[08/14] EP Elections - Interview (15/05/2014)




Stqarrija 08/2014

XANDIRIET POLITIĊI MILL-AWTORITÀ TAX-XANDIR
GĦAL MATUL IL-KAMPANJA TAL-ELEZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW 2014

Għada, il-Ħamis, 15 ta' Mejju 2014 fl-iskema tax-Xandiriet Politiċi mill-Awtorità tax-Xandir għal matul il-Kampanja tal-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew ser tixxandar intervista mas-Sur Nazzareno Bonnici, Partit tal-Ajkla.

Is-Sur Bonnici kien intervistat minn Ruth Amajra u l-istervista ser tixxandar fuq TVM kif ukoll fuq Radju Malta wara l-bulletin prinċipali tal-aħbarijiet tat-8:00 ta' filgħaxija.

Mario Axiak
Kap Riċerka u Komunikazzjoni
14 ta' Mejju 2014