
Ċirkulari 17/10
Lill-Istazzjonijiet Kollha tax-Xandir
ĊERTIFIKAT FIL-QARI TAL-PROVI BIL-MALTI CERTIFICATE IN PROOFREADING MALTESE Nixtiequ niġbdulkom l-attenzjoni li fi Frar 2011 id-Dipartiment tal-Malti fl-Università bi sħab mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti se jniedu s-sitt kors li jwassal għaċ-Ċertifikat fil-Qari tal-Provi bil-Malti.
Dan huwa kors universitarju ta' sena, part-time, u l-lezzjonijiet tiegħu jsiru darbtejn fil-ġimgħa, l-Università - nhar ta' Tlieta u nhar ta' Ħamis, mill-5.30pm sat-8.30pm.
Il-kors hu maħsub għal kull min juża l-Malti miktub fil-post tax-xogħol u għal kull min jixtieq li jsaħħaħ il-kitba tiegħu bil-Malti. Il-kors diġà temmewh b'suċċess xi xandara u ġurnalisti u xxewqa tagħna hi li x-xandara kkwalifikati fil-kitba bil-Malti, jiżdiedu.
Għaldaqstant, l-Awtorità tax-Xandir din is-sena wkoll, qed tisponsorja l-ħlas tal-kors għal 4 xandara/ġurnalisti/edituri/kapijiet tal-programmi/produtturi tal-programmi tat-televixin u r-radju.
Min hu interessat jattendi, għandu jikteb lill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tax-Xandir, is-Sur Pierre Cassar fl-indirizz: pierre.cassar@ba.org.mt.
Nemmnu bis-sħiħ f'dan il-kors u nħeġġukom biex tal-anqas tibagħtu impjegat/a (jew aktar) millkumpanija tagħkom għal dan il-kors. B'hekk ikollkom punt ta' referenza sod fuq il-kitba bil-Malti għall-grafika tal-produzzjonijiet tagħkom.
L-applikazzjonijiet għall-kors fetħu u qed jintlaqgħu sal-Ġimgħa 14 ta' Jannar 2011. Il-formola tal-applikazzjoni tista' timtela' mis-sit tal-Università: www.um.edu.mt/apply.
Qed nibagħtulkom il-ktejjeb bit-tagħrif dettaljat fuq il-kors. Tagħrif ieħor jista' jinkiseb mis-sit www.um.edu.mt/arts/malti/avvizi/qaritalprovi jew permezz ta' ittra elettronika hawn: provimalti.arts@um.edu.mt
| Pierre Cassar | 16 ta' Diċembru 2010 |
| Kap Eżekuttiv | Ref 73/01 |