
Cirkulari 53/08
Cirkulari ghax-Xandara tat-Televizjoni
Flimkien ma' din ic-Cirkulari qed nehmez e-mail minghand Fr Joe Borg, Chairman tal-Kumitat dwar it-Traspozizzjoni tad-Direttiva dwar il-Servizzi tal-Medja Awdjovizivi ghall-attenzjoni taghkom.
Dr. Kevin Aquilina
Kap Ezekuttiv
Awtorita’ tax-Xandir
Għażiż Sinjur/a
Nirreferi għall-ittra li baghtitlek Daniela Vella fl-20 ta’ Ottubru dwar il-ħidma tal-Kumitat li qed jieħu ħsieb ix-xogħol meħtieġ biex id-Direttiva tal-Unjonji Ewropea dwar Servizzi tal-Media Awdjoviżivi (2007/65/EC) issir parti mil-liġi Maltija. Dan il-Kumitat nħatar biex jagħti parir lill-Gvern dwar dak li d-Direttiva tqisu bħala rakkomandat.
Il-Kumitat jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha li bagħatu s-suġġerimenti tagħhom. Il-Kumitat jinnota ukoll li minkejja li din id-direttiva tolqot mill-qrib lill-istazzjonijiet televiżivi, l-produtturi indipendenti, ditti tar-reklamar kif ukoll kumpaniji li jipproduċu xogħol awdjoviżiv online, kienu diversi dawk li ma kkummentawx. Nifhem li dan sar ma ghandhom l-ebda problema li r-rakkomandazzjoni li hemm fid-Direttiva – fosthom li ma jkunx hemm product placement; li l-programmi jkunu disponibbli ghall-persuni b’dizabilta u li jkun hemm mizuri aktar ristrittivi dwar reklamar – jidhlu fis-sehh.
Il-Kumitat beda jfassal tar-rapport tiegħu fid-dawl tal-kummenti li rċieva, riċerka relevanti dwar is-suġġett u l-opinjoni tal-membri tal-Kumitat.
Ghalkemm il-perijodu ta’ konsultazzjoni skada jekk tibghat xi kummenti waqt li nkunu qed niktbu r-rapport naraw ikunx possibbli li ninkluduhom.
Inselli ghalik
Fr J Borg
Chairman