ONE - The Academy - 23 u t-30 ta’ Jannar, 2009




L-Awtorità kellha quddiema akkuża tal-programm The Academy tat-23 u t-30 ta’ Jannar, 2009, kien kiser il-paragrafu 4, 9, u 13 tat-Tielet Skeda dwar ix-Xandir.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, u lill-istazzjon li minn naħa tiegħu iddikkjara illi hekk kif ġie notifikat bl-irregolaritajiet imsemmija, ittieħdu l-miżuri neċessarji biex il-programm jikkonforma mal-liġi.  L-Awtorità iddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon peress li dan kien ħa l-miżuri biex jirrettifika in-nuqqas immedjatament.