
Ċirkulari 15/10
Lill-Istazzjonijiet tat-Televiżjoni
Nagħmel referenza għaċ-ċirkulari dwar l-avviż li jrid jidher u jinqara dwar it-tqegħid talprodott
(product placement). Peress li t-tqegħid tal-prodott huwa permessibbli biss fiddrama,
programmi sportivi u dawk meqjusa bħala ‘light entertainment’, l-obbligu ta’ kull
stazzjon huwa li jxandar l-avviż tat-tqegħid tal-prodott qabel dawn it-tliet tipi ta’
programmi biss.
Jidher li f’ċerti każijiet, xi stazzjonijiet qed ixandru dan l-avviż qabel kull programm. Dan
għandu jieqaf minnufih.
Nappella għall-kooperazzjoni tagħkom biex kemm jista’ jkun it-telespettaturi jsiru konxji li
dan il-kunċett huwa marbut biss ma’ dawn it-tliet ġeneri ta’ programmi. Nerġa’ nisħaq li
l-avviż irid jidher u jinqara qabel kull programm ta’ dawn it-tliet ġeneri li fih se jintuża ttqegħid
tal-prodott.
| Pierre Cassar | 23 ta’ Novembru 2010 |
| Kap Eżekuttiv | Ref 17/62 |