
Cirkulari 49/07
Interpretazzjoni tal-Htigijiet dwar Standards u Prattika
li Japplikaw ghal Bullettini ta’ l-Ahbarijiet
u l-Programmi ta’ Grajjiet Kurrenti
L-Awtorita' taghmel referenza ghall-paragrafu 6.1 tal-Htigijiet hawn fuq imsemmija u tixtieq ticcara dan li gej. Fil-kaz tal-kliem “Materjal Rikostruwit” dan ifisser biss dawk il-kazijiet fejn issir drammatizzazzjoni fl-ahbarijiet jew f’programm ta’ grajjiet kurrenti li jkunu qeghdin juru b’mod drammatizat fatti li attwalment ikunu graw u mhux xi allegazzjonijiet li xi hadd qal jew grajjiet ipotetici. Per ezempju xhiedha li tinghata f’qorti tista’ ssir b’mod drammatizzat dment li din tkun fidila ghal dak li x-xhud ikun xehed dwarha. Mhux permess ghalhekk li ssir drammatizzazzjoni fl-ahbarijiet u fil-programmi ta’ grajjiet kurrenti li ma jkunx fattwali.
Meta l-programm ikun bil-Malti ghandha tittella’ fuq l-iskrin l-caption “Drammatizzazzjoni” filwaqt li meta l-programm ikun bl-Ingliz ghandhom jintuzaw il-kliem “dramatised reconstruction”.
Dwar il-paragrafu 13.1.1 ta’ l-istess Htigijiet li jirrikjedu lix-xandar biex ixandar dik il-parti ta’ l-intervista fejn ikun talab il-kunsens ta’ min se jkun intervistat biex jirrekordja l-intervista, l-Awtorita' tifhem li kif inhi din id-disposizzjoni jista’ jkollok il-kaz fejn ikun hemm bzonn li din tixxandar ghal numru ta’ drabi waqt l-istess bullettin u li ghalhekk din tista’ ttellef mill-istil mexxej ta’ l-ahbarijiet. L-Awtorita' ghalhekk tixtieq tippreciza li din il-htiega tista' ma ssirx biss f’dak il-kaz fejn l-istazzjon izomm ir-recording ta’ dik l-intervista ghal perijodu ta’ tliet xhur mid-data li fiha tkun ixxandret l-intervista jew parti minnha. F’dawn it-tliet xhur il-Kap Esekuttiv ta’ l-Awtorita' jkollu d-dritt li jitlob lill-istazzjon biex jibghat it-tape ta’ l-intervista halli dak it-tape jigi vverifikat u, jekk ikun il-kaz, li jittiehdu l-passi opportuni f’kaz ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-Htigijiet hawn fuq imsemmija fil-paragrafu 13.1.1. u f’din l-interpretazzjoni.
| Dr Kevin Aquilina | | 2 ta’ Novembru 2007 |
| Kap Esekuttiv | | Ref 89/01 |
| Awtorita' tax-Xandir | | |