Net TV - Voices – 20 Sena ta’ Ħidma – 25 ta’ Diċembru 2010




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ NET TV dwar il-programm Voices – 20 Sena ta’ Ħidma li xxandar fil-25 ta’ Diċembru, 2010 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ paragrafu 2 tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika dwar il-Prezz tat-Telefonati u SMSs fil-Mezzi tax-Xandir u paragrafu 2 tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika dwar Reklamar, Metodi ta’ Reklamar u Direzzjonijiet dwar Kollezzjonijiet Pubbliċi fuq il-Mezzi tax-Xandir.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, kif wkoll lis-Sur Josef Fitzpatrick f’isem l-istazzjon u s-Sur Peter Fleri Soler għall-produttur.

Wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet inkluż tal-fatt li dan kien programm b’għan filantropiku u kif ukoll li l-produtturi kienu għamlu l-almu tagħhom sabiex il-liġi tiġi rispettata l-Awtorità qablet illi, fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ ma kellhiex tipproċedi ulterjoralment kontra l-istazzjon, madanakollu idderiġiet li tali nuqqasijiet ma kellhomx jirrepetu ruħhom.