rita li tkellmet dwar diversi lbiesi li ħadet magħha fl-istudio. Waqt il-preżentazzjoni saru rimarki li dawn l-ilbiesi jiġu f’diversi qisien. Skont l-akkuża l-mod ta’ kif twasslet din ir-rokna wassal biex din ġiet ridotta għal rokna ta’ telebejgħ mingħajr ma ġie indikat il-prezz.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv kif ukoll lis-Sur Rueben Zammit Head of Programmes f’isem u in rappreżentanza tal-istazzjon u lis-Sinjura Angela Agius għall-produzzjoni, f’seduta li nżammet fl-10 ta’ Diċembru, 2013, li minn naħa tagħha ikkontendiet li ż-żewġ każi kienu riżultat ta’ nuqqas minn naħa tal-produzzjoni u li hekk kif kienet infurmata bl-akkuża hija ħadet il-miżuri neċessarji sabiex każi simili jiġu kompletament evitati. 

Is-Sinjura Agius u kif ukoll is-Sur Zammit irrikonoxxew il-fatt li sfortunatament xi drabi l-mistiedna fil-programmi jaqbżu l-limiti konsentiti u jitrasformaw irkejjen informattivi f’reklami. 

L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet inkluż tal-fatt li l-istazzjon kien ammetta l-akkuża u li kien ħa l-miżuri korrettorji u iddeċidiet li l-akkuża kienet tirriżulta madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur f’dan il-programm u li jidher li kienu diġà ttieħdu passi mill-produtturi f’dan ir-rigward iddeċidiet li flok timponi l-penali toħroġ twiddiba lill-istess sabiex ma jirrepetix tali nuqqas. 

16 ta’ Diċembru, 2013


ONE - Tfal - 10 ta' Novembru 2013 

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE dwar il-programm it-Tfal li xxandar fl-10 ta’ Novembru, 2013 fejn ġie allegat ksur ta’ paragrafu 15 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir meta waqt dan il-programm l-istazzjon xandar total ta’ 15-il minuta 18-il sekonda ta’ reklami.

L-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv f’seduta li nżammet fis-26 ta’ Novembru, 2013, li minn naħa tiegħu qal li l-istazzjon kien infurmah li dan kien qiegħed jammetti l-akkuża miġjuba kontrih.

L-Awtorità wara li iddiskutiet dan il-każ iddeċidiet li minkejja l-ammissjoni, peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur din kellha twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix tali aġir.

Illum 9 ta’ Diċembru, 2013


ONE - Kalamita - 12 ta' Novembru 2013

In vista ta' l-ammissjoni b'imejl datata 14 ta' Jannar 2014, u ai termini tal-liġi, l-Awtorità imponiet il-penali relattiva ta’ €930 kontra l-istazzjon, liema penali għandha titħallas fi żmien xahar  mid-data tan-notifika.

 Illum, 20 ta' Jannar 2014


TVM - Katrina - 14 u 28 ta' Novembru 2013 

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM  rigward l-edizzjonijiet tal-programm Katrina tal-14 u t-28 ta’ Novembru, 2013 fejn ġie allegat ksur ta’ Artiklu 16M(4)(a) li ma jippermettix ‘product placement’ ta’ prodotti ta’ tabakk jew sigarretti meta fiż-żewġ episodji jidhru żewġ xeni li fihom l-attriċi tidher tpejjep u fl-istess ħin jidher ukoll il-pakkett tas-sigarretti tad-ditta Dunhill.

L-Awtorità semgħet il-Kap Eżekuttiv u lis-Sur Mario Micallef f’isem u in rappreżentanza tal-istazzjon, f’seduta li nżammet fl-14 ta’ Jannar, 2014,  li min naħa tiegħu filwaqt li ammetta l-akkuża u talab skuża għal dan in-nuqqas saħaq li minkejja l-miżuri li qed jieħu l-istazzjon bl-impjieg ta’ tlett uffiċċjali b’inkarigu speċifiku li jissorveljaw il-programmi kollha qabel jiġu trasmessi, sfortunatament dan in-nuqqas ma ġiex rilevat.

L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u tal-fatt li dan in-nuqqas kien ripetut u qablet li dan il-każ li jirrilgwarda l-pubbliċita ta’ sigaretti, kien każ serju li saħansitra l-Unjoni Ewropea kienet tinsisti li jkun ikkontrollat b’mod rigoruż u għalhekk l-Awtorità ma setgħetx tidher li qed tieħu każi bħal dawn b’leġġerezza.

In vista ta’ dan l-Awtorità filwaqt li qablet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata iddeċiediet li timponi l-penali relattiva ta’ €1,750 li kellha titħallas fi żmien xahar mid-data tan-notifika. 

Illum 20 ta’ Jannar, 2013 


ONE - One Night Stand - 19 ta' Novembru 2013 

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE dwar il-programm One Night Stand li xxandar fid-19 ta’ Novembru, 2013 fejn ġie allegat ksur ta’ Artiklu 16M (3)(c) tal-Att Dwar ix-Xandir meta l-istazzjon kellu diversi istanzi fejn kien hemm aċċenn eċċessiv fuq il-prodotti fl-ambitu ta’ product placement.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv kif ukoll lis-Sinjura Ruth Vella Micallef għan-nom u in rappreżentanza tal-istazzjon u kif ukoll lis-Sur Owen Bonnici għall-produzzjoni, f’seduta li nżammet fil-11 ta’ Frar, 2014.

Il-Kap Eżekuttiv qal li s-serje ta’ programmi in eżami huma meqjusa Light Entertainment u għaldaqstant l-inklużjoni ta’ product placement hija permissibbli, madanakollu fl-edizzjoni indikata fl-akkuża kien hemm wisq prominenza għall-oġġetti li kienu esebiti bħala parti mis-set, fejn f’xi każi dawn jiġu nkwadrati diversi drabi mingħajr ħtieġa.  Żied li dan l-aġir imur kontra l-ispirtu ta’ product placement kif rifless fid-Direttiva tal-Unjoni Ewropeja u konsegwentement fl-Att dwar ix-Xandir.

Minn naħa tagħha s-Sinjura Vella Micallef qalet li sa mill-bidu tas-sensiela kien hemm kuntatt ma’ uffiċċjali tal-Awtorità bil-għan li dan il-programm isegwi u josserva b’mod rett il-provvedimenti tal-liġi u dan juri li l-istazzjon ma kellu l-ebda intenzjoni li jmur kontra l-liġi.

Is-Sur Owen Bonnici filwaqt li kkonferma s-sottomissjoni tal-istazzjon, qal li minn naħa tal-produzzjoni, kif sar fil-passat kien ser jibqa’ jsir kull sforz sabiex l-imsemmija provvedimenti jiġu mħarsa u osservati b’mod sħiħ.  Żied li in vista ta’ dan il-każ kien ser jagħmel kuntatt minnufiħ mal-uffiċjali tal-Awtorità sabiex ikunu rettifikati n-nuqqasijiet indikati fl-akkuża. 

L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet inkluż l-ammissjoni minn naħa tal-istazzjon u qablet li l-akkuża kienet tirriżulta madanakollu stante li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur iddeċidiet li kellha twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix tali nuqqasijiet.

Illum 17 ta’ Frar, 2014


 
ONE - Reklamar - 28 ta' Novembru 2013 

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE dwar xandira tat-28 ta’ Novembru, 2013 fejn ġie allegat ksur ta’ Paragrafu 15 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir meta l-istazzjon xandar total ta’ 17-il minuta u 43 sekonda ta’ reklamar.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv kif ukoll lis-Sinjura Ruth Vella Micallef, f’sedua li nżammet fil-11 ta’ Frar, 2014,  li kienet qed tidher għan-nom u fl-interess tal-istazzjon u li minn naħa tagħha filwaqt li ammettiet li matul is-siegħa li għaliha saret riferenza fl-akkuża li l-ammont ta’ ħin ta’ reklami kien aktar mit-12 il-minuta permessi mill-Liġi, ippreżentat kopja tal-log sheet tat-trażmissjoni ta’ dakinhar u spjegat li minħabba over-running tal-Aħbarijiet ta’ dakinhar, il-programmi bdew tard u s-slot li kellu jixxandar qabel id-9pm fil-fatt beda fid-9.01pm u għalhekk b’dak is-slot inqabeż il-ħin permissibbli. Hija assigurat lill-Bord li dan kien nuqqas ġenwin u mhux talli ma kien hemm l-ebda ntenzjoni li jsir ksur tal-Liġi talli diġa ttieħdu passi biex tali istanzi ta’ spostament ta’ ħinijiet dedikati għal reklami jiġu possibilment eliminati.

L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet b’mod partikolari tal-fatt li l-istazzjon ma kellux kontroll fuq iċ-ċaqlieq fl-iskeda dakinnhar u li ma kienx possibbli li jirrimedja s-sitwazzjoni, u ddeċidiet li minkejja li l-akkuża tirriżulta, minħabba ċ-ċirkostanzi tal-każ ma ħassitx li kellha timponi l-penali relattiva.

Illum 17 ta’ Frar, 2014


 
TVM - Sibtek - 30 ta' Novembru 2013 

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar il-programm Sibtek li xxandar fit-30 ta’ Novembru,  2013 fejn ġie allegat ksur ta’ Paragrafu 15 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir meta waqt il-programm bejn is-14:00 u t-15:00 ixxandar total ta’ 15-il-minuta u 43 sekonda f’reklamar.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv kif ukoll lis-Sur Mario Micallef għan-nom u in rappreżentanza tal-istazzjon, f’seduta li nżammet fit-8 t’April, 2014, li minn naħa tiegħu ikkontenda li wara nofsinhar kien hemm ħsara teknika u qtugħ fit-trażmissjoni li dak il-ħin kienet live billi tefgħet ir-running order tal-programm lura bl-istess ammont ta’ ħin.  Żied li dan finalment irriżulta fl-eċċess ta’ reklamar fis-siegħa bejn is-2.00p.m. u t-3.00p.m.

Is-Sur Micallef ikkonferma li wara l-qtugħ fit-trasmissjoni l-kontenut intilef imma r-reklami ħarġu malli tkompliet it-trasmissjoni.

L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet inkluż tal-fatt li dan il-ksur tal-liġi kien avverra ruħhu minħabba ċirkostanzi partikolari iddeċidiet li l-akkuża ma kienitx tissussisti madanakollu l-Awtorità ddiriġiet li l-istazzjon kellu jkun infurmat li dan kellu l-obbligu li jirrapportalha tali ċirkostanzi hekk kif dawn iseħħu. 

Illum 22 t’April, 2014 


 
TVM - News - 5 ta' Diċembru 2013 

L-Awtorità kellha quddiemha ilment mill-Partit Nazzjonalista datat 11 ta’ Diċembru 2013 dwar allegat nuqqas minn naħa tal-istazzjon meta dan naqas li jirrapporta d-diskors tal-Ministru Edward Scicluna quddiem membri tal-Parlament Ewropew, u kif ukoll li l-kamra tal-aħbarijiet tal-PBS ma rrapurtatx ir-reazzjoni tal-Partit Nazzjonalista għal dak li stqarr il-Ministru tal-Finanzi, liema nuqqasijiet skont l-ilment kienu jikkostitwixxu żbilanċ kontra l-Partit Nazzjonalista u li għaldaqstant kien meħtieġ rimedju.

L-Awtorità semgħet lil Dr Karol Aquilina, Dr Francis Zammit Dimech f’isem u in rappreżentanza tal-Partit Nazzjonalista fil-preżenza ta’ Dr Chris Said, Segretarju Ġenerali, u s-Sur Nicholas Azzopardi mill-Uffiċju tad-Direttur tal-Informazzjoni u lil Dr Mark Vassallo f’isem u in rappreżentanza ta’ PBS Ltd u lis-Sur Reno Bugeja, Editur u Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet ta’ PBS Ltd.

Dr Karol Aquilina qal li waqt sessjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Diċembru, 2013 u waqt li kien qed jirrispondi domanda ta’ Membru Parlamentari Ewropew, dwar il-kwistjoni taċ-ċittadinanza, il-Ministru tal-Finanzi, il-Professur Edward Scicluna, m’ għamilx difiża għal dak li kien qed jipproponi l-Gvern, iżda qal li kien sar żball fil-mod kif din l-inizjattiva tmexxiet, kien jifhem il-preokupazzjoni tal-Membri Parlamentari Ewropej,  kien ser ikun hemm capping ta’ 50 applikazzjoni u li din l-inizjattiva ma kienitx miżura tal-Gvern marbuta mal-budget. Żied li in oltre mill-informazzjoni li ta l-Ministru Scicluna, kien jidher li l-flus li l-Gvern kien ser jiġbor minn din l-iskema kienu jirrappreżentaw in-nofs tas-somma li kienet ġiet inizjalment indikata. 

Dr Aquilina qal li ma kienx hemm dubbju li dawn il-punti kienu jirriflettu dak li kien qed jgħid il-Partit Nazzjonalista u kienu intiżi biex iserrħu ras il-Membri Parlamentari Ewropej u li kellhom valur ta’ aħbar.  Żied li wara nofsinhar, din is-silta mill-intervent tal-Ministru Scicluna kienet qed tiġi rrappurtata b’mod estensiv fuq is-social media inkluż il-ġurnali, madankollu l-PBS iddeċieda li jiċċensura u la jxandar il-filmat bl-intervent tal-Ministru u lanqas l-istqarrija b’reazzjoni tal-Partit Nazzjonalista.   

Dr Aquilina qal li dan il-każ ma kienx wieħed ta’ oversight mill-PBS iżda tħalla barra biex dak li qal il-Ministru Scicluna u l-Partit Nazzjonalista ma jissemmew qatt.  Żied li madanakollu tlett ijiem wara, l-istazzjon irrapporta dak li ntqal mill-Prim Ministru dwar il-każ kif ukoll  dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni.

Dr Aquilina irrefera għad-deċiżjoni tal-Awtorità li ttieħdet is-sena li għaddiet dwar ilment tal-Partit Laburista kontra l-PBS rigwardanti r-rappurtaġġ ta’ żjara li kien għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni lill-Bord tal-Ko-operattivi u qal li f’dan il-każ il-fatt li l-istazzjon irrapporta din l-aħbar l’għada skont l-istess Awtorità kien jikkostitwixxi żbilanċ. Żied li l-każ in eżami kien jippreżenta sitwazzjoni aktar serja peress li l-istazzjon ma kien irrapporta xejn.  Dr Aquilina saħaq li f’dan il-każ l-istazzjon arbitrarjament iddeċieda li ma jxandarx il-fatti minkejja li l-valur tal-aħbar kien jeżisti.  Żied li l-pubbliku kellu dritt ikun jaf x’qal il-Ministru tal-Finanzi u f’dan il-każ il-PBS kien ħoloq żbilanċ.

Is-Sur Reno Bugeja minn naħa tiegħu qal li l-kamra tal-aħbarijiet ma kellhiex sistema ta’ moniteraġġ biex issegwi dak kollu li jkun qed jiġi diskuss waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, kif ukoll fuq is-social media.  Żied li d-diskors tal-Ministru tal-Finanzi fl-intier tiegħu kien twil madwar siegħa u nofs u kien biss l-għada li huwa kellu l-opportunità li jarah. 

Is-Sur Bugeja qal li dwar dan l-intervent,  il-Kamra tal-Aħbarijiet kienet irċeviet stqarrija tad-Dipartiment tal-Informazzjoni dwar l-intervent tal-Ministru Scicluna li għalkemm kienet tippreżenta kontenut informattiv ma kien hemm xejn ta’ importanza partikolari u ta’ valur ta’ aħbar.  Żied li fl-istess 24 siegħa l-istazzjon ma xandarx diversi stqarrijiet oħra relatati ma’ laqgħat ta’ diversi Ministri u Segretarji Parlamentari oħra fi Brussel.  In oltre fit-19:50 irċieva stqarrija tal-PN bħala reazzjoni inizjali għad-diskors tal-Ministru Edward Scicluna iżda peress li l-istazzjon ma rrapurtax d-diskors tal-Ministru, din l-istqarrija ma setgħetx tixxandar. 

Is-Sur Bugeja qal li skont hu dak li kien qed jidher fuq is-social media u uħud mill-ġurnali online ma kienux fatti imma interpretazzjoni ta’ dak li kien intqal u għaldaqstant fid-diskrezzjoni editorjali tiegħu ħass li ma kellux jirrapporta.  Żied li b’mod ġenerali l-istazzjon dejjem ittratta l-issue taċ-ċittadinanza b’mod apert u dejjem fittex li ma jħalli xejn barra, u stqarr li l-aħbarijiet tal-istazzjon huma konsistenti mal-linja editorjali fejn dejjem wasslu s-sustanza tal-messaġġ politiku jekk kien hemm valur ta’ aħbar. 

F’dan l-istadju dwar l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista, Dr Mark Vassallo qal li f’dan il-każ wieħed kellu jikkonsidra d-diffikultà tal-Kamra tal-Aħbarijiet li jxandar rapport dwar stqarrija li tidħol ftit minuti qabel il-bullettin prinċipali.  Żied li, in oltre, ir-Registered Editor tal-istazzjon dehrlu li din l-istess stqarrija ma kellhix valur t’aħbar.

Dr Vassallo qal li r-rwol kostituzzjonali tal-Awtorità ma kienx tali li din kellha l-poter li tissostitwixxi d-diskrezzjoni tal-Kap tal-Aħbarijiet ħlief meta jkun hemm estremitajiet ta’ preġudizzju u ta’ imparzjalità.  Żied li f’dan il-kuntest l-Awtorità ma setgħetx tħares lejn dan l-ilment f’iżolament u kellha minflok tiddetermina jekk kienx hemm pattern u serje ta’ istanzi fejn kien jirriżulta żbilanċ.   

Dr Mark Vassallo qal li dwar id-deċiżjoni tal-Awtorità li rrefera għaliha l-Partit Nazzjonalista kienet tirreferi għal każ differenti u ma kienitx rilevanti għall-ilment odjern.    Żied li l-Kap tal-Aħbarijiet tal-istazzjon kellu diskrezzjoni sanċit bil-liġi (L.S. 350.14) biex jiddeċiedi dwar il-valur tal-aħbar u l-intervent tal-Awtorità tax-Xandir kellu jsir biss f’każijiet estremi. 

Dr Francis Zammit Dimech qal li l-argument tal-istazzjon li ma jistax isegwi u jimmoniterja s-social media kienet problema fl-istruttura u ma kellha bl-ebda mod taffettwa l-kwalità tal-Aħbarijiet.  Żied li l-liġi kienet tqiegħed obbligu aktar oneruż fuq l-istazzjon pubbliku partikolarment dwar materja ta’ kontroversja politika u/jew industrijali, u li l-materja trattata f’dan l-ilment u ċjoe’ l-kwistjoni taċ-ċittadinanza kienet b’mod assolut materja kontroversjali u ta’ policy pubblika kurrenti.  Żied li f’dan il-każ jekk kif intqal l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista kienet waslet tard, l-istazzjon seta’ ħa spunt minnha u pprepara rapport adegwat u mhux ħoloq skuża biex ma jxandarhiex.

Dr Zammit Dimech qal li l-pubbliku kellu d-dritt ikun jaf x’qal Ministru tal-Gvern f’sede Ewropea u l-ħames punti ġia deskritti minn Dr Karol Aquilina kienu jindikaw diverġenza bejn dak li kien qed jgħid il-Ministru u dak li kien qed jippreżenta l-Gvern u għaldaqstant kienu jikkostitwixxu aħbar li l-istazzjon kellu l-obbligu li jxandar.  Dr Zammit Dimech qal li stazzjon pubbliku ma jistax iffittex li  jibbilanċja ma stazzjonijiet oħrajn u l-Awtorità kellha tara li l-istazzjon pubbliku jwassal għand il-poplu dak li qal il-Ministru.  In vista ta’ dan, il-Partit Nazzjonalista kien qed jitlob rimedju.

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet taż-żewg partijiet, l-Awtorita iddeċidiet kif ġej:

(1) Li filwaqt li l-għażla tal-istejjer dwar x’jiġi mxandar jew le hija dejjem dik tal-istazzjon u dan konsonanti mal-provvedimenti tal-Liġi Sussidjarja 350.14, u li għal darb’oħra l-Awtorità ssostni li bl-ebda mod ma trid tusurpa dan id-dritt ta’ għażla, dan id-dritt mhux assolut u l-istess liġi tagħti definizzjoni ta’ x’jikkostitwixxi aħbar. L-Awtorità ma tistax taqbel mat-teżi imressqa mill-PBS li d-diskors li għamel il-Ministru tal-Finanzi fl-intier tiegħu fil-Parlament Ewropew ma kellux valur t’aħbar u li l-PBS kellu jara x’kien id-diskors kollu u sunt tiegħu jitwassal lit-telespettatur, inkluża l-parti fejn tkellem dwar il-kwistjoni taċ-ċittadinanza. B’dan is-servizz komprensiv, il-PBS kien ikun qed iżomm lit-telespettaturi infurmati bl-istorja sħiħa.

(2) Dwar ir-referenza fl-ilment li n-nuqqas ta’ rappurtaġġ ta’ din l-istorja ħoloq żbilanċ kontra l-Partit Nazzjonalista, l-Awtorità kkonkludiet li l-istazzjon għażel li ma jinkludix la l-istqarrija maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni dwar il-laqgħa li kellu l-Ministru tal-Finanzi mal-Parlament Ewropew u lanqas l-istqarrija maħruġa mill-PN b’reazzjoni inizjali għal parti minn dak li kien intqal matul l-istess laqgħa. Każ ta’ żbilanċ jinħoloq biss meta xandar jagħżel li jwassal naħa waħda tal-istorja u jeskludi l-parti l-oħra. Dan ma jirriżultax li kien il-każ.

(3) Jirriżulta wkoll li referenza għal dak li qal il-Ministru tal-Finanzi ġie rrapurtat waqt l-aħbarijiet tat-8pm ta’ TVM ta’ nhar il-Ħadd, 8 ta’ Diċembru waqt rapport ta’ attività li fiha tkellem Dr Simon Busuttil, il-Kap tal-Oppożizzjoni, u waqt ir-rapport ta’ diskors tal-Prim Ministru f’attività oħra fl-istess ġurnata.

(4) Fid-dawl ta’ dawn il-konsiderazzjonijiet, l-Awtorità tikkonkludi li, filwaqt li l-istazzjon naqas meta għażel li ma jxandarx l-aħbar fuq it-teżi li ma kellhiex valur t’aħbar, ma jsibx li dan ħoloq każ ta’ żbilanċ kontra l-Partit Nazzjonalista u għalhekk l-ilment f’dan ir-rigward mhux qed jiġi milqugħ u konsegwentement ma tarax li għandu jingħata rimedju. 

(5) Li din id-deċiżjoni tinqara fl-intier tagħha fil-Bullettin tat-8pm ta’ TVM ta’ llum.

Illum 20 ta’ Diċembru, 2013


ONE - In D House - 6 ta' Diċembru 2013 

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE dwar il-programm In D House li xxandar fis-6 ta’ Diċembru, 2013 fejn ġie allegat ksur ta’ Artiklu 16M (3)(c) tal-Att dwar ix-Xandir meta waqt il-programm kien hemm prominenza żejda għall-prodotti Raffaella u Mio  kif ukoll nuqqas ta’ separazzjoni bejn il-kontenut tal-programm u r-reklamar bi ksur ta’ paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir f’rokna dwar l-istorage fil-kċejjen ippreżentata minn Andrew Debattista li sussegwentement deher ukoll fir-reklam ta’ Smart Homes.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv kif ukoll lis-Sinjura Ruth Vella Micallef li dehret għan-nom u in rappreżentanza tal-istazzjon u kif ukoll lis-Sinjura Pauline Agius għall-produzzjoni, f’seduta li nżammet fit-15 t’April, 2014.

Is-Sinjura Agius filwaqt li ammettiet il-parti tal-akkuża dwar Smart Homes, ikkontendiet li r-rokna ma’ Andrew Debattista (li kienet irrekorjdata minn qabel) kienet ġiet introdotta fil-programm fl-aħħar mumenti u dan biex tkun rimedjata l-assenza imprevista ta’ wieħed mill-mistiedna.  Żiedet li f’dan il-każ ir-rokna minn Andrew Debattista u reklamar għal Smart Homes mill-istess ma kienitx ippjanata u kienet inċidentali.

Is-Sinjura Agius qalet li l-prodotti Raffaella (ċikkulatini) kienu fil-fatt rigali li kellhom jitqassmu fil-programm partikolari u ma kienux preżenti tul is-sensiela kollha.  Żiedet li r-referenza għall-kafe A Modo Mio setgħet kienet eċċessiva madanakollu din kienet abbinata maż-żmien tal-Milied.

L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u qablet li l-akkuża kienet tirriżulta madanakollu stante li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur iddeċidiet li kellha twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix tali nuqqasijiet.

Illum 22 t’April, 2014


 

TVM - Reporter - 23 ta' Diċembru 2013 

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar il-programm Reporter li xxandar fit-23 ta’ Diċembru, 2013 fejn ġie allegat ksur ta’ Artiklu 16K(a) tal-Att dwar ix-Xandir meta jirriżulta li kien ta’ element pubbliċitarju għal tliet ristoranti u l-kontenut tal-programm kien jikkostitwixxi reklamar b’ħabi.

Is-Sur Reno Bugeja qal li wieħed ried iżomm f’moħħu li dan il-programm ixxandar jumejn qabel il-Milied meta ħadd ma jkun irid jisma’ b’kontroversja politika.  Żied li l-għażla tas-suġġett u l-mistiedna kienet influwenzata mill-fatt li proprju xi jiem qabel kien għadu kif ġie ppubblikat id-Definitively Good Guide u l-produtturi ħasbu biex jistiednu lit-tliet chefs/sidien tar-ristoranti li kklassifikaw fl-ewwel tliet postijiet f’dawn l-Awards.  Żied li ma kienitx l-intenzjoni tal-istazzjon li jagħti xi vantaġġ kummerċjali lir-ristoranti in kwistjoni.

Minn naħa tiegħu is-Sur Saviour Balzan filwaqt li issottolineja l-fatt li dan il-programm kellu jkun wieħed pjuttost leġġer addattat għaż-żmien tas-sena, qal li minn naħa tiegħu, qabel il-programm huwa kien ġibed l-attenzjoni tal-mistednin għal kummenti li setgħu jikkostitwixxu reklamar.  Żied li l-mistiedna ma kienux komdi quddiem il-camera u ħafna drabi kellu jagħmel sforz biex dawn jitkellmu. 

Is-Sur Balzan saħaq u ddikkjara li l-programm ma kellu l-ebda konnessjoni kummerċjali mal-istabbilimenti in kwistjoni u saħansitra dawn ma kienux sponsors tal-programm jew reklamaturi fl-istess.

L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet inkluż tal-istazzjon u tal-produttur u wara li ddiskutiet il-kontenut tal-programm u kif ukoll il-problema marbuta mad-definizzjoni ta’ reklamar b’ħabi hekk kif riflessa fil-liġi qablet li l-akkuża ta’ ksur tal-Artiklu 16 K(a) tal-Liġi tax-Xandir ma ġietx ppruvata u għalhekk illiberat lill-istazzjon mill-akkuża kontrih.

Illum 22 t’April, 2014


 

 

 

 

Design Spacer