
Ċirkulari 41/01
Sponsorship ta’ Servizzi Finanzjarji
L-Awtorità għadha kif għamlet eżerċizzju dwar monitoring ta’ programmi li għandhom x’jaqsmu ma’ servizzi finanzjarji. Jirriżulta li f’dawn it-tip ta’ programmi qed ikun hemm każijiet fejn l-isem ta’ l-isponsor mhux biss jissemma fil-bidu jew fit-tmiem tal-programm imma dan l-isem ikun in vision tul il-programm kollu jew tul parti mill-programm. F’każijiet oħra jidher ukoll innumru tat-telefon ta’ l-istess sponsor waqt il-programm.
L-Awtorità għalhekk talbitni ninfurma lill-istazzjonijiet kollha tat-televiżjoni illi jekk fi programmi finanzjarji jidher l-isem tal-kumpanija u/jew in-numru tat-telefon ta’ l-istess, dan ikun qed jikkostitwixxi reklam u r-regoli dwar sponsorship ma japplikawx għal dan il-kaċ. B’hekk il-ħin li fih jidher l-isem ta’ l-isponsor jiġi magħdud għall-fini tar-regola ta’ tnax-il minuta f’kull siegħa orarja.
Biex programm finanzjarju jikkwalifika bħala programm sponsorjat l-isem ta’ lisponsor ikun irid jissemma fil-bidu jew fit-tmiem tal-programm. Altrimenti, jekk l-isem jidher f’parti jew f’tul il-programm kollu dan ikun reklam, li naturalment jista’ jsir, iżda l-ħin tiegħu jiġi magħdud għall-fini tar-regola ta’ tnax-il minuta ta’ reklamar f’kull siegħa orarja.
Din il-kjarifikazzjoni għandha għalhekk isservi ta’ gwida għal dawn it-tip ta’ programmi.
28 ta’ Novembru 2001