
Ċirkulari 7/06
Xandir li Joffendi s-Sentimenti Reliġjużi
Nattira l-attenzjoni ta’ l-istazzjonijiet għall-artikolu 13 (2)(a) ta’ l-Att dwar ix-Xandir li jipprovdi li ma jista’ jixxandar xejn li joffendi s-sentimenti reliġjużi. B’ mod partikolari, ninfurma lill-istazzjonijiet li l-Awtorità ma tħossx li jkun konformi ma’ din id-disposizzjoni l-wiri ta’ karikaturi li juru l-profeta Mohammed b ’mod dispreġġjattiv u offensiv, bħalma, ngħidu aħna, ġew ippubblikati f ’ gazzetta fid-Danimarka. Fil-fehma ta’ l-Awtorità r-riproduzzjoni ta’ dawn it-tip ta’ karikaturi jammontaw għal ksur tal-liġi. Dan iżda ma jfissirx li ma tistax issir diskussjoni dwar dan is-suġġett. Li huwa importanti u li l-karikaturi ma jixxandrux.
16 ta’ Frar 2006