Energy FM - Qawwa ta’ Trasmissjoni - 5 ta’ Settembru, 2011




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ Energy FM dwar il-qawwa ta’ trasmissjoni fil-ġurnata tal-5 ta’ Settembru, 2011 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ paragrafu 3(d) tal-Ewwel Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir, meta rapport tal-Awtorità dwar il-Komunikazzjoni, kien jindika li t-trasmissjoni tal-istazzjon kienet teċċedi l-qawwa tas-sinjal kif riflessa fil-liċenzja rispettiva.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u lill-Avukat Joseph Arrigo li kien qiegħed jidher għan-nom u in rappreżentanza tas-Soċjeta’ Gallerija Trading Limited fil-preżenza tas-Sur Malcolm Sant, Direttur tal-istess Soċjeta’ u s-Sur David Spiteri u fiċ-ċirkostanzi tal-każ iddeċidiet li ma tkomplix tipproċedi kontra l-istazzjon.