TVM - Venere - 10 t’Ottubru 2009




Dan il-programm huwa lifestyle programme u, f’din l-okkażjoni, il-produttur tal-programm uża ċ-ċimiterju tal-Addolorata bħala sfond għal photoshoot ta’ mudelli femminili. Waqt issmigħ tal-akkuża, il-producer tenna li ma kellu l-ebda ħsieb li joffendi lil ħadd, li wieħed mill-għanijiet prinċipali ta’ dan il-programm hija l-espressjoni artistika u li, f’dan il-każ partikolari, ried jenfasizza s-sbuħija tal-arkitettura gotika ta’ dan iċ-ċimiterju. L-Awtorità, wara li rat il-filmat in kwistjoni, ikkonkludiet li waqt li ma kien hemm l-ebda raġuni l-għala kellha toġġezzjona għat-tema magħżula għal dan il-programm (Angels and Demons) jew għall-ilbies u l-komportament tal-mudelli, min-naħa l-oħra ma kienx xieraq li programm ta’ dan il-ġeneru għandu jinġibed ġewwa ċimiterju ġaladarba dan joffendi ssentimenti ta’ ħafna u ħafna persuni li għandhom l-għeżież tagħhom midfuna f’dan iċ-ċimiterju. Ta’ min isemmi li parti minn dawn il-filmati urew il-mudelli iduru madwar numru ta’ oqbra u li saħansitra waħda mill-mudelli ġiet murija bil-qiegħda fuq it-turġien ta’ waħda mill-kappelli privati. Għalhekk, l-Awtorità kkonkludiet li dan il-programm għandu jitqis bħala offensiv għal sentimenti pubbliċi bi ksur ta’ Artiklu 13 (2)(a) tal-Att dwar ix-Xandir.

Fid-dawl tal-konklużjonijiet tagħha dwar dawn l-akkużi, partikolarment dwar il-programm Venere (TVM) u Amen (ONE TV), l-Awtorità ddeċidiet li għandha twiddeb lillistazzjonijiet, iżda qablet li m’għandix timponi l-penali relattiva, l-aktar minħabba l-fatt li fil-każ taż-żewġ programmi din kienet l-ewwel darba li dawn kisru xi dispożizzjoni tal-Att dwar ix-Xandir.