
Ċirkulari 31/04
Xeni Makabri fl-Aħbarijiet
L-Awtorità qed tinnota li f’ċerti filmati li qed jintwerew waqt l-aħbarijiet qed jixxandru xeni makabri li jinkludu close-ups fuq partijiet tal-ġisem li jiġu dekapitati in konnessjoni mar-rappurtaġġ tal-ġrajjiet fl-Iraq.
Peress li meta jintwerew dawn il-filmati fil-bullettini prinċipali jkun hemm it-tfal u nies li jimpressjonaw irwieħhom qed jaraw l-aħbarijiet, intom għandkom tiżguraw li qabel ma jintwerew dawn ix-xeni makabri u/jew vjolenti, l-istazzjon għandu juża l-ġudizzju u d-diskrezzjoni tiegħu qabel ma jxandarhom u għandu jingħata avviż lit-telespettatur li l-filmat li jkun se jixxandar se jkollu xeni makabri u/jew vjolenti skond il-każ.
13 t’Ottubru 2004