 |
|
 |
|
|
 |
 |
 |
Deċiżjonijiet qabel Ottubru 2008 jinstabu ppublikati bħala Ċirkularijiet lill-Istazzjonijiet Deċiżjonijiet ta' l-Awtorita` tax-Xandir Ottubru 2008 - 2009 ILMENTI | Deċiżjoni dwal Ilmenti li saru mill-Partit Laburista kontra l-PBS (TVM) taħt Artiklu 34 tal-Att dwar ix-Xandir | Il-Partit Laburista ressaq żewġ ilmenti, taħt artiklu 34 tal-Att dwar ix-Xandir, dwar trattament inġust f’numru ta’ bullettini tal-aħbarijiet ta’ Television Malta. L-Awtorità semgħet dawn lilmenti f’seduta li saret nhar it-Tlieta, 1 ta’ Diċembru 2009. Waqt din is-seduta l-Partit Laburista kien rappreżentat minn Dr Stefan Zrinzo Azzopardi, President u Segretarju Ġenerali Ad Interim, l-Onorevoli Gino Cauchi u s-Sur Kurt Farrugia, Direttur tal-Komunikazzjoni. L-istazzjon kien rappreżentat minn Dr Natalino Fenech, Editur u Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet, u Dr Therese Commodini Cachia, konsulenta legali għall-PBS.
L-ewwel ilment tal-Partit Laburista kien dwar it-trasmissjoni waqt il-bullettin tal-aħbarijiet ta’ TVM ta’ nhar it-Tnejn, 16 ta’ Novembru 2009, tal-konferenza stampa li kienet ingħatat mill-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Joseph Muscat mill-bini tal-Parlament wara seduta parlamentari li fiha Dr Muscat kien wassal ir-reazzjoni uffiċjali tal-Oppożizzjoni għad-diskors tal-Budget. Fl-ittra oriġinali li permezz tagħha kien tressaq dan l-ilment, il-Partit Laburista kien ilmenta li, filwaqt li t-trasmissjoni tal-konferenza stampa li kienet ingħatat ġimgħa qabel minn naħa tal-Gvern kienet twaqqfet wara 49 minuta, il-Konferenza tal-Oppożizzjoni kienet ġiet allokata biss 38 minuta ta’ trasmissjoni. Fil-fatt, irriżulta, wara verifika li saret kemm mill-PBS kif ukoll mill-Awtorità tax-Xandir, li din l-informazzjoni ma kinitx korretta għaliex il-ħin ta’ trasmissjoni li ġie allokat għall-konferenza min-naħa tal-Gvern attwalment kien ta’ 39 minuta u 23 sekonda (mhux 49 minuta), jiġifieri minuta u 23 sekonda aktar minn dak allokat għall-Oppożizzjoni. Għalkemm il-PBS u l-Awtorità tax-Xandir ġibdu l-attenzjoni tal-Partit Laburista għal din id-diskrepanza, il-Partit Laburista xorta talab li l-ilment għandu jinstema’. Waqt is-smigh tal-ilment il-Partit Laburista tenna li, għalkemm id-differenza fil-ħin allokat għażżewġ trasmissjonijiet kienet inqas minn dik li kienet ġiet indikata fl-ittra tal-ilment, xorta waħda kien ġie żvantaġġat peress li il-mistoqsija li kienet saret mill-ġurnalist wara li kienet twaqqfet ittrasmissjoni tal-Oppożizzjoni kienet dwar materja ta’ ċerta importanza. Wara li evalwat il-fatti kollha għad-dispożizzjoni tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li ma setgħax jingħad li f’dan il-każ il-Partit Laburista kien ġie ttrattat b’mod inġust jew b’mod diskriminatorju, u għalhekk kkonkludiet ukoll li l-ilment ma kienx ġustifikat. It-tieni lment tal-Partit Laburista kien dwar il-fatt li, waqt li xi siltiet minn stqarrija għall-midja li kien ħareġ il-Partit Nazzjonalista nhar il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2009 b’reazzjoni għal diskors li kien għamel il-Mexxej tal-Partit Laburista kienu ġew irrappurtati dakinhar stess fil-bullettin talaħbarijiet ta’ TVM, stqarrija għall-midja li kien ħareġ il-Partit Laburista il-Ħadd ta’ wara b’reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi fil-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, ma kienet ingħatat l-ebda rappurtaġġ. Il-Partit Laburista għalhekk ilmenta li dan ma kienx ġust fil-konfront tiegħu, anki minħabba l-fatt li dik il-parti tal-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista li kienet ġiet rrappurtata ‘kienet kompletament barra l-kuntest tad-diskors ta’ Joseph Muscat’. Il-parti rrappurtata kienet tgħid hekk: ‘Il-Partit Nazzjonalista akkuża lill-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat li pprefera attività partiġġjana fuq ċerimonja li tfakkar il-vittmi taż-żewġ gwerer. Fl-istqarrija l-Partit Nazzjonalista akkuża wkoll lil Muscat li baqa’ ma kkommettix ruħu li l-Partit Laburista fil-gvern iraħħas id-dawl u l-ilma’.
B’reazzjoni għal dan l-ilment, l-istazzjon spjega li ‘Il-policy tagħha dwar stqarrijiet li jkunu għamlu l-mexxejja jiġu inklużi biss jekk ikun fihom fatti relevanti u mhux opinjonijiet politiċi ... il-bullettini tagħna m’humiex ‘notice boards’, la tal-partiti politiċi, u ta’ ħadd’. L-istazzjon tenna wkoll li l-kontenut tal-istqarrija tal-Partit Laburista kien effettivament ripetizzjoni tad-diskors li kien għamel il-Mexxej Laburista dakinhar stess, diskors li skont l-istazzjon kien ingħata rappurtaġġ estensiv fil-bullettin tal-aħbarijiet ta’ dakinhar. L-Awtorità tax-Xandir ma tistax ma taqbilx mal-politika editorjali tal-PBS indikata fil-paragrafu preċedenti, anki minħabba l-fatt li din il-policy għandha tgħin sabiex jonqos il-kontenut politiku eċċessiv fil-bullettini tal-aħbarijiet. Naturalment, importanti li din il-politika editorjali tiġi interpretata b’mod ekwu u konsistenti. Wara li evalwat il-kontenut tal-bullettin tal-aħbarijiet ta’ TVM tal-15 ta’ Novembru 2009 kif ukoll it-test tal-midja release maħruġa mill-Partit Laburista fl-istess data, l-Awtorità tħoss li dakinhar l-istazzjon mexa b’konformità mal-politika editorjali tiegħu. Min-naħa l-oħra, fil-każ tal-bullettin tal-aħbarijiet tat-8 ta’ Novembru 2009, l-Awtorità ma tistax tifhem kif, waqt li f’servizz dwar iċ-ċelebrazzjonijet ta’ Jum it-Tifkira l-istazzjon ma deherlux li kien hemm ilħtieġa li jikkummenta dwar l-assenza tal-Kap tal-Oppożizzjoni waqt iċ-ċerimonja fuq ilmonument tal-Gwerra (għalkemm intwera filmat tal-Onorevoli Anglu Farrugia li kien qed jirrappreżenta lill-Kap tal-Oppożizzjoni), imbagħad wasal għall-konklużjoni li referenza għal din l-assenza fi stqarrija ta’ partit politiku kienet tikkostitwixxi ‘fatt relevanti’ u ‘mhux opinjoni politika’ u li għalhekk kien jixirqilha tixxandar. L-Awtorità hija tal-opinjoni li hawnhekk listazzjon ma kienx konsistenti mal-politika editorjali tiegħu u għalhekk l-Awtorità hija tal-fehma wkoll li l-ilment tal-Partit Laburista, f’dan il-kuntest partikolari, huwa ġustifkat. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li, fiċ-ċirkostanzi partikolari ta’ dan il-każ, ma jkunx f’waqtu li tipprovdi xi rimedju partikolari.
| -----o----- | | | DEĊIŻJONIJIET | | Radju Malta - Reklamar dwar Logħob tal-Ażżard- 30 ta' Diċembru | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża tat-30 ta’ Diċembru, 2009 fejn Radju Malta kiser il-paragrafu 5.2 tal-Ħtiġijiet dwar ir-Reklami, Metodi ta’ Reklamar u Direttivi dwar Reklamar dwar Logħob tal-Ażżard fuq is-Servizzi tax-Xandir. Wara li l-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon li minn naħa tiegħu ikkontenda illi l-imsemmi ksur kien aċċidentali u possibilment ikkawżat minn żball uman, iddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata iżda peress li din kienet l-ewwel darba li avverra ruħu dan il-ksur iddeċidiet li twiddeb l-istazzjon. | | | | Super One Radio - Reklamar dwar Logħob tal-Ażżard- 19 ta' Diċembru | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża tad-19 ta’ Diċembru, 2009 fejn Super One Radio kiser il-paragrafu 5.2 tal-Ħtiġijiet dwar ir-Reklami, Metodi ta’ Reklamar u Direttivi dwar Reklamar dwar Logħob tal-Ażżard fuq is-Servizzi tax-Xandir. Wara li l-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv fl-assenza ta’ rappreżentant tal-istazzjon iddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata iżda peress li din kienet l-ewwel darba li avverra ruħu dan il-ksur iddeċidiet li twiddeb l-istazzjon. | | | | Radio 101 - Reklamar dwar Logħob tal-Ażżard- 18 ta' Diċembru | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża tat-18 ta’ Diċembru, 2009 fejn Radio 101 kiser il-paragrafu 5.2 tal-Ħtiġijiet dwar ir-Reklami, Metodi ta’ Reklamar u Direttivi dwar Reklamar dwar Logħob tal-Ażżard fuq is-Servizzi tax-Xandir. Wara li l-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon li minn naħa tiegħu ikkontenda illi l-imsemmi ksur kien riżultat ta’ żball uman minħabba pressjoni ta’ xogħol f’dan il-perjodu tas-sena, iddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata iżda peress li din kienet l-ewwel darba li avverra ruħu dan il-ksur iddeċidiet li twiddeb l-istazzjon.
| | | | PBS Ltd - Mhux Għal Kulħadd - 17 ta' Diċembru | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li l-programm Mhux Għal Kulħadd tas-17 ta’ Diċembru, 2009 kiser il-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir meta fl-imsemmi programm ġie trattat il-ktieb dwar it-tisjir ‘Take 15’. L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, lill-istazzjon li kien rappreżentat mis-Sur Ray Libreri u l-produttriċi Ms Claire Agius, li minn naħa tagħhom ikkontendew illi l-intenzjoni tal-programm ma kienitx li jippromwovi din il-pubblikazzjoni iżda li ssir analiżi tal-ktieb bil-parteċipazzjoni tal-awtriċi u kwalunkwe referenza għal stabbilimenti kummerċjali kellha l-għan li tagħti ħajr lil min kien qed isostni din l-inizjattiva. Fil-konklużjonijiet tagħha l-Awtorità ikkostatat illi ma kellha l-ebda oġġezzjoni għall-programmi ta’ din in-natura u dan sakemm l-iskop ma jkunx wieħed reklamatorju. Fil-fatt fil-każ in kwistjoni l-oġġezzjoni tal-Awtorità kienet tikkonċerna speċifikament il-parti konklussiva tal-programm fejn il-preżentatriċi irreferiet għall-istabbilimenti kummerċjali li kienu qegħdin ibiegħu din il-pubblikazzjoni. Fid-dawl ta’ dan, u fiċ-ċirkostanzi tal-każ l-Awtorità iddeċidiet li m’għandhiex tipproċedi ulterjorament. | | | | Smash TV - Kliem u Fatti - 10 u 17 ta' Diċembru 2009 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ Smash TV tal-programmi ‘Kliem u Fatti’ tal-10 u s-17 ta’ Diċembru, 2008 u tas-7, 14, 21 u 28 ta’ Jannar, 2009 u wara li kienet diġa semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u kif ukoll lill-istazzjon u l-produttur fis-seduta tal-21 ta’ April, 2009 iddeċidiet illi l-akkuża kienet ġiet ippruvata, madanakollu peress illi l-istazzjon immedjatament kien addotta miżuri korrettivi, rat illi fiċ-ċirkostanzi kellha twiddeb lill-istazzjon. Fl-istess waqt l-Awtorità irrimarkat u ddiriġiet lill-istazzjon li meta fi programmi jiġu trattati temi delikati bħall-vulnerabbiltà l-istazzjon kellu jkun ħafna aktar kawt fl-għażla tal-preżentaturi li kellhom ikunu persuni kompetenti u b’sensittività partikolari. | | | | One TV - X’Ħadd Magħna - 22 ta' Novembru 2009 | L-Awtorità kellha quddiema akkuża li l-programm X’Ħadd Magħna tat-22 ta’ Novembru, 2009 ma kienx hemm separazzjoni bejn ir-rokna informattiva u r-reklamar bi ksur tal-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir u l-interpretazzjoni tagħhom fiċ-ċirkulari 11/09. Wara li l-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon dehrilha li din l-akkuża ġiet ippruvata, meta l-obbligu ta’ separazzjoni adegwata ai termini tal-imsemmija provvedimenti u interpretazzjoni tagħhom ma ġiex rispettat, u peress li din kienet l-ewwel darba li dan il-programm instab ħati ta’ ksur tal-imsemmija provedimenti iddeċidiet illi twiddeb lill-istazzjon. | | | | One TV - Arani Issa - 19 ta' Novembru 2009 | L-Awtorità kellha quddiema akkuża tal-programm Arani Issa tad-19 ta’ Novembru, 2009, li kiser il-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir kif interpretati permezz ta’ ċirkolari 11/09. Dan peress li kien allegat li kien hemm assoċjazzjoni evidenti bejn il-kontenut f’żewġ irkejjen informattivi fil-programm, l-isponsors u r-reklami imxandra fl-istess programm. L-Awtorità rat il-filmat relattiv u semgħet lill-Kap Eżekuttiv, u kif ukoll lill-istazzjon u lill-producer li kkontendew illi l-assoċjazzjoni ma kinitx evidenti peress li kienu ttieħdu l-miżuri sabiex ir-reklami ma jinkludux kontenut relatat mal-parti informattiva u ma jixxandrux eżattament wara l-irkejjen informattivi rispettivi. Madanakollu l-Awtorita’ kienet tal-fehma illi l-akkuża kienet ġiet ippruvata peress li kemm Joe Azzopardi u kif ukoll Graziella Galdes huma persuni sinonimi mas-soċjetajiet kummerċjali Victor Azzopardi Jewellers u G Class by Gilda u għaldaqstant ai termini ta’ l-imsemmija provvedimenti, dawn ma setgħux jippreżentaw rokna informattiva meta l-programm kien sponsorjat u kien jinkludi reklami taż-żewġ soċjetajiet kummerċjali. Għalhekk l-Awtorità ddeċidiet li timponi penali amministrattiva fl-ammont ta’ elf, mija u erbgħa u sittin Euro (€1,164), liema penali kellha titħallas fi żmien xahar mid-data ta’ llum. | | | | One TV - Kalamita` - 11, 12 ta' Novembru 2009 | L-Awtorità kellha quddiema akkuża li l-programm Kalamita tal-11 u t-12 ta’ Novembru, 2009 ma kienx hemm separazzjoni bejn ir-rokna informattiva u r-reklamar bi ksur tal-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir u l-interpretazzjoni tagħhom fiċ-ċirkulari 11/09. L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon u rat il-filmat relattiv. L-Awtorità dehrilha li din l-akkuża ġiet ippruvata, meta l-obbligu ta’ separazzjoni adegwata ai termini tal-imsemmija provvedimenti u interpretazzjoni tagħhom ma ġiex rispettat u peress li din ma kienitx l-ewwel darba li dan il-programm instab ħati ta’ ksur tal-imsemmija provedimenti iddeċidiet li timponi penali fl-ammont ta’ elf mija u erbà u sittin Euro (€ 1,164) liema penali għandha titħallas fi żmien xahar mil-lum. | | | | One TV - Bla Aġenda - 7 ta' Novembru 2009 | L-Awtorità kellha quddiema akkuża tal-programm Bla Aġenda tas-7 ta’ Novembru, 2009, li kiser il-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir. L-Awtorità rat il-filmat relattiv u semgħet lill-Kap Eżekuttiv, lill-istazzjon li kien rappreżentat minn Ms Ruth Vella, lill-producer u l-Avukat Joe Mifsud għan-nom tal-producer li argumentaw illi dan il-programm kien wieħed ta’ natura informattiva (travelogue) u kien jimmerita li jixxandar peress li kien jitratta dak li kien qed jiġi meqjus bħala l-isbaħ vapur tal-passiġġieri fid-dinja. l-Awtorita’ irriteniet illi siltiet mill-programm hekk imsejħa informattivi kienu fil-fatt reklamatorji u dan b’għadd ta’ kummenti li kienu jippromwovu s-servizzi u l-faċilitajiet tal-vapur MSC Splendida, liema kummenti kienu saħansitra jinkludu referenza għal ġranet li fihom il-vapur jopera minn Malta. Għalhekk l-Awtorita’ kienet tal-fehma illi l-akkuża ġiet ippruvata, iżda peress li din kienet l-ewwel darba li dan il-programm instab ħati ta’ ksur tal-provvedimenti taħt l-Att dwar ix-Xandir, iddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon sabiex tali aġir ma jerġgħax jirrepeti ruħu. | | | | One TV - Looks - 7 ta' Novembru 2009 | L-Awtorità kellha quddiema akkuża li l-programm Looks tas-7 ta’ Novembru, 2009 ma kienx hemm separazzjoni bejn ir-rokna informattiva u r-reklamar bi ksur tal-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir u l-interpretazzjoni tagħhom fiċ-ċirkulari 11/09. Wara li l-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon dehrilha li din l-akkuża ġiet ippruvata, meta l-obbligu ta’ separazzjoni adegwata ai termini tal-imsemmija provedimenti u interpretazzjoni tagħhom ma ġiex rispettat u peress li din ma kienitx l-ewwel darba li dan il-programm instab ħati ta’ ksur tal-imsemmija provedimenti iddeċidiet li timponi penali fl-ammont ta’ elf mija u erbà u sittin Euro (€ 1,164) liema penali għandha titħallas fi żmien xahar mil-lum. | | | | TVM - ‘Deal or No Deal’ - 21 t’Ottubru u fit-2, 3 u 5 ta’ Novembru 2009 | L-Awtorità semgħet ukoll żewġ akkużi dwar numru ta’ edizzjonijiet separati talprogramm ‘Deal or No Deal’ li xxandru fuq TVM rispettivament fil-21 t’Ottubru u fit-2, 3 u 5 ta’ Novembru 2009. L-istazzjon ġie akkużat li, f’kull waħda minn dawn l-edizzjonijiet ma kinitx inżammet is-separazzjoni meħtieġa mil-Liġi dwar ix-Xandir bejn il-parti informattiva u l-parti reklamatorja tal-programm u li għalhekk dan kien jikkostitwixxi reklamar b’ħabi (surreptitious advertising). L-Awtorità kkonkludiet li dawn l-akkużi kienu ġġustifikati u mponiet il-penali relattiva ta’ elf mija u erbgħa u sittin Ewro (€1,164). Dwar l-edizzjoni tal-programm ‘Deal or No Deal’ li ntwera fil-21 t’Ottubru 2009, il-Kap Eżekuttiv kien ukoll akkuża lill-istazzjon bi ksur tad-dispożizzjonijiet dwar gosti tajba tal- Liġi dwar ix-Xandir meta wieħed mill-parteċipanti tħalla, anzi ġie inkoraġġit sabiex jitkellem dwar il-passjoni tiegħu għal-logħba tal-azzard tal-poker u dwar il-vantaġġi ta’ din il-logħba, dan fi programm li jintwera f’ħin meta x’aktarx tkun qed tara t-televiżjoni lfamilja kollha. Dwar din l-akkuża, waqt li l-Awtorità ħasset li ma setgħetx tieħu azzjoni kontra l-istazzjoni ġaladarba li ma kienux jeżistu regolamenti speċifiċi li jipprojbixxu din it-tip ta’ promozzjoni u deherilha ukoll li ma kienx xieraq li għandha tapplika lprovvedimenti legali dwar gosti tajba f’dan il-kuntest, l-Awtorità tħoss li għandha tesprimi l-preokkupazzjoni tagħha li stazzjon televiżiv, aktar u aktar l-istazzjon tal-Istat, jippermetti li jixxandar dan it-tip ta’ kontenut f’ħin li jkunu għadhom jaraw it-televiżjoni persuni ta’ età mhux adulta. | | | | One TV - Episodju tat-teleserial "Amen" - 6 ta' Ottubru 2009 | Waqt dan l-episodju ntwera filmat grafiku għallaħħar ta’ wieħed mill-atturi li kien qed jabbuża mid-droga, u għalhekk l-istazzjon kien ġie akkużat li kiser d-dispożizzjoni dwar il-gosti tajba fil-Liġi dwar ix-Xandir kif ukoll il-Ħtiġiet tal-istess Awtorità dwar Standards u Prattika dwar Wiri u Smigħ ta’ Programmi għall-Familja, dan minħabba l-fatt li programm li kellu jkun klassifikat għall-adulti kien attwalment ikklassifikat bħala ‘Parental Guidance’. Wara li rat il-filmat in kwistjoni, l-Awtorità kkonkludiet li waqt li ma kellhiex għalfejn toġġezzjona għax-xena in kwistjoni, anki minħabba l-kuntest fi fiha xxandret, min-naħa l-oħra ma setgħetx taċċetta lklassifikazzjoni żbaljata li uża l-istazzjon, u għalhekk l-Awtorità kkonkludiet li l-istazzjon kien kiser id-dispożizzjonijiet dwar il-klassifika ta’ programmi. Fid-dawl tal-konklużjonijiet tagħha dwar dawn l-akkużi, partikolarment dwar il-programm ‘Venere’ (TVM) u ‘Amen’ (One TV), l-Awtorità ddeċidiet li għandha twiddeb lillistazzjonijiet, iżda qablet li m’għandix timponi l-penali relattiva, l-aktar minħabba l-fatt li fil-każ taż-żewġ programmi din kienet l-ewwel darba li dawn kisru xi dispożizzjoni tal-Att dwar ix-Xandir. | | | One TV - Episodju tat-teleserial "Amen" - 6 ta' Ottubru 2009 | Waqt dan l-episodju ntwera filmat grafiku għallaħħar ta’ wieħed mill-atturi li kien qed jabbuża mid-droga, u għalhekk l-istazzjon kien ġie akkużat li kiser d-dispożizzjoni dwar il-gosti tajba fil-Liġi dwar ix-Xandir kif ukoll il-Ħtiġiet tal-istess Awtorità dwar Standards u Prattika dwar Wiri u Smigħ ta’ Programmi għall-Familja, dan minħabba l-fatt li programm li kellu jkun klassifikat għall-adulti kien attwalment ikklassifikat bħala ‘Parental Guidance’. Wara li rat il-filmat in kwistjoni, l-Awtorità kkonkludiet li waqt li ma kellhiex għalfejn toġġezzjona għax-xena in kwistjoni, anki minħabba l-kuntest fi fiha xxandret, min-naħa l-oħra ma setgħetx taċċetta lklassifikazzjoni żbaljata li uża l-istazzjon, u għalhekk l-Awtorità kkonkludiet li l-istazzjon kien kiser id-dispożizzjonijiet dwar il-klassifika ta’ programmi. Fid-dawl tal-konklużjonijiet tagħha dwar dawn l-akkużi, partikolarment dwar il-programm ‘Venere’ (TVM) u ‘Amen’ (One TV), l-Awtorità ddeċidiet li għandha twiddeb lillistazzjonijiet, iżda qablet li m’għandix timponi l-penali relattiva, l-aktar minħabba l-fatt li fil-każ taż-żewġ programmi din kienet l-ewwel darba li dawn kisru xi dispożizzjoni tal-Att dwar ix-Xandir. | | | | TVM - ‘Venere’ - 10 t’Ottubru 2009 | Dan il-programm huwa ‘lifestyle programme’ u, f’din l-okkażjoni, il-produttur tal-programm uża ċ-ċimiterju tal-Addolorata bħala sfond għal photoshoot ta’ mudelli femminili. Waqt issmigħ tal-akkuża, il-producer tenna li ma kellu l-ebda ħsieb li joffendi lil ħadd, li wieħed mill-għanijiet prinċipali ta’ dan il-programm hija l-espressjoni artistika u li, f’dan il-każ partikolari, ried jenfasizza s-sbuħija tal-arkitettura gotika ta’ dan iċ-ċimiterju. L-Awtorità, wara li rat il-filmat in kwistjoni, ikkonkludiet li waqt li ma kien hemm l-ebda raġuni l-għala kellha toġġezzjona għat-tema magħżula għal dan il-programm (Angels and Demons) jew għall-ilbies u l-komportament tal-mudelli, min-naħa l-oħra ma kienx xieraq li programm ta’ dan il-ġeneru għandu jinġibed ġewwa ċimiterju ġaladarba dan joffendi ssentimenti ta’ ħafna u ħafna persuni li għandhom l-għeżież tagħhom midfuna f’dan iċ-ċimiterju. Ta’ min isemmi li parti minn dawn il-filmati urew il-mudelli iduru madwar numru ta’ oqbra u li saħansitra waħda mill-mudelli ġiet murija bil-qiegħda fuq it-turġien ta’ waħda mill-kappelli privati. Għalhekk, l-Awtorità kkonkludiet li dan il-programm għandu jitqis bħala offensiv għal sentimenti pubbliċi bi ksur ta’ Artiklu 13 (2)(a) tal-Att dwar ix-Xandir. Fid-dawl tal-konklużjonijiet tagħha dwar dawn l-akkużi, partikolarment dwar il-programm ‘Venere’ (TVM) u ‘Amen’ (One TV), l-Awtorità ddeċidiet li għandha twiddeb lillistazzjonijiet, iżda qablet li m’għandix timponi l-penali relattiva, l-aktar minħabba l-fatt li fil-każ taż-żewġ programmi din kienet l-ewwel darba li dawn kisru xi dispożizzjoni tal-Att dwar ix-Xandir. | | | | TVM - ‘Ħadd Għalik’ - 4 t’Ottubru 2009 | Wieħed mill-parteċipanti f’dan il-programm kienet persuna b’diżabilità li fil-konfront tagħha, partikolarment fil-konfront tal-istatura qasira tagħha, saru diversi kummenti minn parteċipanti oħra. L-istazzjon ġie akkużat li, minħabba f’hekk, kienu nkisru lprovvedimenti dwar il-gosti tajba fl-Att dwar ix-Xandir. L-Awtorità, f’dan ir-rigward, ħasset li għandha tiggwida ruħha minn ‘Ħtiġiet dwar Standards u Prattika dwar id- Diżabilità u l-Preżentazzjoni tagħha fix-Xandir’, Ħtiġiet li kienu tħejjew bil-kollaborazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità. Fost ħwejjeġ oħra, dawn il-Ħtiġiet jesiġu li programmi li fihom tipparteċipa persuna b’diżabilità m’għandhomx jiffokaw fuq id-diżabilità ta’ dik il-persuna u lanqas m’għandhom jippruvaw iwaqqgħuha għaċ-ċajt. F’dan il-każ partikolari, wara li evalwat il-kuntest li fihom saru l-kummenti in kwistjoni, l-Awtorità kkonkludiet li dawn kienu kummenti leġġeri u li ma kienux ta’ gravità li kien jiġġustifika li l-istazzjon għandu jinstab ħati tal-akkuża li saritlu. | | | | TVM - “Tan-Nanna Ħelu Manna” - 23 t'Awissu 2009 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li l-programm Tan-Nanna Ħelu Manna li xxandar fit-23 t’Awwissu, 2009 fuq TVM, kien kiser il-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir kif ukoll ta’ Paragrafu 3.3 tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika dwar it-Tmexxija ta’ Kompetizzjonijiet u l-Għoti ta’ Premjijiet fil-Mezzi tax-Xandir. L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, lill-istazzjon u l-produttrici li kkontendiet illi r-referenzi għall-postijiet minn fejn kienu qed jixxandru rkejjen partikolari tal-programm ma kienitx intenzjonata li tagħmel reklam għall-post iżda dawn ir-referenzi saru biex jagħtu ħajr lis-sidien rispettivi. Il-produttriċi ikkontendiet ukoll illi ma kienitx konxja li b’dan l-atteġġjament kienet qed tmur kontra l-provvedimenti fit-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir. Dwar il-parti tal-akkuża li kienet titratta l-premju fil-kompetizzjoni l-produttriċi ikkontendiet illi l-vjaġġ mal-Fantasy Tours fil-fatt kien jinkludi ukoll it-taxxi u għalhekk skont il-Ħtiġijiet tal-istess Awtorità ma kienx hemm l-obbligu li t-telespettaturi jiġu nformati b’dan. L-Awtorità iddeċidiet illi l-ewwel ksur tal-provvedimenti dwar reklamar b’ingann kien ġie ippruvat u għalhekk sabet lill-istazzjon ħati kif akkużat madanakollu peress illi din kienet l-ewwel okkazzjoni li dan il-programm kien instab ħati ta’ vjolazzjoni tal-liġi l-Awtorità ddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon. Dwar it-tieni parti tal-akkuża l-Awtorità iddiriġiet illi jkun aħjar jekk meta premju jew rigal ikun jinkludi vjaġġ, l-informazzjoni dwar il-ħlas ta’ taxxi għandha tingħata dejjem anke meta din tkun inkluża fi premju jew rigal. | | | | TVM - Reklam ‘Have a Look’ - 1 ta' Frar 2009 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar ir-reklam ‘Have a Look” li xxandar fl-1 ta’ Frar, 2009 u wara li kienet diġà semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u kif ukoll lill-istazzjon u l-produttur fis-seduta tal-21 ta’ April, 2009, sabet illi l-akkuża kienet ġiet ippruvata madanakollu fiċ-ċirkostanzi tal-każ u ċjoe peress li l-produttur ammetta l-akkuża u li din kienet l-ewwel darba li f’karriera estensiva ta’ xandir il-produttur kien ivvjola l-liġi tax-xandir, iddeċidiet illi kellha twiddeb lill-istazzjon. | | | | ONE TV - The Academy - 23 u t-30 ta’ Jannar, 2009 | L-Awtorità kellha quddiema akkuża tal-programm The Academy tat-23 u t-30 ta’ Jannar, 2009, kien kiser il-paragrafu 4, 9, u 13 tat-Tielet Skeda dwar ix-Xandir. L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, u lill-istazzjon li minn naħa tiegħu iddikkjara illi hekk kif ġie notifikat bl-irregolaritajiet imsemmija, ittieħdu l-miżuri neċessarji biex il-programm jikkonforma mal-liġi. L-Awtorità iddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon peress li dan kien ħa l-miżuri biex jirrettifika in-nuqqas immedjatament. | | | | Calypso Radio - Tnax-il Siegħa ta’ Xandir - 9 ta’ Diċembru, 2008 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li matul tnax-il siegħa ta’ trasmissjoni l-istazzjon kien kiser il-paragrafi 4, 9 u 28 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir peress li f’xi ħinijiet u f’partijiet meqjusa bħala kontenut, il-preżentaturi nstemgħu jagħtu dettalji reklamatorji u kif ukoll peress illi matul l-imsemmija trasmissjoni l-istazzjon qabeż il-massimu ta’ ħin allokat għar-reklami f’siegħa orarja. L-istazzjon ammetta l-akkuża u ħallas il-penali stabbilità fl-ammont ta’ disà mija u wieħed u tletin ewro (€ 931) skont il-Ħames Skeda tal-Att dwar ix-Xandir. | | | | TVM - Bondiplus - 1 u 8 ta’ Dicembru, 2008 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li l-programm Bondiplus tal-1 u tat-8 ta’ Diċembru, 2008, kien kiser il-paragrafu 25 tat-Tielet Skeda dwar ix-Xandir peress li kien xandar 13.30 u 15.30 ta’ minuti ta’ reklamar bejn 21.00 u 22.00. Wara li l-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon u wara li vverifikat il-ħin totali ta’ promozzjoni li kellu jitqies bħala reklamar għal skopijiet tal-Ligi tax-Xandir, hija sabet li parti mir-reklamar imxandar f’dan il-programm kien dovut bħala Public Service Announcements u għalhekk iddecidiet li l-proċediment kien eżawrit. | | | | TVM - Ħadd Għalik - 7 ta’ Diċembru, 2008 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li l-programm Ħadd Għalik tas-7 ta’ Dicembru, 2008 kien kiser il-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir peress li parti mir-reklam ta’ stabbiliment tal-għamara kien ukoll parti mis-set tal-programm. Wara li l-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon, hija sabet li kien hemm ksur tal-liġi u li din ma kinitx l-ewwel darba li l-programm instab ħati ta’ ksur tal-liġi. Għalhekk wara li rat l-artikolu 41 u l-ħames Skeda tal-Att dwar ix-Xandir, l-Awtorità ddeċidiet li timponi penali amministrattiva fl-ammont ta’ elf, mija u erbà u sitt Euro (€ 1,164) liema penali amministrattiva għandha titħallas fi żmien xahar mid-data tad-deċiżjoni. | | | | TVM - Crosscraft - 3 ta’ Dicembru, 2008 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li l-programm Crosscraft tat-3 ta’ Dicembru, 2008, kiser il-paragrafi 31, 34 u 43 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir, peress li l-programm naqas li jagħti deskrizzjoni tal-prodotti u l-prezzijiet taghhom u tal-sms’s, u peress li deher ukoll reklam tal-Crosscraft bħala parti mit-telebejgħ. Wara li l-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon u rat video tal-programm, hija sabet li l-akkużi ġew ippruvati, iżda rriżulta li din kienet l-ewwel darba li l-programm instab ħati ta’ dan il-ksur. Għalhekk wara li rat l-artikolu 41 u l-ħames Skeda tal-Att dwar ix-Xandir, l-Awtorità ddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon biex ma jkunx hemm ripetizzjoni. L-Awtorità ħadet nota tal-istqarrija li saret mir-rappreżentant tal-istazzjon rigward rati ta’ smss’ u rati premium u ddeċidiet li tinforma lill-istazzjon li hu fl-interess tiegħu u tal-konsumatur li jingħad li r-rati applikabbli huma dawk normali. | | | | ONE TV - B’Xortik ma’ Robert - 25 ta’ Novembru, 2008 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li l-programm B’Xortik ma’ Robert li xxandar fuq One TV fil-25 ta’ Novembru 2008, kiser il-paragrafi 4, 9 u 43 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir kif ukoll tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika dwar il-Prezz tat-Telefonati u sms’s fil-Mezzi tax-Xandir. Dan peress li dehru reklami waqt is-sigla, ma ngħatax prezz tal-Sms’s, deher fokar eċċessiv fuq dettalji ta’ prodotti wżati għat-tindif tat-twapet fir-rokna nformattiva, sar reklam ta’ offerta ta’ zlazi abbinata mat-telebejgħ ta’ prodott u deher spot waqt ir-rokna tat-telebejgħ. Wara li l-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon, u rat video tal-programm, hija sabet li l-akkużi ġew ippruvati u li din ma kinitx l-ewwel darba li l-programm instab ħati ta’ dan il-ksur. Għalhekk wara li rat l-artikolu 41 u l-ħames Skeda tal-Att dwar ix-Xandir, l-Awtorità ddeċidiet li timponi penali amministrattiva fl-ammont ta’ elf, mija u erbà u sitt Euro (€ 1,164) liema penali amministrattiva għandha titħallas fi żmien xahar mid-data tad-deċiżjoni. | | | | ONE TV - Reklam tas-St. Mary’s Clinic - 3 ta’ Novembru, 2008 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li r-reklam ghal St. Mary’s Clinic li xxandar fuq One TV fit 3 ta’ Novembru, 2008, kiser paragrafu 5.3, 6.2 u 9.1 (a) u (c) tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika fuq Programmi li Jinvolvu l-Parteċipazzjoni ta’ Ċerti Professjonijisti fil-Kura Medika, fil-Mezzi tax-Xandir u Ħtiġijiet dwar Reklamar, Metodi ta’ Reklamar u Direttivi li Japplikaw għal Prodotti u Trattamenti Mediċinali. Dan peress li saru referenzi għal offerti ta’ roħs mhux permess bil-liġi u ma nagħtawx dettalji tat-trattment u s-side effects tiegħu. Wara li l-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon u rat video tar-reklam in kwistjoni irriżulta li l-proċediment kien eżawrit. | | | | ONE TV - Mamma Mia - 19 u 26 t’Ottubru u tat-2 ta’ Novembru, 2008 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li l-programm Mamma Mia tad-19 u tas-26 t’Ottubru u tat-2 ta’ Novembru, 2008, kiser il-paragrafi 4, 9, 13 u 25 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir peress li sar reklamar b’ħabi, ma kienx hemm separazzjoni ta’ 20 minuta bejn waqfa reklamatorja w oħra u kien hemm aktar minn 12-il minuta reklamar f’siegħa orarja. Wara li l-Awtorità kienet semghet l-istazzjon jammetti l-akkuża u wara li nnutat ukoll li dan il-ksur tal-liġi kien ripetut diversi drabi f’diversi programmi, l-Awtorità ddeċidiet li timponi il-penali stabbilità fl-ammont ta’ disà mija u wieħed u tletin ewro (€ 931) skont il-Ħames Skeda tal-Att dwar ix-Xandir. | | | | NET TV - Destinazzjoni Suċċess - 18 u l-25 ta’ Ottubru, 2008 | L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li l-programm Destinazzjoni Suċċess tat-18 u l-25 ta’ Ottubru, kiser paragrafu 20(ċ) tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir, u paragrafu 10(iii) tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika tal-2007 dwar it-tmexxija ta’ kompetizzjonijiet u l-għoti ta’ premijiet fil-mezzi tax-Xandir. Dan peress li r-referenza għal xi sponsors kienet tinkludi wkoll in-numru tat-telefon u l-indirizz u fil-każ tal-kompetizzjonijiet, ma ngħatatx deskrizzjoni adegwata u ċara biżżejjed tal-premijiet li kienu jintrebħu. Wara li l-Awtorità kienet semgħet lill-Kap Eżekuttiv, lill-istazzjon u lill-producer u wara li ttieħdet konjizzjoni tan-natura tal-irregolaritajiet u kif ukoll tal-fatt illi n-nuqqasijiet elenkati fl-akkuża kienu ġew rettifikati immedjatament, iddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon biex ma jkunx hemm ripetizzjoni. |
|
|
 |
|