Broadcasting Authority - Malta
Logo - Broadcasting Authority - Malta
The Authority Press Releases Contact Details Useful Links
General : Remote
Search
Design Spacer
Design Spacer
Design Spacer Design Spacer
Design Spacer
Design Spacer
Design Spacer
Underline
Design Spacer
Arrow Releases in Maltese
Design Spacer
Line
Design Spacer
Arrow Releases in English
Design Spacer
Line
Design Spacer
Arrow Archive
Design Spacer
Line
Design Spacer


Design Spacer
Design Spacer
Underline
Design Spacer

[24/07] Jintlahaq Ftehim dwar ir-Rappurtagg tal-Loghob tal-Futbol (11/05/2007)

prheader


Stqarrija 24/07

Stqarrija ghall-Media 

Jintlahaq Ftehim bejn il-Malta Football Association u Tliet Stazzjonijiet tax-Xandir dwar ir-Rappurtagg tal-Loghob tal-Futbol

L-Awtorita' tax-Xandir bi pjacir thabbar li ntlahaq ftehim bejn il-Malta Football Association u l-istazzjonijiet tax-xandir immexxija mill-Public Broadcasting Services Ltd., il-media.link Communications Co. Ltd. u l-One Productions Ltd. dwar ir-rappurtagg, kemm fuq l-istazzjonijiet televizivi kif ukoll dawk tar-radju, tal-loghbiet tal-futbol, inkluz dawk tat-tim nazzjonali Malti, li jintlaghbu taht id-direzzjoni ta’ l-MFA. Dan il-ftehim intlahaq wara process ta’ medjazzjoni li tmexxa mill-Awtorita' tax-Xandir izda wkoll bir-rieda tajba tal-partijiet kollha involuti.

Fil-qosor, il-ftehim jinkludi l-arrangamenti li jidhru hawn taht:

·        L-Awtorita' tax-Xandir bi hsiebha tistabbilixxi, bis-sahha ta’ avviz legali, d-dritt ghax-xandara kollha li jipprovdu rappurtagg fil-qosor (short news reporting) dwar avvenimenti importanti ghas-socjeta’ Maltija, anki meta id-drittijiet esklussivi ghax-xandir ta’ avveniment ta’ dan it-tip ikunu nghataw lil xi xandar partikolari. F’dan il-kuntest ix-xandara kollha jkollhom ukoll id-dritt li jxandru bla hlas filmat qasir ta’ l-avveniment sakemm dan ma jkunx itwal minn 90 sekonda u sakemm dan jintwera biss f’bullettin ta’ l-ahbarijiet. Provvedimenti bhal dawn diga’ jezistu f’Konvenzjoni tal-Kunsill ta’ l-Ewropa (Convention on Transfrontier Television) u l-Awtorita' tax-Xandir diga’ ppubblikat abbozz ta’ l-Avviz Legali mehtieg ghal skop ta’ konsultazzjoni pubblika. Fil-ftehim in kwistjoni, il-partijiet kollha qablu li jintrabtu b’dawn il-provvedimenti sa mid-data tal-ftehim

·        l-MFA qablet li, fil-kaz ta’ programmi sportivi mtella’ mit-tliet xandara, taghti d-dritt li waqt dawn il-programmi jkunu jistghu jintwerew siltiet importanti mil-loghbiet tal-futbol tal-kompetizzjoni lokali kif ukoll minn dawk li jintlaghbu mit-tim nazzjonali Malti, sakemm dawn ma jkunux itwal minn 180 sekonda ghal kull partita u sakemm ukoll dawn il-filmati ma jintuzawx bhala skuza ghal kummenti li jkunu joffendu l-players u l-ufficjali tal-partita, l-ufficjali tal-clubs u ta’ l-Assocjazzjoni. Ghal dan id-dritt ix-xandara se jipprovdu lill-MFA b’kumpens finanzjarju xieraq li gie stabbilit wara li ttiehdu in kunsiderazzjoni numru ta’ fatti, inkluz il-fatt li matul dan l-istagun tal-futbol l-MFA allokat id-drittijiet ghax-xandir, kemm b’mod dirett kif ukoll b’mod diferit, ta’ xi loghbiet tal-futbol, anki dawk tat-tim nazzjonali, lil xandara ohra

·        l-MFA qed taghti ukoll lix-xandara in kwistjoni d-dritt li jxandru b’mod diferit il-loghob li t-tim nazzjonali Malti jilghab hawn Malta stess. Min naha taghhom ix-xandara se jipprovdu lill-MFA bla hlas numru ta’ spots promozzjonali kull meta t-tim nazzjonali Malti jkun se jilghab loghob kompetittiv f’Malta stess. Dan ghandu jghin sabiex jizdiedu l-attendenzi u allura l-prestazzjoni tat-tim nazzjonali

·        dan il-ftehim ghandu jibqa jghodd sa l-ahhar ta’ l-istagun tal-futbol 2007-2008.

 

Dr Kevin Aquilina   11 ta’ Mejju 2007
 Kap Esekuttiv  
 Awtorita' tax-Xandir       

 

                                                    

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Design Spacer