
Ċirkulari 12/06
Lingwaġġ użat f’SMS’s
L-Awtorità qed tinnota li f’SMS’s li qed jixxandru waqt programmi ta’ ġrajjiet kurrenti u ta’ diskussjoni qed ikun hemm numru ta’ kliem fihom li ftit li xejn huma addattati għax-xandir fuq it-televiżjoni.
Għalhekk huwa importanti li l-istazzjon jiċċekkja sew il-lingwaġġ li jintuża f’SMS’s qabel ma dawn jixxandru.
14 ta’ Marzu 2006