
Ċirkulari 21/04
Skeda tas-Sajf
Peress li bħalissa l-istazzjonijiet jagħmlu numru ta’ repeats ta’ programmi li jkunu xxandru fl-iskedi reċedenti, huwa importanti li qabel ma tixxandar repeat għandu jiġi żgurat illi l-ħin li fih dik ir-repeat se tkun se tixxandar tkun konformi mar-regolamenti li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tat-tfal u mar-reklamar.
Id-Dipartiment tal-Monitoring ta’ l-Awtorità qed isegwi mill-qrib dawn il-programmi biex jiżgura li l-liġi u r-regolamenti jiġu osservati.
6 ta’ Lulju 2004