Broadcasting Authority - Malta
Logo - Broadcasting Authority - Malta
The Authority Press Releases Contact Details Useful Links
General : Remote
Search
Design Spacer
Design Spacer
Design Spacer Design Spacer
Design Spacer
Design Spacer
Design Spacer
Underline
Design Spacer
Arrow Releases in Maltese
Design Spacer
Line
Design Spacer
Arrow Releases in English
Design Spacer
Line
Design Spacer
Arrow Archive
Design Spacer
Line
Design Spacer


Design Spacer
Design Spacer
Underline
Design Spacer

[08/10] - Akkuża fir-rigward tal-Programm L-MEP u Int (01/06/2010)

Stqarrija: 08/2010

Stqarrija għall-Midja

Akkuża fir-rigward tal-Programm L-MEP u Int

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li fil-programmi L-MEP u Int tad-29 ta’ Jannar, is-26 ta’ Frar u d-9 t’April, 2010 kien hemm ksur ta’ Artiklu 13(2)(f) tal-Att dwar ix-Xandir, peress li f’xi ħinijiet tal-programmi rispettivi l-uniku mistieden, u ċjoe il-Professur Edward Scicluna irrefera għal suġġetti meqjusin ta’ kontroversja politika jew industrijali jew li kellhom x’jaqsmu ma policy pubblika kurrenti mingħajr ma dawn kienu bilanċjati b’opinjonijiet diversi u dan bi ksur ta’ l-obbligi ta’ imparzjalità ai termini ta’ l-imsemmi provvedimenti.

L-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv, lis-Sur Joe Baldachino bħala rappreżentant talistazzjon, il-Membru Parlamentari Ewropew il-Professur Edward Scicluna u s-Sur Frans Ghirxi għall-produzzjoni. 

L-Awtorità rat l-akkuża u ddiskutiet is-sottomissjonijiet tal-istazzjon u l-produtturi u ddeċidiet li għalkemm ħafna mill-kontenut trattat kien informattiv, fil-programmi in eżami ġew diskussi temi li kienu meqjusin ta’ kontroversja politika u ta’ policy pubblika kurrenti bħal fil-każ tal-proġett għall-estensjoni tal-Freeport (29/1/2010), u t-tariffi tad-dawl u lilma (26/2/2010) liema temi l-Awtorita’ qablet li kienu jitolbu l-espożizzjoni ta’ veduti aktar wiesgħa ai termini ta’ Artiklu 13(2)(f).

Inoltre, l-Awtorità nnutat illi fil-passat kienet diġà ippenalizzat u widdbet lill-istazzjon li programmi ta’ dan it-tip riedu jkunu bilanċjati, jew fihom infushom jew fuq medda ta’ programmi.

Fid-dawl ta’ dawn il-konsiderazzjonijiet l-Awtorità qablet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata u ddeċidiet li timponi il-penali relattiva ta’ elf mija u erbgħa u sittin Ewro (€1,164), liema penali kellha titħallas fi żmien xahar mid-data tan-notifika.

Mario Axiak 

 28 ta’ Mejju, 2010

Kap Riċerka u komunikazzjoni

 Ref: 156/01

 

Design Spacer